Posts

Showing posts from September, 2009

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (3)

IT-TIELET PARTI Bil-modi diversi taghhom, it-teorija tal-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809-1882), is-socjalizmu u l-kommunizmu ta’ Karl Marx (1818-1883), il-psikanalizi ta’ Sigmund Freud (1856-1939) u t-teorija tar-relattività ta’ Albert Einstein (1879-1955) biddlu d-dinja billi taw perspettivi godda tal-bniedem, tal-mod kif jghix u jagixxi, u tal-pozizzjonijiet tieghu fl-univers. Dawn il-perspettivi affettwaw hafna oqsma tal-hajja xjentifika, politika, ekonomika u socjali tal-bniedem. Ma setax jonqos li, fl-ahhar mill-ahhar, jaffettwaw ukoll il-Knisja Kattolika u l-istruttura taghha. Jiddghajjef l-assolutizmu Apparti l-hafna aspetti interessanti tat-teoriji u r-riflessjonijiet ta’ dawn il-personaggi, aktarx wiehed mill-aktar kuncetti fundamentali li, kumplessivament, ghenu biex ibiddlu kien dak tal-assolutizmu. Kollha bil-mod taghhom, ir-riflessjonijiet ta’ Darwin, Marx, Freud u Einstein taw x’jifhmu li bosta affarijiet li qabel kienu jitqiesu bhala assolutament certi, ma setg

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (2)

Image
IT-TIENI PARTI It-tabella li tidher hawnhekk taghti xbieha grafika ta’ kif, bejn wiehed u l-iehor, kien it-twemmin tan-nies li ghexu fil-gzejjer Maltin f’dawn l-ahhar 7,000 sena. Id-dati huma, naturalment, approssimattivi u xi whud minnhom sahansitra tradizzjonali (jew mitiku). In-numru wara kull tip ta’ twemmin jindika xi ftit jew wisq l-ghadd ta’ snin li presumibbilment dam predominanti kull twemmin. Nishaq li din ix-xbieha ma tfissirx li l-‘Maltin’ biddlu t-twemmin taghhom kif gieb u lahaq, imma aktar gradwalment u mhux minghajr sfumaturi mhallta bejn il-forom differenti ta’ twemmin. Il-fenomenu Kattoliku Biex nifhmu l-fenomenu religjuz f’Malta u f’Ghawdex tallum jehtieg li nistharrgu daqsxejn il-grajja recenti tieghu. Dan jehtieg li naghmluh minhabba l-fatt li l-istat kontemporanju ta’ dan il-fenomenu huwa zvilupp ta’ grajjiet li sehhew kemm fix-xena lokali u kemm f’dik barranija tul l-ahhar seklu. Bhalma jidher fix-xbieha grafika ta’ hawnfuq, f’dawn l-ahhar 800 sena r-relig

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (1)

L-EWWEL PARTI Jidher li l-fenomenu religjuz ilu parti mill-hajja umana fuq il-gzejjer Maltin sa mill-bidunett li n-nies abitaw f’dawn l-inhawi. Matul is-sekli, dan il-fenomenu garrab bidliet qawwija, kif ghadu jgarrab sahansitra sallum, specjalment mis-snin sittin tas-seklu l-iehor lil hawn. Dan l-artiklu jistharreg x’aktarx kienu l-kawzi ewlenin tal-bidla f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin u wkoll l-effetti li dawn il-kawzi hallew fuq ir-religjon. B’dan il-mod, huwa jfittex li jfisser l-istat li ghandu bhalissa l-fenomenu religjuz fis-socjetà Maltija tallum. Il-fenomenu religjuz Fil-bidu taghha, il-kelma ‘religjon’ aktarx kienet tintuza ghal ‘rabta qawwija’ li xi hadd kien ikollu ma’ xi haga jew ma’ xi hadd b’mod generali. Maz-zmien, l-uzu taghha nbidel u l-kelma bdiet tintuza biex tirreferi biss ghar-rabta ta’ xi hadd ma’ xi divinità u, ghaldaqstant, ma’ agir li jindika twemmin f’xi qawwa divina. Jekk dik il-qawwa divina kinetx tezisti tabilhaqq jew kinetx biss immaginarja ftit