Posts

Showing posts from December, 2015

Il-moralità Brusselljana

Image
L-Istat Malti jistħajjel li hu wieħed lajk (jew sekulari). Tabilħaqq, hemm diversi provedimenti (sustantivi) fil-liġi li jikkonfermaw li hu hekk. Iżda l-amministrazzjoni governattiva tidher li qiegħda tilgħab mal-prinċipji li jagħmlu lill-Istat Malti wieħed lajk. Firda bejn Knisja u Stat Meta ngħidu ‘Stat lajk’ ħafna drabi nifhmu, fost affarijiet oħra, li f’Malta u Għawdex effettivament saret is-separazzjoni bejn Stat politiku u Knisja (Kattolika). Fil-prattika dan ifisser bosta affarijiet, fosthom li l-Istat iħaddan il-libertà reliġjuża, li m’għandux reliġjon statali, li ma jagħtix privileġġi jew sussidji statali li xi reliġjon, li jċaħħad li xi reliġjon milli jindaħlu fi ħwejjeġ tal-Istat, li ma jħallix li istituzzjoni governattivi jintużaw minn xi reliġjon, li ma jħallix li xi reliġjon tikkontrolla l-gvern jew teżerċitaw setgħa politika, li jillibera s-sistema legali mill-kontroll reliġjuż, li ma jħallix xi reliġjon taħkem is-sistema edukattiva jew il-kurrikulu edukattiv, li m

Notamenti fil-qosor

Image
Ftit kummenti fuq il-ktieb JOTTINGS ta’ Michael Grech It-taħriġ filosofiku li jsir f’pajjiżna hu aktarx anqas tal-għamla teoretika u astratta, u aktar tas-sura li hi applikata għal kwestjonijiet u problemi kurrenti. Il-filosfi Maltin rari jxandru kitbiet purament spekulattivi jew filosofikament sistematiċi. Dan għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Hu tajjeb għax ixandar fehmiet aktarx raġunati u loġiċi dwar x’ikun għaddej madwarna; ħażin għax hu diffiċli ħafna li ssir taf bl-eżatt, b’mod organizzat u ordnat il-fasla ta’ moħħ il-ħassieb. Teorija u applikazzjoni Aktarx hemm aktar minn raġuni waħda għal dan. Ibda biex, ħafna ħassieba llum isibuha diffiċli jfasslu u jiktbu xogħol sistematiku li jibda mill-A u jispiċċa fiż-Ż. Minkejja li xi wħud isostnu li xogħolijiet bħal dawn ftit jista’ jkollhom siwi (għax iqiegħdu f’qafas dak li aktarx m’għandux), oħrajn jgħidulek li hu b’din il-għamla biss li l-ħassieb jista’ juri tabilħaqq kif oqsma differenti ta’ ħsiebu jorbtu ma’ xulxin b’mod

Einstein u s-Soċjaliżmu

Image
Għalkemm ħafna semgħu bit-Teorija tar-Relattività ta’ Einstein u jafuh bħala fiżiċista mill-akbar, aktarx anqas huma midħla tal-ħsibijiet politiċi tiegħu. Ngħidu aħna, ftit jafu li kien soċjalista konvint u oppożitur qawwi tal-kapitaliżmu. Minħabba l-istatura kbira ta’ dan il-bniedem, aktarx huwa xieraq li wieħed jaħseb daqsxejn dwar dak li kellu xi jgħid dwar id-dinja ekonomika u politika tagħna u dwar is-soluzzjoni li ra għall-problemi tagħha. Konsistenza L-ideat politiċi ta’ Albert Einstein (1879–1955), kif ukoll l-azzjoniijet li wettaq fuq il-bażi tagħhom, jikxfu konsistenza konsiderevoli. Diġà, sa mill-1927, meta ħa sehem fil-kungress tal-Lega Kontra l-Imperjaliżmu fi Bussell, huwa ħa pożizzjoni ċara fuq ’l fejn kien ixaqleb f’kwestjonijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi. Ippersegwitat bla ħniena min-Nażisti minħabba n-nisel Lhudi tiegħu, fl-Amerika, fejn kellu jaħrab, huwa appoġġja kemm seta’, b’qawwa kbira u bil-miftuħ diversi movimenti għall-promozzjoni tad-drittijiet ċ

Gwerra anti-kostituzzjonali

Image
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-gvern u l-oppożizzjoni daħħlu lil Malta fi gwerra. Hija l-ewwel darba, mill-Indipendenza lil hawn, li ninsabu uffiċjalment fi stat bħal dan ... minkejja li l-Kostituzzjoni tagħna tistqarr li dan ma jistax isir b’mod leċitu, u minkejja li aħna pajjiż uffiċjalment newtrali. Għall-biċċa l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi dan donnu ma hu xejn ... ukoll jekk issa ninsabu lkoll aktar vulnerabbli għall-attakki ta’ ħaddieħor. Dover Kapitlu 1, Artiklu 1, Paragrafu 3, tal-Kostituzzjoni tagħna tgħid espressament li “Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is-siġurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jħaddan politika ta’ non-allineament u jirrofta li jipparteċipa f’kull alleanza militari”. Minkejja din l-istqarrija ċara u tonda—u, għandna nżidu, sagrosanta—il-gvern u l-oppożizzjoni xorta waħda ddeċidew bejniethom li jiksruha u jmorru kontriha billi jsieħbu lil pajjiżna fl-alleanza militari ta’ Franza u l-Unjoni Ewropea kontra