Posts

Showing posts from October, 2015

Gvernanza xierqa

Image
Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li jitħajru jitħaddtu dwar xi tip ta’ ‘riforma’ kostituzzjonali jinsistu li din għandha essenzjalment ittejjeb il-gvernanza xierqa, dik li bl-Ingliż tissejjaħ ‘good governance’. Donnhom mhumiex kapaċi jintebħu kemm huma politikament patetiċi u ideoloġikament foqra meta jgħidu hekk. Governanza xierqa jew ixraq ma tiġġenera ebda riforma. Anzi, bil-kontra. Tagħmel xi riforma aktar impossibbli li sseħħ. Kwestjoni ta’ prijoritajiet Kulma qegħdin jgħidu dawn in-nies huwa li l-gvern isir aktar gvern; li jiddomina aktar; li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet. Tabilħaqq, l-iskuża hi dejjem l-istess: li l-gvern u l-istituzzjonijiet tiegħu u tal-pajjiż iservu aħjar li ċ-ċittadin. Imma kemm jiġri hekk? Kemm jiġri li t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ma jservix, fil-fatt, biex iċ-ċittadin jiġi mgħaffeġ aktar? Xi wħud, ukoll, ma jħobbux li jien jew xi ħadd jitħaddet dwar iċ-ċittadin. Iriduna nitħaddtu fuq ‘il-poplu’. Għax, jgħidu, li l-istituzzjonjiet għalhekk qegħdin: biex i

Sptarijiet u radd ta’ ħajr

Image
Mhijiex ħaġa diffiċli wisq biex malajr u ta’ spiss ninsew l-eluf ta’ ħaddiema Maltin u barranin li kontinwament, lejl u nhar, jaħdmu għalina fis-skiet ta’ dmirhom. Ħafna affarijiet neħduhom ‘for granted’ sal-punt li jistgħu joħroġu għal kollox minn moħħna l-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju ta’ eluf ta’ nisa u rġiel li fuq il-lant tax-xogħol jagħmlu l-ħajja tagħna, bil-kumditajiet kollha tagħha, possibbli. B’mod partikulari, għandi f’moħħi hawnhekk il-ħaddiema tal-isptarijiet. Professjonaliżmu kbir Fil-ġimgħat li għaddew kelli l-okkażjoni li nkun personalment residenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-isptar Mater Dei. Nibda biex ngħid li, b’mod ġenerali, is-servizz li ngħatajt min-‘nurses’, il-‘carers’, il-‘helpers’, il-‘cleaners’ u l-voluntiera, kemm Maltin daqskemm barranin, ġewwa d-diversi swali li kont fihom kien eċċellenti. Ħames stillel. L-istess is-servizz mogħti mit-tobba u l-konsulenti. Stajt nara li x-xogħol ta’ dawn in-nies mhuwiex dejjem faċli, sempliċi je

Il-monument ta’ Mintoff

Image
Il-Laburisti kollha jridu jifhmuha darba għal dejjem u jdaħħluha f’moħħhom li ebda monument tal-Perit Dom Mintoff―klassiku jew modern, rappreżentattiv jew astratt―ma hu se jagħtih il-ġieħ li jistħoqqlu. Lanqas jekk joħolqu l-Bernini. Lanqas jekk jikxfu l-Papa. Lanqas jekk ipoġġuh f’nofs Misraħ il-Palazz. Il-Laburisti kollha jridu jifhmuha darba għal dejjem u jdaħħluha f’moħħhom li Mintoff jingħata ġieħ biss meta l-wirt ideoloġiku u filosofiku tiegħu jiġi mifhum, imħaddan u mgħallem lit-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum u ta’ għada. Monument ta’ valuri Tifhimnix ħażin, ta! Mhux li Mintoff ma jistħoqqlux monument f’kull belt u raħal ta’ Malta u Għawdex, bħalma għandu Garibaldi fl-Italja. Anzi, jistħoqqlu fuq li jistħoqqlu! Iżda ġieħ Mintoff mhux f’hekk jista’ jingħatalu. Il-glorja ta’ Mintoff mhux minn dan jiġi. Il-ġieħ jingħatalu u l-glorja tiegħu tiġi meta dak li wettaq u għallem jibqa’ jseħħ fostna issa u dejjem. Dan kif, ngħidu aħna―ladarba qegħdin insemmu l-monumenti―il-gvern ma ħol