Posts

Showing posts from October, 2017

Il-kbir Luteru

Image
Nhar it-Tlieta, il-31 t’Ottubru tal-2017, miljuni ta’ nies madwar id-dinja kollha se jfakkru flimkien avveniment li ġrat 500 sena ilu. F’dan il-jum fl-1517, patri Agostinjan ta’ 33 sena, weħħel mal-bibien tal-knejjes f’raħal ċkejken fil-Ġermanja, Wittenberg, stedina għal diskussjoni bbażata fuq 95 punt duttrinali. Dan kien il-bidu umli ta’ riforma ġiganteska li kellha theżżeż id-dinja sal-lum. Il-patri żagħżugħ kien Martin Luteru. Eretiku min jagħmlu Ebda ġrajja, waħedha waħedha, u ebda bniedem, waħdu waħdu, ma jistgħu qatt ibiddlu l-istorja. Dan jistgħu jidhru li jagħmluh jekk wieħed jinjora il-qtajja bla qies ta’ ċirkustanzi, ġrajjiet u nies oħra li jkunu taw lil dik il-ġrajja jew lil dak il-bniedem appoġġ, sosten u sustanza. Hekk ukoll il-31 t’Ottubru tal-1517. U hekk ukoll Luteru. Kemm x’kien ġara dak in-nhar, kif ukoll x’seħħlu jagħmel Luteru, ħadu t-tifsira sħiħa tagħhom b’dak kollu li ġara wara fuq medda ta’ bosta snin, inkluż fatturi li juru li Luteru inzerta kien bnied

Għali għall-mewt

Image
X’għali għall-mewt għandi għat-tmiem inġust, godard u qarrieq ta’ Daphne Caruana Galizia! Kienet x’kienet il-fehma politika tagħha, kien x’kien il-mod kif titkellem u tikteb, il-qerda terribbli tagħha hija telfa għal Malta u Għawdex kollha, telfa għad-diċenza tagħna, telfa għaċ-ċiviltà tagħna, telfa għal-libertà tal-espressjoni. Daqqa lil pajjiżna Meta nhar it-Tnejn li għadda, 16 t’Ottubru, smajt bil-qtil attroċi ta’ Caruana Galizia, ħassejtni nimrad. Mhux għax kont naqbel ma’ xi fehma tagħha, mhux għax kont nafha mill-qrib, mhux għal xi raġuni personali, daqskemm għax in-nazzjon tagħna ġie fuqu dan l-għajb kbir li ġurnalista bħalha tintemm b’dan il-mod. Dan hu pajjiż ħieles, pajjiż li jħalli lil kulħadd jgħid li jrid, pajjiż li fih kulħadd jista’ jgħid dak li jrid kif irid, pajjiż li jħobb, jippromovi u jiddefendi d-dritt tal-espressjoni. Caruana Galizia kienet teżerċita dan id-dritt sal-limiti tiegħu, u forsi lil hinn ukoll. Imma kien dan id-dritt, sagrosant għal kull demokra

Dinja mgħaġġla

Image
Bil-baġit tal-ġimgħa li għaddiet jidher li l-gvern fetaħ idu. Konna ilna ma nisimgħuha din in-nota, iżda issa, wara ħafna snin, jidher li setgħet terġa’ tibda titwettaq. U wkoll, minn żmien Mintoff ’l hawn: baġit mingħajr taxxi ġodda. Ħaġa li konna rrassenjajna lilna nfusna biex qatt aktar ma jkollna. Imma issa seħħet tassew ukoll. Madanakollu, għandu mnejn li l-aktar messaġġ mhux mismugħ ta’ dan il-baġit li ħaseb għad-dinja mgħaġġla li qed ngħixu fiha. Kulħadd għaddej bil-gass mal-pjanċa, kif jgħidu. Ritmu dejjem jiżdied Il-ħajja li ġejna biex nidraw hija waħda frenetika. Sirna nies imgħaġġla u għaġġiela. Jeħtiġilna nlaħħqu ma’ elf miljun ħaġa f’salt: xogħol, tfal, taħriġ, studju, trobbija, rikreazzjoni, divertiment, safar ... Il-familja li darba kienet tissejjaħ ‘tal-ġabra’ donnha sparixxiet mill-eżistenza tal-biċċa l-kbira tan-nies. Ħafna jridu jgħaġġlu u jgħaġġlu u jgħaġġlu ħa jlaħħqu ma’ kollox ... u xorta waħda ma jlaħħqux. Din il-ħajja ma kinetx teżisti sa ftit għexieren

Is-saħħa lill-ħaddiem

Image
Dan il-kliem, “is-saħħa lill-ħaddiem”, inkiteb fl-Innu Malti madwar mitt sena ilu. Fuq livell individwali, għalkemm f’dak iż-żmien kien jinftiehem mod u llum jinftiehem mod ieħor, xorta waħda baqa’ ta’ siwi. Madanakollu, it-tifsir kollettiv li kellu jingħata dan il-kliem wara t-tieni gwerra dinjija donnu ntilef u għandu mnejn illum jenħtieġ li jerġa’ jinkiseb. Għajja tal-moħħ Is-saħħa tal-ħaddiem hija l-qofol li fuqha hi mibnija ċ-ċiviltà u l-ekonomija tagħna. Mitt sena ilu, meta kienu jitkellmu fuq is-saħħa individwali tal-ħaddiem, bħalma aktarx ried ifisser Dun Karm Psaila fl-Innu Malti, kienu jifhmu s-saħħa fiżika. Il-ħaddiem—kemm irġiel, kif ukoll nisa u saħansitra tfal—kellu biss is-saħħa tiegħu x’joffri lil min iħaddmu. Mingħajrha kien jintrema u jitfaqqar. Illum mod ieħor. Illum, meta nitkellmu fuq is-saħħa tal-ħaddiem, aktarx aktar nifhmu s-saħħa mentali. Għalkemm għad fadal ħaddiema li jagħmlu xogħol iebes, il-kundizzjonijiet f’pajjiżna xejn m’għad għandhom x’jaqsmu ma

Il-ħniena lis-sid

Image
Dan il-kliem, “Il-ħniena lis-sid”, jagħmel sehem mill-innu nazzjonali. Huwa kliem li nkiteb qabel it-tibdiliet industrijali tal-moviment tal-ħaddiema f’Malta u Għawdex. Illum, kważi mitt sena wara li nkiteb l-innu, dawn il-kliem donnu se qed ikollu jerġa’ jibda jintuża frisk frisk, qisu l-mitt sena ta’ bejnu u bejnna ma swew għal xejn. Mhux ħniena rridu, iżda jeddijiet. Kisbiet mitlufa Meta nkiteb l-innu Malti minn Dun Karm Psaila fl-1921, id-drittijiet li mbagħad inkisbu mill-moviment tal-ħaddiema f’Malta u Għawdex kienu għadhom ’il bogħod. Kellu raġun Dun Karm biex f’dan l-innu mill-isbaħ idaħħal dan il-kliem. Għax l-uniku paraventu tal-ħaddiem f’dak iż-żmien kienet il-ħniena. Din kienet il-linja li tofroq il-miżerja minn xi ftit tal-kuntentizza fil-ħajja ta’ eluf ta’ ħaddiema. Imdakkrin mill-kisba tad-drittijiet industrijali f’pajjiżi qrib tagħna, speċjalment fl-Italja u fl-Ingilterra, iżda f’inħawi oħra wkoll, il-ħaddiem Malti u Għawdxi beda bil-mod il-mod iqum biex jagħraf