Posts

Showing posts from October, 2014

Ir-riżenja tal-Arċisqof

Image
Dwar ir-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona ġimgħa ilu sar ħafna paroli fil-vojt. Kien hemm min ried jgħid xi ħaġa flok ma jgħid xejn. Kien hemm min ried jagħti impressjonijiet ħżiena. U kien hemm min parla mingħajr ma stħarreġ sewwa l-affarijiet. Jien qed nikteb hawnhekk sempliċiment għar-rekord. Biex, għall-anqas, min ’il quddiem jiġi biex jirriċerka l-istorja jkun jaf iqis xi ftit aħjar dak li ġie mxandar fil-gazzetti. Il-paroli li sar Dawk li qalu xi ħaġa flok ma qalu xejn għoġobhom jaraw fir-riżenja tal-Arċisqof storja ta’ manuvrar u kompliċitajiet ta’ natura primarjament politika. Dawn aktar tkellmu dwar dak li xtaqu li qiegħed iseħħ milli dwar dak li fil-fatt kien qed jiġri. Ma kellhomx is-sens jagħmlu s-sempliċi distinzjoni li teżisti bejn il-kwalitajiet personali li jkollu persuna u l-ħidma amminstrattiva li kapaċi jwettaq. Dawk li riedu jagħtu impressjonijiet ħżiena ċarlaw dwar it-tempesta f’kikkra li nħolqot minn ċerti qassisin f’Awwissu li għadda bħallikieku kienu da

Il-gwerra ta’ Obama

Image
Waħda mill-battalji l-aktar jaħarqu tal-kampanja elettorali li kienet wasslet lil Obama fil-quċċata tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika kienet il-mod kif dan il-pajjiż li għamel lilu nnifsu ‘pulizija tad-dinja’ kienet se jittratta mal-hekk imsejħa terroristi Iżlamiċi. Obama kien ħalef li ma jirrepetix l-iżbalji tal-president ta’ qablu u ma jdaħħalx lill-Amerika fi gwerer militari oħra, anzi li jrażżan dawk li kienu diġà għaddejja. Ir-Repubblikani tgħidx kemm kienu għajruh dgħajjef. Issa, wara ħames snin ta’ presidenza, Obama jinsab maqbud fi gwerra oħra, waħda li hu jsejħilha ‘limitata’. Gwerer ‘limitati’ Għalkemm il-gwerra li beda Bush fl-Afganistan fl-2001, sal-lum Obama ma rnexxilux irażżana għal kollox, fl-2011 waqqaf dik li kienet ilha għaddejja sa mill-2003 fl-Iraq. Iżda fl-istess sena (2011) Obama daħħal lill-Amerika fi gwerra ġewwa l-Libja, u issa, sa minn Ġunju li għadda, inqabad fi gwerra oħra kontra l-‘Istat Iżlamiku’ fl-Iraq u s-Sirja. Iżda Obama jins

Sant, l-Ukrajna u voti oħra

Image
Ftit anqas minn xahar ilu (fis-16 ta’ Settembru) ittieħed vot fil-Parlament Ewropew fuq il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-Ukrajna mal-Unjoni Ewropea (UE). Il-Membri rappreżentanti taż-żewġ partiti Maltin kollha vvotaw favur barra wieħed, li astiena: Alfred Sant. Dan ħoloq preċedent. Fuq kollox, fetaħ tieqa żgħira ta’ arja friska fil-kamra soffokanti tal-politika partiġġjana Maltija. Ċaqċieqa Elett fil-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda fuq il-karru tal-Partit Laburista (b’48,739 vot jew 36% tat-total tal-voti Laburisti), ċertament kulħadd stenna li Sant jagħmel kif dejjem sar is-soltu: li jsegwi l-linja tal-partit li miegħu ġie elett (li hu wkoll, s’intendi, il-partit fil-gvern). F’dan il-każ tal-Ukrajna, kulħadd stenna li Sant jivvota favur il-mozzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, u tal-President tal-Ukrajna, Petro President Poroshenko. Iżda mhux hekk sar. Sant astiena. Mhux ta’ b’xejn li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, qomos mill-ewwel.

Il-kelma maħmuġa (dissidenza)

Image
Tal-għaġeb ix-xeni li waslulna din il-ġimgħa minn Hong Kong. Kemm l-għaxriet tal-eluf tad-dissidenti jirrappreżentaw is-7.2 miljun ruħ ta’ Hong Kong jew il-1.3 biljun taċ-Ċina, wieħed ma jistax jgħid eżatt. Li hu żgur hu li l-għadd ta’ nies li għażlu li ‘jitħammġu’ bil-kelma ‘dissidenza’ kien impressjonanti. Dawn in-nies għażlu li ma jaqblux u għażlu li ma jablux pubblikament. Dan hu ġest ta’ qlubija f’pajjiż bħaċ-Ċina. Ossessjonijiet Id-dissidenza għal ħafna hi kelma li tindika xi ħaġa aktar minn sempliċi periklu. Għandha riħa ta’ xi ħaġa mnawra. Hija kelma li għal ħafna tindika nkwiet żejjed; disturb tas-serentià; għorka kontra l-vina. Għal ħafna d-dissidenza hi sinjal ta’ patoloġija; ta’ moħħ li xi mkien tilef it-triq; ta’ ruħ mitlufa; ta’ karattru diżordnat. Il-kelma donnha għandha għal ħafna xi ħaġa mhux sewwa fiha li jġegħilha tkun maħmuġa. Imma l-‘ħmieġ’ tad-dissidenza ma jiġix minnha nnifisha. Pjuttost jiġi (ifakkarna Freud) mill-ossessjoni morbuża li ħafna minna għandh