Posts

Showing posts from March, 2004

In-natura u t-trattament tal-annimali fil-filosofija ta’ San Tumas ta’Akwinu

Mhuwiex okkazjonali jew arbitrarju li gie maghzul San Tumas ta’ Akwinu ghal dan l-istharrig filosofiku f’rabta man-natura u t-trattament ta’ l-annimali. San Tumas huwa meqjus bhala l-hassieb ewlieni li l-kitbiet tieghu huma fost l-aktar li hallew influss qawwi fuq it-teologija nisranija u l-filosofija tal-punent, partikularment fil-mod kif gew mifhuma l-annimali mis-seklu 13 ’l quddiem, u fil-mod kif gew tradizzjonalment ittrattati mill-insara. Dan l-influss mhuwiex meqjus pozittiv, u f’dan is-sens il-filosofija ta’ San Tumas rigward l-annimali oggettivament tipprezentalna problema. Infatti, generalment hu San Tumas li jinghata l-htija kollha ghat-trattament predominantement hazin, u ghac-cahda ta’ drittijiet proprji, li tradizzjonalment inghataw l-annimali min-nies tal-puntent, specjalment dawk ta’ gheruq insara. Aktar minn hekk, hu wkoll San Tumas li jinzamm bhala l-htija ewlenija ghall-imbokk li ghadu jezisti prezentement fil-progress filosofiku u teologiku min-naha ta’ l-insara fir