Posts

Showing posts from August, 2009

Il-faqar tal-paternalizmu

Il-paternalizmu jittrattana ta’ tfal. Jittrattana bhallikieku konna nies li m’ghandiex hila niddeciedu ghalina nfusna. Bhallikieku ma nafux xi rridu. Il-paternalizmu jippretendi li ghandu xi dritt jiehu minn idejna r-responsabbiltà taghna nfusna. Li jagixxi minghajr il-kunsens taghna. Li jindahlilna f’hajjitna. Li jzommna dipendenti. Jezistu hafna ghamliet ta’ paternalizmu, l-aktar legali, istituzzjonali u inter-personali (jew individwali). F’din il-kitba nixtieq nistharreg il-bazi filosofika tal-paternalizmu, specjalment b’referenza ghall-hsieb ta’ ftit filosfi sinifikattivi, u mbaghad nislet principju baziku li bih inkunu nistghu niggudikaw il-paternalizmu u n-natura tieghu. Fl-ahhar nikkonkludi billi naghti indikazzjonijiet hfief ta’ kif jista’ jigi ttrattat bniedem paternalista. Kuntest filosofiku Qabel ma nigi ghal dawn it-tliet ghamliet ta’ paternalizmu, ghandu mnejn ikun xieraq jekk l-ewwel naghti daqqa’ t’ghajn hafifa lejn il-kuntest filosofiku tal-paternalizmu u kif ittra

Registru tat-Tallaba

F’din il-kitba qieghed nipproponi li jitwaqqaf ‘Registru tat-Tallaba’. Jezistu fostna diversi nies, irgiel u nisa, li l-hin kollu jittallbu l-flus minghand persuni privati jew pubblici. Dawn it-tallaba mhux kollha huma genwini. Bosta minnhom mhumiex. Dawn in-nies jisfruttaw bis-shih il-fatt li d-donaturi taghhom ma jikkoordinawx ma’ xulxin. Problema ta’ kulljum precett Kuljum precett ― jixhed minn hu mgarrab ― ihabbtu fuq bibien privati jew pubblici ghadd ta’ tallaba li jridu l-flus. Ir-ragunijiet li jgibu huma bla qjies u xi whud anki immaginattivi wkoll. It-tattika hija dejjem l-istess wahda: dejjem jippruvaw igibulek qalbek daqs gungliena u tithassarhom. Hafna hekk jaghmlu u jaghtu dik ix-xi haga li jistghu. Xi whud minn dawn it-tallaba jkunu genwini. Tassew ikunu f’sitwazzjoni tal-biki. Mhemmx xejn hazin li wiehed jaghti minn qalbu xi haga tal-flus sabiex itaffi l-mizerja ta’ dak li jkun. Imma l-bicca l-kbira tat-tallaba li kuljum precett ihabbu l-bibien tan-nies, kemm jekk i