Posts

Showing posts from March, 2017

Iċ-ċkejken u ż-żgħir

Image
Hawn ħafna affarijiet ċkejknin, imma xejn żgħir. Din id-differenza bejn iċ-ċkejken u ż-żgħir bosta minna jinsewha jew jagħżlu li jinjorawha. Jagħmel sewwa kulħadd li jżommha f’moħħu għax, bi tfixkil bejn il-waħda u l-oħra, bniedem għandu mnejn jonqos mir-rispett li jmissu jagħti lil ħaddieħor jew imqar lilu nnifsu. Xejn m’hawn żgħir, ukoll jekk ċkejken. Iċ-ċkejken mhux żgħir Meta, f’relazzjoni maż-żgħir, ngħidu li xi ħaġa hi ċkejkna nkunu aktarx qed nirreferu għall-qies tagħha. Iċ-ċkejken hu terminu marbut ma’ tul, wisgħa, fond, piż, volum u affarijiet bħal dawn ta’ natura kwantitattiva. Huma affarijiet li jistgħu jitkejlu jew ukoll jintiżnu, affarijiet li jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu. Ngħidu aħna, nirreferu għal nemla bħal ċkejkna, jew ċippa ta’ apparat elettroniku, jew żrara, jew bebbuxu. Dawn huma affarijiet li nsejħulhom ċkejknin għax il-qies tagħhom mhuwiex kbir. Id-dinja wkoll hi ċkejkna meta mqabbla mal-qies tax-xemx jew il-qies ta’ Saturnu. Nista’ ngħid li għandi bir

Mingħajr preċedenti fl-Olanda

Image
Dak li qed jiġri fl-Olanda bħalissa għandu mnejn hu mingħajr preċedenti. Anzi, jista’ joħloq preċedent liema bħalu. Il-gvern Olandiż jinsab f’kwestjoni mat-Turkija fuq xi ħaġa li għandha mnejn tiftaħ it-triq għal sitwazzjonijiet simili fl-Ewropa jew ukoll f’inħawi oħra tad-dinja. X’jista’ jirriżulta minn dan kollu? Dixxendenzi barranin Il-ġimgħa li għaddiet, eżattament nhar il-Ħamis li għadda, fit-Turkija sar referendum fuq is-setgħat effettivi tal-president tal-pajjiż. B’daqshekk ma fiha xejn. Il-problema qamet meta l-ministri tal-gvern Tork riedu jagħmlu ‘meetings’ ġol-Olanda għat-Torok li jgħixu hemmhekk jew għandhom ċittadinanza Olandiża. Skont l-istatistiċi Olandiżi, hemm madwar 500,000 ċittadin Olandiż ta’ dixxendenza Torka ġo l-Olanda. Dawn jagħmlu mat-2.5 fil-mija tal-popolazzjoni kollha Olandiża. Kien għal dawn li l-ministri Torok riedu jagħmlu l-‘meetings’, mhux ġo pajjiżhom, iżda f’pajjiż ħaddieħor! Id-demostrazzjonijiet Torok waqt il-kampanja referendjali tat-Turk

Meta l-politiku jonqos iċ-ċiviltà tagħna

Image
Iċ-ċiviltà li niftaħru li għandna tissejjes, fost ħwejjeġ oħra, fuq għadd imdaqqas ta’ affarijiet li jesprimuha. Aktar ma dawn l-affarijiet ikunu fl-għajn, aktar jieħdu responsabbiltà fuqhom quddiem is-soċjetà kollha. Fost dawk l-aktar fl-għajn huma l-politiċi. Fuq dawn, fost ħafna oħrajn, taqa’ responsabbiltà kbira biex jesprimu ċ-ċiviltà tagħna u l-fażi tal-iżvilupp tagħha. Qegħdin fil-fatt jerfgħu biżżejjed din ir-responsabbiltà? In-nies pubbliċi tagħna L-artisti, il-ħaddiema pubbliċi kollha, il-voluntieri f’kull qasam, in-nies li jagħtu servizz pubbliku u ħafna suriet oħra ta’ ċittadini għandhom ir-responsabbiltà li, flimkien mal-politiċi, jesprimu ċ-ċiviltà tagħna. Ilkoll flimkien, kulħadd bit-toqol u s-siwi tiegħu, juru kemm aħna ċċivilizzati, kemm ilħaqna livell għoli ta’ ħruġ mill-egonazzjonalizzmu tagħna u ġrejna fit-triq tal-altrunazzjonaliżmu. Dawn iż-żewġ termini―egonazzjonaliżmu u altrunazzjonaliżmu―nistgħu nqisuhom bħala żewġt iġnub ta’ medda ta’ żvilupp li minnho

Meta jittrattawk ta’ vavu

Image
Hemm kelma għal meta jittrattawk ta’ vavu. PATERNALIŻMU. Hija kelma li tiġi mil-Latin ‘pater’, li tfisser ‘missier’. Għax meta jittrattawk ta’ vavu, iġibu ruħhom miegħek qishom kienu xi papà, imma fl-agħar sens tal-kelma papà jew missier. L-attitudni tkun li jittrattawk bħallikieku kont għadek xi tifel jew tifla li trid lil min jieħu ħsiebek u jħares fuqek. Appuntament għalik Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Marzu, fiċ-Ċentru tal-Fortifikazzjonjiet, Triq San Mark, il-Belt (il-Mandraġġ), mis-7.30 ta’ filgħaxija ’l quddiem, se joħroġ ktieb proprju fuq hekk. Fuq il-paternaliżmu. Il-ktieb jismu MIN JGĦIDU N-NIES LI JIEN? – Il-FAQAR TAL-PATERNALIŻMU. Huwa miktub minn Mark Montebello u ppubblikat mill-SKS. Għal din l-attività l-pubbliku kollu hu mistieden u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Din hija okkażjoni għalik ukoll, jekk jinteressak is-suġġett. Fl-attività tista’ tieħu sehem fid-diskussjoni (li żgur tkun interessanti, jekk mhux ukoll ftit taħraq), u wkoll tikseb il-ktieb bl-irħis, għax dak in-n