Posts

Showing posts from December, 2005

Ir-relattivizmu religjuz

Fl-ahhar messagg tieghu, zewgt Ihdud ilu fl-okkazjoni tal-festa ta’ Kristu Re li saret il-Marsa (20/11/05), l-Arcisqof tkellem dwar ir-relattivizmu religjuz. Huwa qal (skond il-gazzetti) li ‘dan ir-relattivizmu―li fuq kollox huwa mgieba prattika―jaghmel hsara tant kbira li, fejn jahkem, il-hsara li jgib isejhulha d-“dittatura tar-relattivizmu modern”. Din twarrab ghal kollox l-istess verità u sahansitra lill-istess Alla’. Minn fejn gej? Il-kelma ‘relattivizmu’ gejja mill-kelma ‘relattiv’ (Lat. relativus , relazzjoni), jigifieri komparattiv ghal xi haga ohra. Ir-relattivizmu religjuz jiehu l-ispunt tieghu mir-relattivizmu xjentifiku, li hareg mit-teorija ta’ l-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809-82) ta’ l-1859 u sseddaq bit-teorija ta’ Albert Einstein (1879-1955) ta’ l-1905. Hemm differenza essenzjali bejn it-teoriji tar-relattività ta’ Darwin u Einstein (ta’ l-ewwel marbuta mal-bijologija; tat-tieni mal-kosmologija) u l-applikazzjoni taghhom f’oqsma differenti (is-socjologij