Posts

Showing posts from August, 2011

Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (VII)

Image
Paulo Freire Minbarra l-“Mudell Materjali” tal-hidma ghall-gustizzja socjali, jew anki flimkien mieghu, hemm dak li nsejjahlu l-“Mudell Formal”. Huwa mudell ta’ natura hafna drabi akkademika bi sfumaturi aktarx legali. Bhala mudell, jithaddan l-aktar minn professjonisti mharrga f’diversi dixxiplini socjali, bhal, nghidu ahna, il-filosofija, il-ligi, il-politika, l-ekonomija, is-socjologija, l-antropologija, it-teologija u l-bqija. Jista’ jithaddan minn politici li jwettqu bidla fl-istrutturi tal-pajjiz ghat-tishih tal-gustizzja socjali. Bazi empirika u analizi Se nsemmi b’kollox hames elementi fundamentali kostituttivi li jsawru (jew joholqu) l-essenza tan-natura ta’ kull hidma li ssir skond dan il-mudell favur il-gustizzja socjali. L-ewwel element hu dak tal- bazi empirika . Minhabba n-natura teknika taghha, hidma li ssir ghall-gustizzja socjali skond dan il-mudell tfittex li tibbaza r-ricerka u l-istudju taghha fuq informazzjoni empirika. Dan ifisser li ma tkunx sempliciment

Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (VI)

Image
Il-hidma ghall-gustizzja socjali mhux dejjem tiehu l-istess ghamla. Hemm zewg mudelli ewlenin taghha: insejhilhom il-“Mudell Materjali” u l-“Mudell Formali”. Ghalissa, hawnhekk se nithaddet dwar l-ewwel wahda biss. Hidmiet li ma jibdlu xejn Ghalkemm kull hidma li jkollha xi rabta jew ohra mal-aspett socjali tal-hajja umana tista’ tissejjah “hidma socjali”, mhux kull hidma bhal din tista’ (jew ghandha) tissejjah “hidma ghall-gustizzja socjali”. Hu evidenti li jezistu hidmiet socjali li ma jaghtux sehem ghall-promozzjoni u t-tkabbir tal-gustizzja socjali. Anzi, bil-kontra, xi kultant sahansitra jaghtu sehem ghall-konservazzjoni u l-perpetwazzjoni tal- ingustizzja socjali. Nghidu ahna, l-ghoti tal-elemozina, il-hidma li ssir mal -vittmi tal-ingustizzji, il-kura tal -vittmi, l-ghajnuna tal-vittmi lil xulxin, id-difiza tal-vittmi, il-predikazzjoni tal-gustizzja, ghalkemm kollha hwejjeg tajba fihom infushom, jittrattaw ftit mill-effetti ta’ dawk is-sistemi li jkunu qeghdin joholqu l-

Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (V)

Image
Bhalma kien il-bniedem evolut li vvinta strutturi li bihom dik li llum insejhu “gustizzja socjali”, hekk ivvinta wkoll tekniki u strutturi, anki fini, ta’ kif ikattar l-ingustizzja. Dan ghamlu minhabba l-kilba xi whud ghal-lukru, jew ahjar ghal profitti artificjali u l-qligh minn fuq dahar haddiehor. L-izvantaggjat zarmat L-ingustizzji jistriehu, fost hwejjeg ohra, fuq iz-zarmar psikologiku tal-vittmi tieghu. Dawk li kiseb vantaggi socjali illeciti holoq ukoll modi kif jikkonvinci lill-vittmi li b’xi mod jisthoqqilhom ikunu vittmi. Dan ghamlu sabiex ihares il-vantagg li kien kiseb u anki sabiex jillegittimizzah. Hafna drabi, dan ghamlu anki b’argumenti religjuzi li bihom sahaq li kien Alla li holoq is-sinjur u l-fqir u li kien Alla li, b’mod “naturali”, holoq id-dizugwaljanzi. Alla ma holoq xejn minn dan kollu. Alla holoq lil kulhadd bl-istess dinjità u gieh. Kien il-bniedem, minhabba l-kilba tieghu ghal vantaggi socjali, politici, ekonomici u religjuzi, li holoq id-dizugwaljanzi

Diskors li jipprovoka l-hsieb

Image
Il-holqien ta’ “mit” gdid li qieghed jipprova jaghmel il-Partit Nazzjonalista dwaru nnifsu mhuwiex tahrig gdid fl-istorja tal-istituzzjonalizmu Malti. L-istess haga ghamlu l-mexxejja kollha , mhux biss tal-Partit Nazzjonalista, imma wkoll tal-Partit Laburista (inkluz Alfred Sant) u tal-Knisja Kattolika. Kull “mit” mahluq kellu l-istess intenzjoni ewlenija: li jinhseb mill-gdid kif l-istituzzjoni tista’ ssalva lilha nnifisha fil-kuntest ta’ cirkustanzi godda li jigu ma’ wiccha. Personalment, meta smajt, minn jiem qabel il-kunsill generali tal-Partit Nazzjonalista, li Joe Friggieri kienet wiehed mit-tliet kelliema specjali mistiedna sabiex jindirizzaw l-istess kunsill dak in-nhar, gharaft l-importanza tal-mument. Fil-fehma tieghi, li filosfi ikollhom sehem bhal dan fit-thaddim tad-demokrazija ma tistax ma tkunx sinjal tajjeb ghat-tahrig tad-dixxiplina filosofika nnifisha. “Miti” u “narrazzjonijiet grandjuzi” Il-kelma “mit” uzaha Alfred Sant f’din il-gazzetta gimghatejn ilu b’refe

Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (IV)

Image
Permezz tal-intelligenza evoluta tieghu f’razzjonalità, gudizzju u lsien, il-bniedem holoq is-“socjetajiet” u l-“istituzzjonijiet” tieghu bhalma holoq kull siwi, kull tifsir u kull skop ghall-ezistenza ta’ madwaru. Holoqhom b’necessità sforzata, imma wkoll ghall-konvenjenza tieghu nnifsu. Ezistenza bla tifsir Il-bniedem ma sab xejn lest madwaru. Fis-sebh tal-gharfien tieghu sab biss ezistenza bla siwi, bla tifsir u bla skop. Dik l-ezistenza (inkluz tal-bniedem innifsu) hi minghajr ebda valur ta’ xejn, minghajr tifsira ta’ xejn u minghajr skop ta’ xejn. Sempliciment tezisti. Il-qaghda evoluttiva tal-bniedem ma setghetx tghix f’ezistenza bhal din. L-evoluzzjoni tieghu geghlitu jaghtiha valur, tifsir u skop. B’mod suggettiv, arbitrarju u artificjali, il-bniedem kellu jimmproviza valuri fejn ma kienx hemm, tifsiriet fejn ma kien hemm u skopijiet fejn ma kienx hemm. Kellu bilfors “johloq” lilu nnifsu u r-“realtà” ta’ madwaru. Ghaldaqstant, fil-waqt li l-ezistenza kienet hemm b’mod o