Posts

Showing posts from June, 2015

Inti x’qed taħseb?

Image
Fil-filosofija jingħataw ħafna raġunijiet għala l-annimali (fosthom il-bnedmin) jifhmu jew ma jifhmux lil xulxin. Il-ħila għall-komunikazzjoni, kemm lingwistika u kemm mhux, tiffaċilita l-ftehim daqskemm tfixklu. Xi kultant lanqas aħna ma niftiehmu bejniena bil-Malti, aħseb u ara kemm jistgħu jiftiehmu bniedem u namla. Il-logħob lingwistiku Imma oħroġ il-għaġeb, bi sforz aktarx kbir u b’ħafna paċenzja, il-bniedem jasal ukoll biex jiftiehem ma’ xi wħud mill-annimali, allavolja ma jaqsmux bejniethom lingwaġġ verbali komuni. Jien rajt b’għajnejja stess nies jiftiehmu perfettament ma’ żwiemel, sriep, ġrieden, mogħoż, għasafar ta’ kull sura, ħnieżer u delfini, biex ma nsemmix, ovvjament, klieb u qtates. F’dawn il-każijiet kollha, in-nies u l-annimali kienu prattikament iqumu u jorqdu ma’ xulxin b’mod li kellhom l-okkażjoni josservaw u jiftakru, fuq medda kemxejn twila ta’ żmien, il-ħajja ta’ xulxin fl-irquqijiet kollha ta’ drawwietha. Biex nisiltu l-kliem minn waħda mill-aktar teori

Bil-grazzja mitlufa

Image
Il-ħolqien kollu hu mimli bil-grazzja ta’ Alla. Il-hena tal-bniedem hija li jagħraf il-preżenza tagħha fit-tiġrib ta’ kuljum tiegħu u ta’ ħaddieħor, ifaħħarha kulfejn jilmaħha, iberikha kulfejn isibha u jxandarha kulfejn jista’. Hu għal dan li n-nisrani huwa msejjaħ b’mod speċjali. Iżda diżgrazzjatament, spiss jiġri li l-bniedem—u mhux anqas in-nisrani—ma jagħraf fih u madwaru ebda grazzja, wisq anqas ifaħħarha, iberikha jew ixandarha. Hekk jitlef l-għożża, il-faraġ, il-barka u l-hena tagħha. Il-preżenza tal-grazzja Bosta nsara f’pajjiżna li għadhom jieħdu sehem fl-atti reliġjużi jgħixu l-ħajja nisranija tagħhom b’mod mekkanistiku. Għalihom ir-reliġjon saret drawwa li timla vojt skomdu. Oħrajn, li l-atti reliġjużi m’għadhomx jiġbduhom jew iħossu l-ħtieġa tagħhom, spiss jaħsbu li huma maqtugħa mill-ħajja spiritwali. It-tnejn jgħixu l-ħajja qisha kienet xi piż li wieħed irid jissaportiha ‘la x-xitan irid hekk’. It-tnejn mhumiex konxji mill-preżenza tal-grazzja divina f’ħajjithom.

Who actually discovered the 'Cantilena'?

Image
It was Michael Fsadni alone who found the Cantilena Now that, alas, both Michael Fsadni (pictured below) and Godfrey Wettinger have passed away, the truth can finally be told as to who really discovered Peter Caxaro’s famous Cantilena on September 22, 1966. To immediately cut to the chase, I here categorically state that it was Michael Fsadni alone who made the discovery. Wettinger came into the story later. Before proceeding further to prove what I have just affirmed, I would like to express my sorrow for the loss of Wettinger as much as for Fsadni. Though no two persons could be found more unlike each other (Wettinger an avowed agnostic; Fsadni a scrupulous religious), they were both remarkable people. What made them so special, I think, was not only their inquisitive minds, their love of study and their persistent appetite for silent mischievousness, but also their eccentricities and unconventionalities. They were fun and lovable, though they both could choose to be very di

L-ambjent: l-għarqub ta’ Akilli

Image
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħed isir evidenti li, għall-gvern preżenti, il-qasam tal-ambjent se jkun l-għarqub ta’ Akilli. Xahar wara xahar, jekk mhux ġimgħa wara ġimgħa, il-gvern qiegħed jingħata dejjem anqas marki għall-ħarsien tiegħu. Huwa qasam doluż li, milli jidher, mhuwiex iddestinat—jaħasra—biex ikun parti mill-ġenerazzjoni rebbieħa. Wegħdiet ambjentali L-ambjent jokkupa parti sostanzjali mill-Programm Elettorali tal-2013, li bih il-gvern preżenti kiseb il-mandat tat-tmexxija. B’ittri kbar kien tħabbar: “Nemmnu li Malta għandha tkun minn ta’ quddiem nett fl-istandards ambjentali. Mhux għax hemm obbligu mid-direttivi Ewropej, iżda għax hekk jixraq lil uliedna.” Dan kien kliem li, sentejn u nofs ilu, kellu nvestit fih ħafna tama u fiċudja. Il-Programm Elettorali jidħol fil-mertu ta’ diversi setturi tal-qasam tal-ambjent. Mill-ippjanar sostenibbli sa sehem attiv lill-għaqdiet ambjentali; mis-saħħa ambjentali sa l-maniġġjar tal-iskart u l-konservazzjoni tal-ilma; mi

L-Ewkaristija mhijiex tessera

Image
Hija parti mit-teoloġija ortodossa nisranija li l-Ewkaristija turi, fost ħafna ħwejjeġ oħra, il-komunjoni tal-fidili. Infatti, dik li aħna nsejħu ‘tqarbin’ (mill-Għarbi qurbana , li tfisser Ewkaristija), f’ħafna ilsna oħra għandha dan l-isem: ‘communion’ , ‘comunione’ , ‘kommunion’ u l-bqija, jiġifieri għaqda; xirka. Imma komunjoni, għaqda, xirka ma’ xiex ? Għaqda mal-Knisja Għal ħafna, din l-għaqda hija mal-komunità nisranija jew mal-Knisja. Għaldaqstant, f’dan is-sens it-tqarbin jistgħu jieħdu sehem fih dawk biss li huma konformi mal-liġijiet jew il-kanoni formali tal-Knisja. Il-bqija huma esklużi minn din l-għaqda u, għalhekk, imċaħħda milli jitqarbnu. Dan irrispettivament jekk il-persuni humiex insara prattikamenti, osservanti u tajba. Il-fatt li ħajjithom mhijiex għal kollox konformi mar-regoli ekkleżjastiċi, iżommhom milli jieħdu sehem fl-ikla tal-Mulej. Evidentement, din l-interpretazzjoni hija waħda legalistika; tħares lejn l-Ewkaristija mill-punto di vista legali u fo