Min qed imexxi?

Min qed imexxi? Il-gvern jew il-Kamra tal-Kummerċ? Dokument li l-Kamra ħarġet ġimgħa u nofs ilu
donnu jħallik f’dubju Malta ta’ min tabilħaqq hi. Mhux biss idaħħallek f’moħħok fellus li mhijiex tagħna lkoll, iżda saħansitra lanqas tal-gvern. Id-dokument jagħtik impressjoni qawwija li ninsabu lkoll f’idejn in-nies tal-privat li għandhom il-bżar xi jroxxu.

Il-‘viżjoni’

Id-dokument imsejjaħ ‘Economic Vision for Malta 2014–2020’ (Viżjoni Ekonomika għal Malta 2014–2020), maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija fit-22 tax-xahar li għadda, hu magħmul minn 52 proposta li jippreżumu li għandhom ikunu l-bażi tad-direzzjoni ekonomika ta’ Malta fis-sitt snin li ġejjin. Id-dokument hu ffirmat minn għoxrin kap eżekuttiv ta’ kumpaniji kbar lokali, kif ukoll mill-Università ta’ Malta.

Minbarra li d-dokument jissuġġerixxi lill-Gvern fuq liema setturi għandu jiffoka, jgħidlu wkoll fejn għandu u m’għandux jinvesti flus il-poplu. Bis-sehem tal-Prim Ministru nnifsu, meta ppreżenta d-dokument fil-pubbliku (f’laqgħa li saret bl-Ingliż) il-President tal-Kamra tal-Kummerċ għamilha ċara li l-‘viżjoni’ li kienet qed tippreżenta l-Kamra kienet l-unika ‘road map’ (jew direzzjoni) li kienet teħtieġ Malta biex tikkompeti fis-suq globali. Għażla ftit kien hemm.

Fost il-proposti tal-Kamra hemm li l-istipendji lill-istudenti għandhom jiġu mqasqsa, li l-paga minima m’għandiex tiżdied, li l-liġijiet tax-xogħol għandhom isiru aktar flessibli favur min iħaddem, li għandu jkun kemm aktar privatizzazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi u miżuri oħra simili à la Thatcher.

It-tmun

Hu leġittimu tiddeduċi li l-viżjoni tal-Kamra tal-Kummerċ hi diametrikament opposta għal dik tal-Programm Elettorali li bih il-Partit Laburista ħa t-tmexxija tal-gvern sena u nofs ilu? Forsi f’ċerti aspetti mhux għal kollox. Iżda ċertament iva fil-prinċipji ddikjarati tat-tnejn. Filwaqt li l-gvern hu marbut li jaġevola ċ-ċittadin ordinarju u ċ-ċittadin iż-żgħir, il-Kamra ssostni―u b’qawwa―li l-gvern ma jistax jagħmel mod ieħor għajr jaġevola lill-industrijalist u l-benistant.

Fi kliem ieħor, minħabba li l-ekonomija hija l-bażi ta’ kull azzjoni governattiva, effettivament il-Kamra kitbet programm elettorali ġdid, u tippretendi li l-gvern jimxi miegħu. Minflok ma l-gvern qiegħed jgħid lill-Kamra ’l fejn għandha tmur u ma tmurx, hija l-Kamra li qed tgħid il-gvern ’il fejn għandu jimxi. Ovvjament, il-Prim Ministru mhuwiex daqshekk ċawla li jisma’ mill-Kamra qisha kienet l-oraklu ta’ Delfi. Iżda żgur li ma jistax jinjora t-twissijiet (repetuti, bosta drabi) tagħha.

Dan iħallik f’dubju min qed imexxi lil min. Jew ukoll min qed jgħallem lil min. Jidhru li spiċċaw dawk il-jiem meta l-gvern, bil-polz tal-poplu f’idejh, għandu ħatfa fuq it-tmun u l-imġewwaħ għall-profitt u għas-setgħa effettiva jrid joqgħod għalih. Il-kapi eżekuttivi tal-kumpaniji l-kbar lokali u (jekk ma tridx) l-Università ta’ Malta għandhom sehem ħafna akbar fuq il-boxxlu milli ċ-ċittadin jeħtieġ u jistħoqqlu.

Il-periklu

Bħal arloġġ Svizzeru, il-Kamra hija prevedibbli daqs l-intestini fl-istonku. Kieku qatt ħasbet l-ewwel fiċ-ċittadin iż-żgħir jew ħarset l-interessi tal-poplu kollu. Dejjem ħasbet għal xawwatha. Dejjem fittxet li min għandu l-flus ikollu aktar. Xi wħud, jaħasra, għadhom joħolmu bir-‘ruħ soċjali’ u jistaqsu fejn qiegħda. Imsieken. Għadhom ma ntebħux li dan hu diskors li miet fl-2012.

Il-Kamra tal-Kummerċ, bid-Dokument, is-suġġerimenti u l-proposti tagħha b’kollox, hi perikoluża daqs kemm huma perikolużi dawk kollha (anki f’oqsma sensittivi oħrajn) li jridu jreġġgħu l-arloġġ lura u l-poplu jerġa’ jispiċċa jinħakem minn ġemgħa pampaluni li jippretendu li kulħadd għandu jilagħqilhom iż-żarbun. It-tixjin tal-ideali soċjali tagħna ikun xejn anqas minn traġedja storika nazzjonali.

Dan diġà beda jseħħ. Iżda, nifhem jien, dan il-gvern għandu jagħmel minn kollox sabiex dan il-proċess jitrażżan kemm jista’ jkun. Jekk Malta mhijiex tal-gvern, wisq anqas ma hi tal-Kamra tal-Kummerċ.

Comments

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  2. Il-problema hi li l-Kamra tal-Kummerc qisha qeghda tipprova tistagna l-ekonomija, allura anke mil-lat ekonomiku il-proposta li thalli l-pagi minimi kif inhuma qisha bhal meta ziemel jaghlaq il-vizjoni u jiddeciedi li jara dak li jrid biss.

    Biex inkun iktar car, b'inqas flus fil-but u biz-zieda ta' 'working poor', l-ekonomija ha tizloq, u n-negozji stess li qed jipproponu dawn il-mizuri tal-awsterita' ha jmorru l-bahar, u jitilfu l-ftit vantagg li ghandhom minhabba s-sitwazzjoni li hemm fil-Libya bhalissa. Dawn ovjament ma hadux hsieb is-suq domestiku, qed jahsbu li billi jnaqqsu l-izpejjez ha jikkontrollaw il-problema, mentri li qed jaghmlu hu li qed idahhlu l-ekonomija ta' Malta f'cirku vizzjuz, wiehed li jwassal ghal 'deflation'.

    Madankollu Christine Lagarde, IMF, kienet issuggeriet li s-servizzi ghandhom jonqsu b'intervent mill-awtoritajiet u mill-Gvern centrali li ghandu jgieghel lil intrapriza tinvesti billi tipprovdilhom inqas ghajnuna hekk dawn ma jurux li jridu jinvestu fl-ekonomija li qed joperaw fiha, jew almenu ghamlet suggerimenti b'din il-logika b'ezempji differenti billi staqsiet lil gvern jinvesti f' 'pension funds', biex b'hekk ikun hemm iktar flus ghal ghanijiet socjali.

    ReplyDelete
  3. Ghal iktar informazzjoni ara http://www.imf.org/external/pubs/FT/GFSR/2014/01/index.htm.

    ReplyDelete
  4. Malta Chamber of Commerce has not been very transparent about its proposals, they seem to have been communicated away from the eyes of the public and as a matter of fact the proposals are not available on its website as far as we can see, which means that they are merely attempting to delay the inevitable increase in wages. The Government of Malta has an important role in leading the way. We cannot live on peanuts forever obviously.

    ReplyDelete
  5. Have statistics on poverty in Malta been published in the news lately?
    See http://www.census.gov/hhes/www/poverty/.

    ReplyDelete
  6. Thanks, Jon. Apart from economics, I submit that the issue here is more fundamental. It seems to be a question of who is leading whom. In other words, an issue of ideology. It would be worrying if the Chamber presumes that the PM agrees with it in all but name. This is a Labour government, after all. If basic changes are not done now they shall never be.

    ReplyDelete
    Replies
    1. I see things from economic perspective, however, leadership is relevant to economic direction.

      Delete
  7. Who is the boss?
    A question that with the latest international development has become obvious to answer.
    One can work on a solution to a problem only when the root cause of the problem is found. Dealing with the symptoms created by a problem will introduce arbitraries which will in turn lead to failure.

    Refugees, increasing racism, world poverty, global conflict, handling crime with failed systems that increase crime, increasing illiteracy in children, poison licenced as food additives, mineral supplements made illegal, children labelled with nonexistent mental conditions leading to psychiatric drugging of children, cuts in public funds. genetically modifying foods, legal pesticides that kill bees, economically impossible to procreate..... The list goes on, but everything falls into place once WHO IS BOSS & THE BOSSES MOTIVES ARE REALIZED.

    The indifference about the ongoing genocide in Israel by the UN, US & EU (Including Malta as it did not officially condemn the genocide) shows that Zionazis are boss.
    Our governments are ruled by an "iron rod"
    I will only make a reference to GMO's and the pesticides used: Israel has its own eco-system which will not be effected. the rest will be left for reflection.

    My views are that Zionazis want to enslave the human race (which process is evident), reduce the world's population for better control. Israel being the 'head quarters', Palestine's existence is not part of the Zionazis's plan. Unfortunate our government and 'il-kamra tal-kummerc' IMF etc are but a tool to make the Zionazis dream a reality.

    I will close by a comment made by Netanyahu's Likud party founder Menachem Begin:

    "Our race (the Jews) is the Master Race. We are divine gods on this planet. We are as different from the inferior races as they are from insects. In fact, compared to our race, other races are beasts and animals, cattle at best. Other races are considered as human excrement. Our destiny is to rule over the inferior races. Our earthly kingdom will be ruled by our leader with a rod of iron. The masses will lick our feet and serve us as our slaves."

    Ponder for a while, it'll all fall in place.

    Mario Borg

    ReplyDelete
    Replies
    1. I don't think the Jews will become the Master race, this is just Hitler's dream reframed by them, I am thinking. It is quite possible that wars arise, and, that we have to manage them, but, all I see is chaos ahead, not a supremacist race, at least by comparing my guesses to those of analysts such as sociologists, and, people such as Nostradamus, who somehow figured out what would happen quite intelligently. I wish I had his brain :)

      Delete
  8. In-nuqqas ta' sensitivita' socjali tiddomina l-ekonomija f'Malta, sfortunatament, minkejja li r-rizorsi huma limitati, ir-rejaltajiet xorta jirrikjedu li l-investiment anke fil-kapital uman ghandu jigi msahhah.

    X'inhi l-ekonomija (xjenza socjali) minghajr il-harsien tal-element essenzjali fil-formula cioe, l-uman bhala konsumatur u bhala haddiem. Kemm hawn iktar nies fi klassijiet li jaqilghu inqas flus u kemm hawn nies li jaqilghu flus iktar minn, ezempju, Paris Hilton, u kemm hemm taxxi li qeghdin jigu kkontribwiti minn klassijiet diversi ta' nies, la l-privat qisu jippreferi jaqsam is-socjeta' bejn 'working class' u l-klassi ta' nies li minghalihom huma ta' klassi superjuri ghax ghandhom iktar flus minn nies ohrajn? Il-banek ma jaqbillhomx ibiddlu r-rati li bihom isellfu allura min se jipprovdi biex iqajjem l-ekonomija fuq saqajha? Ezattament, x'qed isir apparti riklami u 'billboards'?

    Il-Papa Frangisku propjament sostna li decizjonijiet li jibbazaw ruhhom fuq min ghandu iktar flus hi socjeta' b'vizjoni limitata hafna, meta nirrejalizzaw li l-flus mhux kollox u li l-uman jghix minghajr flus u minghajr sistemi, allura hi s-sistema li ghandha bzonn lili u lilek u mhux bil-maqlub. Meta ahna nibdew nemmnu fina nfusna u nitghallmu nirrifjutaw li nigu trattatni hazin, allura il-messagg jasal iktar car.

    Ovjament il-kuncett ta' kemm ghandek flus fil-but hu relevanti ghal ekonomija, x'tahseb? Allura, il-privat qed jirrikatta l-istat bis-soltu kliem fil-vojt li ma jixtieqx jiccaqlaq mid-demel li qed jipprova jahrat minflok jara kif se jzid il-produttivita' b'mizuri iktar konkreti u b'mod transparenti minflok joqghod jahbihom b'hafna sigrieti, bhal li kieku l-privat biss jista' jaghmel xi haga biex isostni l-ekonomija. Il-verita' hi li partikolarment f'Malta, l-privat limitat fl-abiltajiet li jinvesti hekk ma juzax infrastruttura mibnija minn flus tat-taxxi li kkontribwejna jien, int, u Robin Hood.

    Lili idahhquni meta jghidu "dan settur privat ma tistax tmissu". Kemm infakkru li minghajr konsum ebda' kumpanija ma tista' tibqa topera bi profitt, u minghajr haddiema ebda' kumpanija ma tista' tibqa topera billi terga' timpjega lil xi hadd gdid. Din il-biza mis-settur privat hi wahda mibnija fuq mexxejja li m'ghandhomx intenzjonijiet socjalisti, fl-opinjoni tieghi. Ejja niftakru li anke manager ta' kumpanija jew direttur ta' kumpanija hu impjegat ta' kumpanija, u 'shareholder' ta' kumpanija ghandu interess dirett li l-kumpanija timxi b'mod organizzat li hu konformi mal-ligi, anke skond Milton Friedman, li hu liberali u favur il-privatizzazzjoni u n-nuqqas ta' ndhil min-naha tal-istat.

    L-Istat ghandu s-setgha jintervjeni biex ihares id-drittijiet u l-interessi tal-poplu ghalhekk gie elett, mhux biex nitkellmu biss, ovjament, u ghalhekk qed nigu mitluba nhallsu t-taxxi.

    Sa fejn naf jien kemm il-fqir u kemm is-sinjur ihallas it-taxxi, u wiehed irid jaghmel analizi ta' kemm jiffrankaw taxxa min ghandu hafna qabel ma jaghti widen ghal-minoranza li bir-reghba jinfluwenzaw u jsabbtu saqajhom anke fejn hemm bzonn ta' bidla li ha taffettwa n-negozju taghhom, sempliciment ghax imdorrijiet jahsbu hekk.

    L-injoranza m'ghandhiex tibqa' tiddomina fost il-privat u l-mizuri tal-awsterita' huma pass falz li bih naghtu l-impressjoni li mixjin fuq sisien finanzjarji sodi, apparentament.

    Fejn huma r-rizultati u l-poloz ta' corporate social responsibility li tghallimna nuzaw?

    Hekk il-paga qeghda biex issostni bzonn baziku mela hi responsabbilta' ta' min ihaddem li jirrevediha skond il-bzonnijiet tal-ghixien, fost problemi ohra li 'ma nafux bihom bhal li kieku huma xi sigriet nazzjonali'.

    ReplyDelete
  9. In-nuqqas ta' sensitivita' socjali tiddomina l-ekonomija f'Malta, sfortunatament, minkejja li r-rizorsi huma limitati, ir-rejaltajiet xorta jirrikjedu li l-investiment anke fil-kapital uman ghandu jigi msahhah.

  10. Min se jmur ikellmu lil Dr. Muscat issa? :)

    ReplyDelete
  11. Tajjeb insemmu wkoll li billi l-Kamra tal-Kummerc targumenta li ghandhom il-poter ghax jirrapprezentaw il-privat, ftit huma n-nies li jistghu jghidu li raw rizultati ekonomici fl-industrija privata, hlief meta nisimghu b'hafna kazi ta' abbuz, prekarjat, u kawlati li gejjin propju mis-settur privat, allura mhux ta' min joqghod fuqhom kompletament, bir-rispett kollu.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?