Posts

Showing posts from October, 2011

Tmiem Gaddafi (2)

Image
Ghalkemm Gaddafi ntemm, jekk mieghu jintemm ukoll il-mudell demokratiku li ppropona fil- Ktieb l-Ahdar (1975) aktarx ikun improbabbli li l-Libja ssir pajjiz stabbli, gust u hielsa. Huwa evidenti li Gaddafi nnifsu ma mexxiex skont l-istess mudell demokratiku li ppropona hu stess f’dan il-ktieb ta’ ideologija politika. Izda dan m’ghandux ifisser li s-soluzzjoni meqjusa li ra ghat-tmexxija tal-Libja mhijiex valida jew li mhijiex vijabbli. Mhux kollox hazin Il-mudell demokratiku li Gaddafi kien ippropona ghal-Libja kien imfassal skont ir-realtajiet u l-htigijiet specifici tal-popli Libjani. Nghid ‘popli’ ghaliex l-ghadd kbir ta’ tribujiet differenti fil-Libja jaghmlu lil dan il-pajjiz wiehed b’varjetà etnika u kulturali bla qjies. Dawn il-popli huma l-bazi tal-hajja socjali u politika tal-Libja. Is-sistema politika li Gaddafi ra l-ahjar ghal pajjizu kienet dik ta’ demokrazija diretta. Il-mudell li holoq – aktarx ibbazat fuq il-kuncetti u l-principji ta’ Nasserizmu – jirrifletti di

Tmiem Gaddafi

Image
Huwa tal-biki tara bniedem li kien f’tant setgha jintemm f’mizerja hekk kerha. Ix-xeni tal-Hamis billejl fakkruni fi tmiem l-2006, hames snin ilu, meta Saddam Hussein tal-Iraq spicca f’qaghda simili u fi tmiem tant baxx. Kemm il-wiehed u kemm l-iehor instabu jistahbew go toqob, wahedhom, mahruba minn nieshom, jistennew it-tmiem jigi u jehodhom. Sakra ta’ poter Meta wiehed jahseb fit-tama li kien gab mieghu Muammar Gaddafi f’Settembru ta’ 42 sena ilu, fl-1969, meta kien ha t-tmexxija tal-pajjiz f’idejh – f’dak iz-zmien kellu biss 27 sena – wiehed ma jistax ma jitnikketx meta jara kif kellha tispicca l-istorja. Kienet tama li ghal xi zmien gholliet il-poplu Libjan ’il fuq u hargitu mill-faqar u l-ingustizzji li kien jghix fihom. Izda wkoll kienet tama li mbaghad intfiet meta l-istess ingustizzji, jekk mhux aghar, regghu zaru lill-poplu u t-tribujiet Libjani. Gaddafi kellu pjanijiet sbieh u ideali gholja f’dak iz-zmien. Izda l-kisba tas-setgha, bhalma taghmel lill-bicca l-kbira ta

Kliem l-gharef Dimech

Image
Din il-gimgha li gejja, is-Sensiela Kotba Socjalisti (SKS) se tohrog ghall-pubbliku ktieb prezzjuz bil-kitbiet originali ta’ Manwel Dimech. Il-kotba dwar Dimech li hargu f’dawn l-ahhar ghaxar snin kienu kollu dwar x’qal u x’ma qalx. Issa, ghall-ewwel darba, ghandna ktieb bil-kliem tieghu stess halli inti u l-pubbliku Malti jkun jista’ jkollu access dirett ghal dan ir-riformatur socjali gharef. Nhar il-Gimgha Il-ktieb se johrog ufficjalment nhar il-gimgha, 21 ta’ Ottubru, waqt serata sabiha fil-Lukanda Osborne, Triq Norsinhar, il-Belt, mis-6.30 ta’ filghaxija ’l quddiem. Il-prezz tieghu huwa ta’ 10 Ewro biss, halli jkun jista’ jlahhaq mieghu kulhadd. L-editur huwa Mark Montebello u l-ktieb fih l-isbah 410 pagni. Fih ghandek ir-rumanz IVAN U PRASKOVJA (mahrug ghall-ewwel darba minn Dimech fl-1905), in-novella MAJSI CUTAJAR (1898), IS-SISIEN TAX-XIRKA MALTIJA (1913), siltiet minn IL-BANDIERA TAL-MALTIN (1898-1914), siltiet minn dokumenti privati ta’ Dimech (1914-1920) u studji kr

Il-kwalità tal-hajja nisranija

Image
Ghal dawk li ghadhom jinteressahom, il-Hadd li ghadda l-isqfijiet ta’ Malta u ta’ Ghawdex hargu ittra pastorali bl-istess titlu li jidher hawnfuq. Fil-qalba tal-ittra, l-isqfijiet ghamlu sejha sabiex kull kattoliku jaghmel “decizjoni importanti”: li, fic-cirkustanzi partikulari ta’ pajjizna bhalissa, kull kattoliku jiddeciedi “li jghix ta’ nisrani”. Programm shih Ghall-ewwel din is-sejha tista’ tidher ovvja. Jekk il-kattoliku ma jghixx ta’ nisrani, x’kattoliku hu? Imma jekk wiehed jidhol ftit aktar fil-fond tal-istedina jintebah li donnha timplika programm shih pastorali. L-isqfijiet donnhom huma ppreokkupati li, ghall-anqas f’parti minnu, il-kattolicizmu Malti u Ghawdxi qisu sar aktar kwestjoni ta’ kultura u drawwiet milli mod ta’ ghajxien konvint. Jista’ ghandhom ragun f’dan. Wiehed ma jistax ma jobsorx li, antika kemm hi antika din is-sejha, u minkejja l-ghadd ta’ drabi li digà saru sejhiet bhalha fl-imghoddi, ma kien ikollha ebda sinifikat jekk ma kinetx ukoll marbuta ma’ p

100 sena mix-“Xirka tal-Imdawlin”

Image
Fi ftit gimghat ohra, fil-21 ta’ Ottubru, sejra ssir it-tifkira tal-100 anniversarju mit-twaqqif tax-XIRKA TAL-IMDAWLIN minn Manwel Dimech u shabu. Dan kien fl-1911. Din it-tifkira se ssir b’konferenza interessanti ferm u bil-hrug ta’ ktieb gdid dwar Dimech. Dawn huma ghalik opportunitajiet sbieh li ebda persuna li thobb lil pajjizna m’ghandha tonqos li tahtaf. Il-konferenza Il-Gimgha, 21 ta’ Ottubru li gej se ssir konferenza sabiha biex tfakkar dan l-anniversarju sinifikanti. Din se ssir fil-Lukanda Osborne ta’ Triq Nofsinhar, il-belt Valletta, mis-6.30 ta’ filghaxija ’l quddiem. Ghal min m’ghandux transport, m’ghandux ikun problema, ghax l-attività tintemm b’riceviment ckejken ghall-habta tad-9.00 ta’ filghaxija u jibqa’ hin bizzejjed biex wiehed jaqbad tal-linja. Il-konferenza se tkun popolari kemm jista’ jkun. Mhumiex se jsiru diskors ta’ natura akkademika, imma ftit kliem meqjus minn esperti li jista’ jinftiehem minn kulhadd halli jifhem ahjar Dimech min kien u x’relevanza