Posts

Showing posts from July, 2015

Irlanda mqarba

Image
Fit-22 ta’ Mejju li għadda l-Irlanda ma ġabitx ruħha sew. Qagħdet naughty . Għala? Għax referendum li ma kellux jgħaddi f’pajjiż fejn ħamsa u tmenin fil-mija (85%) huma Kattoliċi, għadda b’aktar minn tnejn u sittin fil-mija (62.2%). Kien ir-referendum favur iż-żwiġijiet tal- ‘gays’ . “Din kienet telfa għall-umanità,” sejħilha s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan. Kienet ukoll okkażjoni storika. Għax l-Irlanda sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva ż-żwiġijiet gay b’vot popolari. Telfa loġika Ċertament kienet telfa—anzi, tkaxkira—għal min ma riedx li r-Referendum jgħaddi. Kienet rebħa għall-bqija. Fuq kollox, rebħa għal min jemmen fl-ugwaljanza u r-rispett ta’ ħaddieħor. Rebħa għal min jemmen li taħt il-kappa tax-xemx hawn spazju għal kulħadd. Fl-Irlanda waqt il-kampanja għar-Referendum ġara l-istess dak li ġara f’Malta meta ġew diskussi ż-żwiġijiet gay u meta sar ir-referendum tad-divorzju. Ħafna tkellmu dwar jekk iż-żwiġijiet gay humiex tajbin fihom infushom jew le. Mhux dwar

Newtralità mhedda?

Image
Il-kunċett tan-newtralità non-alineata ilu jiġi diskuss, ipproblematizzat u kkwestjonat sa minn mindu ġie introdott minn Mintoff fl-1958. Sittin sena li fihom, filwaqt li l-klawsola konstituzzjonali tan-newtralià, mgħoddija fl-1987, daqqa ġiet komda għall-gvern u daqqa le, il-filosofija (jew l-ispiritwalità) tan-newtralità non-alineata ftit ġiet mifhuma sewwa u qajla mgħallma fuq firxa wiesgħa. Sallum għadek tisma’ sa politiċi (li jippretenduha ta’ professuri tal-Kostituzzjoni) jgħidu l-ħmerijiet dwar in-newtralità non-alineata u jittrattawha bl-aktar mod puwerili u superfiċjali. Periklu eżistenti? Iżda barra li n-newtralità non-alineata għandha aspett filosofiku (jew spiritwali, jekk trid)—għax hi fiha nnifisha viżjoni partikulari tar-relazzjonijiet umani u tal-għajxien fid-dinja—hi wkoll provvediment legali ; timplika drittijiet daqskemm dmirijiet li huma preskritti mil-liġi, kemm lokali u kemm internazzjonali. Dawn il-preskrizzjonijiet huma preċiżi u eżatti. Mhumiex preċiżi

Sagrament wieħed

Image
Kulmin hu xi ftit midħla tal-Knisja Kattolika jaf li dawk li jissejħu ‘sagramenti’ jingħad li huma sebgħa fil-għadd. Dawn is-sagramenti huma rregolati mill-liġi tal-Knisja (id- ‘Dritt Kononiku’ ). Iżda f’dan kollu wieħed għandu mnejn malajr jinsa—b’xi ftit ta’ dannu serju—li dawn is-sagramenti huma biss sinjal u għodda ta’ Sagrament wieħed biss: Ġesù Kristu. L-għadd tas-sagramenti Qabel l-1547 ma kienx ċar għal kollox kemm kien l-għadd tas-‘sagramenti’. Min kien jgħid li kienu xi ftit jew wisq sebgħa (il-Kattoliċi), min tnejn (il-Protestanti) u min bosta (l-Ortodossi). Fl-1547, il-Konċilju ta’ Trentu qatagħha definittivament li ‘min jgħid li s-sagramenti huma aktar jew anqas minn sebgħa huwa misħut’ (Sezz. III, Can. I). Għalkemm din id-dikjarazzjoni ċċarat l-affarijiet għall-Kattoliċi, ma tantx impressonat il-bqija tal-Insara. Il-kwestjoni kienet aktar legali milli ħaġa oħra. Għax fil-fatt l-Insara kollha jistqarru li, filwaqt li s-sagramenti huma sinjali tal-grazzja li Alla ja

Helsinki 40

Image
Għaddew 40 sena mill-għeluq tal-Konferenza famuża ta’ Ħelsinki, il-Filandja, li fiha Malta, permezz tal-kontribut li kien ta Dom Mintoff, kienet tat sehem siewi ferm. Illum, erbgħin sena wara, huwa aktar minn xieraq li naraw jekk il-wegħdiet li kienu saru dak in-nhar inżammux u jekk il-ftehimijiet li ntlaħqu għadhomx jgħoddu għal-lum. Sehem Mintoff Il-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kienet għalqet fl-1 ta’ Awwissu tal-1975. Il-bidu tagħha kien fl-1973. L-ewwel u t-tielet fażijiet tagħha kienu saru Ħelsinki u t-tieni waħda f’Ġinevra. Mintoff kien ħa sehem fl-ewwel fażi li fiha għamel proposti ambizzjużi li spiċċaw biex ġew aċċettati mill-pajjiżi parteċipanti, inkluż (u l-aktar importanti) mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Russja (li f’dak iż-żmien kienet l-Unjoni Sovjetika). Il-Konferenza ġabet flimkien tlieta u tletin pajjiż tal-Ewropa, inkluż Malta, kif ukoll l-Amerika u l-Kanada. Dawn flimkien impenjaw irwieħhom biex jibdew itemmu l-Gwerra l-Bierda