Posts

Showing posts from March, 2008

In-nifs tad-djalogu

Il-partigjanizmu u d-djalogu ma jmorrux flimkien. Wahda teskludi lill-ohra. Il-partigjanizmu jista’ ma jkunx biss politiku jew militari, imma wkoll religjuz. Kull partigjanizmu, hu ta’ liema ghamla hu, ixekkel l-elementi essenzjali li jaghmlu d-djalogu possibbli. Socjetà minghajr djalogu hi wahda stagnata u sterili. Partigjanizmu Hemm tliet tipi ewlenin ta’ partigjanizmu: politiku, militari u religjuz. It-tlieta ghandhom karatteristici komuni: l-ewwel, huwa mhaddan minn nies imsehbin f’xi grupp jew iehor; it-tieni, dan il-grupp ihaddan, mhux fehmiet, imma twemmin; u t-tielet, l-attitudni tal-grupp u l-membri tieghu hija esklussivista. L-ewwel karatteristika tiddefinixxi l-identità individwali u komuni tal-membri. Is-shubija taghhom fil-grupp taghtihom kuntest li fih jifhmu lilhom infushom, il-hajja taghhom u d-dinja ta’ madwarhom. It-tieni karatteristika turi li l-grupp u l-membri tieghu ma jhaddnux fehmiet li jistghu jigu diskussi u ddjalogati; imma jhaddnu biss twemmin, jigifie

Il-prezz ta’ l-ambizzjoni

L-ambizzjoni mhijiex hazina fiha nnifisha. Hija hazina meta tkun dizordnata jew irrazzjonali. Imma kemm meta tkun xierqa u kemm meta ma tkunx, l-ambizzjoni titlob minna prezz, hafna drabi qares. Dan irridu nhallsuh dejjem. Nies bla ambizzjoni Il-bniedem bla ambizzjonijiet ta’ xejn hu patetiku. Il-filosfu kbir Grieg tat-tielet seklu qabel Kristu, Aristotli, isostni li bniedem b’nuqqas shih ta’ ambizzjoni ghandu l-hiliet morali tieghu difettuzi. L-istess bhal meta bniedem ikollu wisq ambizzjoni, jew ambizzjonijiet dizordnati jew irrazzjonali. Imma li bniedem ikollu ambizzjonijiet xierqa u moderati huwa sinjal tajjeb. Originarjament, il-kelma “ambizzjoni” gejja mil-Latin “ambire”, jigifieri “li toqghod iddur ’hawn u ’l hemm”, aktarx ghal xi skop partikulari. Minnha gejjin kliem bhal “ambjent”, “ambjanza”, “ambitu” u kliem bhal dawn. Il-kelma tindika certa motivazzjoni, li hija element fundamentali fil-psikologija u n-newropsikologija ta’ l-agir taghna l-bnedmin. Wiehed jista’ jifh

Is-sahta tal-medjokrità

Fl-Iskrittura Mqaddsa hemm storja sabiha ta’ wahda mara li kienet giet akkuzata ingustament minn zewg imhallfin korrotti. Li kieku ma kienx ghal zaghzugh li ndahal biex jaghmilha ta’ avukat taghha, kienu jaqtghuhielha ghall-mewt. Minflok, il-mewt haduha z-zewg imhallfin. Dan kollu gara ghax iz-zaghzugh ma kellux sabar izomm postu, kif suppost. Ghazel li ma joqghodx kwiet. Ghazel li ma jkunx medjokri. Hu hekk li ghamel il-gid. Il-medjokrità hija wahda mis-sahtiet tad-dinja. L-istorja L-istorja tghid li z-zewg imhallfin korrotti riedu jaghtu fastidju lill-mara, li kienet mizzewga, imma hi ma taghthomx wicc. Ghalhekk qalghu l-qlajja li kienu rawha tizni ma’ guvni go gnien. Iz-zaghzugh li ghamel lilu nnifsu avukat tad-difiza uza metodu semplici hafna biex jikxef ix-xhieda falza taghhom Dan firidhom minn xulxin u staqsa lil kull wiehed minnhom x’sigra kienet dik li tahtha raw lill-mara tizni. Wiehed qal li s-sigra kienet ta’ l-akacja u l-iehor qal li kienet tal-ballut. B’hekk ma qablu

Girien criecer u l-eklissi tar-raguni

Il-kampanja elettorali ghall-votazzjoni generali tal-bierah spiccat il-Hamis. Illum inkunu nafu r-rizultati taghha. Imma forsi tajjeb li wiehed ma jhallihiex ghaddejja minghajr ma jistharreg ftit x’kampanja elettorali kienet. Kinetx civilizzata bizzejjed, nghidu ahna? Kinetx informattiva bizzejjed? Kinetx dejjem fl-ispirtu demokratiku? Ghalija kienet kampanja li tixraq lill-Maltin: djalogu tat-torox! Ftahir u tghajjir Hemm zewg kwalitajiet ewlenin li kkaratterizzaw din il-kampanja elettorali: il-ftahir fieragh u t-tghajjir. Mid-dehra, huma biss dawn iz-zewg attitudnijiet li l-politici taghna kapaci johorgu bihom sabiex jippruvaw jiddistingwu lilhom infushom minn xulxin. Fihom infushom, la l-ftahir fieragh u lanqas it-tghajjir ma jikkwalifikaw bhala ezercizzju ta’ informazzjoni. Huma aktar xierqa ghal glieda bejn zewg girien criecer inqabbdin ma’ xulxin. Dan l-agir mhuwiex tahrig li jista’ jiddistingwi l-partiti, anzi huwa dak li jaghmilhom l-istess. It-tghajjir u l-ftahir fieragh

Il-habs mhux post it-tfal

F’Jannar il-Qorti taz-Zghazagh xehtet il-habs tifla ta’ 13-il sena. Xahar wara, il-Qorti tal-Magistrati bdiet izzomm tifel ta’ 12-il sena taht arrest preventiv. Bhalissa, waqt li qed taqra, dan it-tifel ta’ 12-il sena jinsab fil-Forensic Ward ta’ l-Isptar Mount Carmel. Din his sitwazzjoni tal-misthija. Il-qrati taghna ghandhom mezzi ohra x’juzaw mat-tfal b’agir difficli qabel ma jixhtuhom il-habs. Il-habs m’ghandux jintuza bhala soluzzjoni facli f’kazi bhal dawn. Il-falliment tas-sistema Malli ntbaghatu l-habs, iz-zewgt itfal inzammu fis-“solitary confinement cell” tal-habs ta’ Kordin, ghax ma kienx hemm post ghalihom imkien fil-kumpless ta’ Kordin. Wara, it-tnejn intbaghtu l-isptar mentali ta’ Mount Carmel. Posthom la kien Rahal Gdid u lanqas H’Attard. Ibda biex, is-sitwazzjoni ta’ dawn it-tfal ma kienx imissha wasslet sal-qrati tal-gustizzja. F’Malta suppost ghandna strutturi bizzejjed biex niehdu hsiebhom qabel ma jaslu sa hawn. Imma huwa car li dawn l-istrutturi mhux dejjem j