Posts

Showing posts from April, 2018

What strategy is there?

Image
Once more, the Catholic Church in Malta and Gozo is giving the damning impression that it is the same retrograde of old. Rightly or wrongly, the amendments to the Protection of Embryos Act ruffled its feathers, and the clarion call, “Once more unto the breach, dear friends, once more”, has been blurted out. My interest here is not to defend any of the amendments. Nor is it to weigh the criticism drawn up by the Church or by its cohorts. My point is merely to discuss strategy. To be more precise, to consider how the Church seems to be strategically depositing itself in its opposition to the proposed amendments. In living memory we already have ample experience of this. What comes to mind is the divorce referendum campaign and the issue of same-sex marriages. Some will go as far back as to the Integration and Independence referenda. Each and every time, repeatedly, the campaign strategy of the Church ended up giving the impression that it stands against minority rights. This time

Aħna lkoll għalliema

Image
Għal ħafna minna, l-għalliema huma dawk li jgħallmu fl-iskejjel. Dawn huma għalliema, tassew, imma mhux biss. Ilkoll kemm aħna ngħallmu lil xulxin u nitgħallmu minn xulxin. Irridu jew ma rridux, imħarrġa jew le, professjonali jew le, aħna lkoll għalliema. Nitgħallmu minn xulxin In-nies jitkellmu man-nies u jagħmluha ma’ xulxin. Dan l-għemil sempliċi jqegħidna f’qagħda li nosservaw lil xulxin, nisimgħu lil xulxin u nirreazzjonaw għal dak li jgħid u jagħmel ħaddieħor. L-istess jagħmlu n-nies magħna: josservawna, jisimgħuna, jirreazzjonaw għal għemielna u kliemna. Dan ma nistgħux naħarbuh. Isir il-ħin kollu: ġewwa d-dar ma’ ħaddieħor u ’l barra minnha. B’dan l-għemil aħna lkoll niltaqgħu ma’ kull tip ta’ nies ta’ kull età. Bħalma nagħmlu aħna, huma wkoll ikollhom moħħhom jirreġistra dak li qed jagħmel u jgħid ħaddieħor. Ikunu qed jiżnuh, jagħbluh, iqisuh u jixtarruh. L-osservazzjoni twassal għall-ħsieb, u l-ħsieb iwassal għat-tixrid u l-qsim tal-ideat. Dan hu proċess kontinwu ta

Opri t’arti

Image
Meta nitkellmu fuq opri t’arti, ħafna minna jaħsbu fil-pitturi u l-iskulturi famużi li jżejnu l-mużewijiet u l-knejjes tagħna. Ftit minna aktarx jistgħu jiftaħru li għandhom opra t’arti d-dar biex jitgħaxxqu biha. L-opri t’arti huma għaljin wisq u rari wisq biex iżejnu l-biċċa l-kbira ta’ djarna. Madanakollu, opri t’arti jista’ jkollok id-dar int ukoll. Mhux f’għamla ta’ pitturi jew skulturi, iżda f’għamla oħra li, għalkemm prezzjuża, mhijiex daqshekk għalja. Stedina għalik Il-kotba jistgħu jkunu opra t’arti wkoll. Il-letteratura tad-dinja, flimkien ma’ dik Maltija, hija miżgħuda bihom. Għax x’inhi opra t’arti jekk mhux xogħol kreattiv b’sura immaġinattiva u estetika qawwija? Opra t’arti għalija hija att ta’ libertà perfetta. Nista’ ngħid ukoll: att perfett t’imħabba. Li hija l-istess ħaġa. L-art ħallieq t’opra t’arti huwa bniedem li mar lil hinn minn dak li jxekkillu moħħu u qalbu, u ħalla ’l ruħu ħielsa titkellem għaliha. Nhar il-Ġimgħa, 20 t’April, 2018, se joħorġu għall-pub

L-aġendi politiċi

Image
Jeżisti f’din l-art ċkejkna kulmin għandu aġenda politika. Kull min jgħaddi ħinu impenjat biex sempliċiment jgħix ħajtu, bħallikieku ma jeżistix. Min-naħa l-oħra, kull min għandu xi impenn li b’xi mod jinvolvi l-pubbliku, hu ta’ xiex inhu dak l-impenn, irid ikollu—u għandu—aġenda politika. Il-partiġġjaniżmu Għalkemm il-kelma ‘politika’ mhux suppost timplika dejjem tmexxija governattiva, donnha f’din l-art ċkejkna hekk timplika dejjem. Il-kelma ‘politika’ tiġi mill-Grieg ‘polis’, li tfisser ‘belt’, u tindika r-relazzjonijiet pubbliċi ta’ kull ċittadin. Il-politika, infatti, hija l-applikazzjoni tal-bon sens fir-relazzjonijiet ma’ ħaddieħor ta’ kull wieħed u waħda minnha. Il-vulnerabbiltà ta’ kull ċittadin u ċittadina f’Malta u Għawdex iġġegħilna naraw dawn ir-relazzjonijiet minn perspettiva partiġġjana. Għax artna żgħira fil-qies u n-nies magħrufa, inħossuna l-ħin kollu priża ħafifa għall-kapriċċi tal-politiċi u l-klijentela tagħhom. Għaldaqstant, ħafna jiġu mġiegħla jilagħbu l-

In-nasba tal-kompetittività

Image
Il-kelma ‘kompetizzjoni’ saret qisha l-eqdes kelma ta’ żmienna. Aktar minn kelma. Saret qisha l-isem ta’ xi bibbja ġdida li ħadd ma jista’ jmeriha jew jitħasseb fuqha. Kollox sar qisu jsir f’isimha. Weħedha weħedha, il-kelma saret qisha ġustifikazzjoni ta’ kulm’ għandu jsir u li ’l barra minnha jew mingħajrha hemm biss il-baħħ u t-telfien. Faqar Tabilħaqq, għax il-kompetittività hija l-egħżeż valur tas-suq ħieles. Għal dan, kulma jkabbar il-kompetittività huwa tajjeb; kulma jnaqqasha jew itellifha hija ħażina. Kulħadd qisu f’tellieqa waħda b’opportunitajiet indaqs. Kulħadd jingħata l-istess għajnuniet għal raġuni waħda: biex itellaq ma’ ħaddieħor. Hija hija l-gidba kbira tan-neoliberaliżmu li qed ngħixu llum. Ibda’ biex, li l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd ifissru ġustizzja, bħallikieku aħna lkoll l-istess u għandna l-istess ħtiġijiet jew l-istess ħiliet u snajja’. Il-ħrafa tal-opportunitajiet indaqs tħalli liż-żgħir jaqa’ lura u lill-kbir ilebbet ’il quddiem. F’suq ħiel