Posts

Showing posts from February, 2009

Xi hadd qed jisma’ fil-Ministeru ta’ l-Intern?

Madwar xahar ilu, kien hawn f’Malta grupp ta’ hidma mill-Gnus Maghquda residenti f’Ginevra. Ix-xoghol ta’ dan il-grupp kien li jistharreg is-sitwazzjoni legali u prattika ta’ dawk in-nies li huma mizmuma kontra r-rieda taghhom. Dawn in-nies jinkludu l-immigranti llegali u l-prigunieri. Grupp importanti Gruppi bhal dawn huma importanti u essenzjali. Jaraw dak li ahna hafna drabi ma narawx aktar. Jistharrgu sitwazzjonijiet li ahna aktarx drajna nghixu bihom bhallikieku kienu xi haga normali. Gruppi bhal dawn ma jhalluniex naghalqu ghajnejna jew norqdu. Hafna drabi jigbdulna l-attenzjoni ghal affarijiet li l-kuxjenza taghna jmissha tniggizna fuqhom. Dan il-grupp tal-Gnus Maghquda – immexxi minn certa Manuela Carmena Castrillo – dam Malta hamest ijiem. Fihom iltaqghu ma’ diversi nies u zaru xi postijiet ta’ detenzjoni ta’ l-immigranti u anki l-habs. Wara, il-grupp ghamel konferenza stampa u anki hareg rapport qasir dwar dak li osserva. Fihom il-grupp wera l-preokkupazzjoni tieghu fuq