tag:blogger.com,1999:blog-4768638652494078944.post2828855371582085478..comments2024-03-17T15:48:46.030+01:00Comments on Mark Montebello's blog: ‘Indignados’Mark Montebellohttp://www.blogger.com/profile/17534256136254865742noreply@blogger.comBlogger4125tag:blogger.com,1999:blog-4768638652494078944.post-43037859988229359042012-10-24T12:16:43.874+02:002012-10-24T12:16:43.874+02:00Grazzi ta' din l-informazzjoni, specjalment dw...Grazzi ta' din l-informazzjoni, specjalment dwar Stéphane Hessel.

Nistghu nghidu li r-ragunijiet kollha li qeghdin jissemmew hawnhekk narahom jorbtu (direttament jew indirettament) mal-edukazzjoni (formali u informali) religjuza li l-bicca l-kbira minna hadna kif ukoll mal-fasla fundamentalment religjuza (partikularment Kattolika ta' bixra lokali) li ghandhom l-istituzzjonijiet lokali. Nahseb li hemm inter-relazzjoni bejn l-individwalizmu (personali daqskemm fuq livell ta' familji u istituzzjonijiet), il-mentalita' predominantement gerarika, l-assolutizmu istituzzjonali u xejriet psikologici ohrajn tal-karattru Malti kontemporanju. Jidhirli li qabel ma l-mentalita' Maltija tinfatam mill-fasla religjuza (f'oppozizzjoni ghal dik spiritwali), ikun impossibbli li tiddakkar minn xi 'indinjazzjoni' fruttifera.Mark Montebellohttps://www.blogger.com/profile/17534256136254865742noreply@blogger.comtag:blogger.com,1999:blog-4768638652494078944.post-13912854890327638552012-10-24T11:56:38.095+02:002012-10-24T11:56:38.095+02:00Għal aktar tagħrif dwar dan is-suġġett u dwar minn...Għal aktar tagħrif dwar dan is-suġġett u dwar minn fejn ġie ispirat l-isem 'Indignados'nistgħu naraw:

http://en.wikipedia.org/wiki/St%C3%A9phane_Hessel

http://www.amazon.co.uk/Time-Outrage-St%C3%A9phane-Hessel/dp/0704372223

http://www.amazon.co.uk/Indignez-Vous-Stephane-Hessel/dp/B006DK82N8

http://lesindignesdefrance.fr/

Naqbel li verament ahna l-Maltin poplu gwejjed - nahseb ghax hekk mghallmin. Naseb li ahna rassenjati u ubbidjenti fejn m'ghandniex inkunu. It-tbatija nizvogawha billi ngergru bejnietna jew inwaħħlu f'dak u fl-ieħor, forsi anke fir-rieda t'Alla!! u nistennew minn elezzjoni għal oħra li l-affarijiet jinbidlu, jew inhabbtu bieb xi kandidat biex jaqlaghlna bi grazzja dak li hu taghna b'jedd! Bl-individwalizmu taghna kulhadd qed ibati wahdu u jipprova jdabbar rasu ghax jaf li mhemmx ghajnuna immedjata jew fil-qrib.

Mil-lat prattiku, l-anqas ghandna sistema ta' statistika tajba u effikaci bizzejjed biex inkejlu fid-dettall il-bzonnijiet tal-poplu - ahseb u ara kif gvern, ikun liema kulur ikun, jista' jipprevedi bagit skont il-htigijiet reali ta' kull taqsima tal-poplu bic-cirkostanzi taghha.

Hemm bzonn ukoll li s-sistemi ta' appogg li jezistu f'pajjizna jkollhom bizzejjed rizorsi materjali u umani biex iwiegbu ghall-htigijiet immedjati li dak li jkun isib ruhu fihom, u jibqghu joperaw sakemm dak li jkun ikun kapaċi jfendi ghal rasu u jkun jista' jaghti sehmu fis-soċjeta'.

Ta' min isemmi li wahda mis-sistemi li kien daħħal Abbe Pierre fi Franza meta fetah l-ewwel dar ghal dawk li ma kellhomx fejn imiddu rashom kienet li min kien jigi milqugh fid-dar kien mistenni jghin fix-xoghol biex titranga l-istess dar u biex jintlaqgħu ohrajn aghar minnu.

Dawn kienu ftit hsibijiet li nispera li jiswew ta' gid. Grazzi tal-opportunita' li niehu sehem f'din id-diskussjoni.

Margaritahttps://www.blogger.com/profile/07963255963687768940noreply@blogger.comtag:blogger.com,1999:blog-4768638652494078944.post-69854338432121627122012-10-24T06:14:26.943+02:002012-10-24T06:14:26.943+02:00Jidhirli li dak li ghedt hawnhekk, Red, ghandu haf...Jidhirli li dak li ghedt hawnhekk, Red, ghandu hafna mis-sewwa. Aktarx jipponta lejn nuqqas profond ta' kuxjenza komunitarja. Fis-sens li, ghalkemm nghixu flimkien, ma jidhirx li nghixu GHAL xulxin. L-edukazzjoni taghna - mhux biss dik formali, imma wkoll dik informali - tkompli tiggenera gemgha ta' individwalisti li, fl-ahhar mill-ahhar, qatt ma titkellem dwar l-'ahna' izda dejjem dwar il-'jien'. Il-bicca l-kbira jimxu ghal rashom magenb haddiehor, izda mhux maghhom; ma nhossuniex responsabbli ta' xulxin u, ghalhekk, ma nissagrifikaw (u m'ahniex lesti li nissagrifikaw) xejn ghal xulxin. Jekk trid, zviluppajna socjeta' ta' egoisti. Ir-ragunar tal-bicca l-kbira taghna jmur xi haga hekk: la ma jinteressax lili personalment, ma jinteressanix; jinteressani biss dak li jmiss lili personalment; haddiehor jiehu hsieb lilu nnifsu. Dan hu mod wiehed kif tista' tinftiehem is-socjeta' tal-bnedmin, mod li ma nahsibx li tista' twassal ghal socjeta' hienja jew matura. (U ta' dan ghandna l-evidenza kullimkien madwarna.)Mark Montebellohttps://www.blogger.com/profile/17534256136254865742noreply@blogger.comtag:blogger.com,1999:blog-4768638652494078944.post-87836387513439068382012-10-21T22:52:03.003+02:002012-10-21T22:52:03.003+02:00Nixtieq nipprova naghti twegiba ghall-mistoqsija t...Nixtieq nipprova naghti twegiba ghall-mistoqsija tieghek: "Tghid ghaliex m’ahniex indinjati?"

Jiena nemmen li n-nuqqas ta' protesti hawn Malta huwa dovut ghal dawn ir-ragunijiet:

1.) In-nuqqas ta' artikli jew ta' gurnalisti li huma kritici tal-mudell ekonomiku li ghandna f'pajjizna. Tisma' b'xi kaz li spicca l-Qorti, izda difficli ssib artikli jew xi dokumentarju maghmul Malta li jitfa' aktar dawl dwar l-isfruttament enormi li hawn f'bosta kumpaniji hawn Malta ghal dak li ghandu x'jaqsam mat-trattament ta' numru ta' haddiema. Dan iwassal biex bosta haddiema jhossu li ma tezistix alternattiva ghalihom; jispiccaw jemmnu li l-affarijiet qieghdin kif qieghdin minghajr tama reali ta' bidla.

2.) Is-sistema edukattiva hawn Malta ghadha wisq iffukata fuq it-taghlim ta' bosta affarijiet bl-amment minghajr ebda enfasi fuq l-importanza li persuna titghallem tikkritika u tinvestiga dak li taqra u tisma'. Dan iwassal ghal sitwazzjoni fejn eluf ta' zghazagh jidhlu fi-dinja tax-xoghol minghajr ma jkunu tghallmu jsaqsu numru ta' mistoqsijiet essenzjali bhal: x'inhu r-rwol tal-gvern f'hajti? Ghaliex ghandi naccetta certa paga jew certi kundizzjonijiet ta' xoghol?

3.) Klassi intellettwali li fiha ssib bosta persuni li huma favur l-istatus quo. Ghandek ukoll bosta intellettwali li minkejja l-ftahir dwar il-kwalifiki taghhom qatt ma jippubblikaw kotba bhala kritika kostruttiva ta' numru ta' affarijiet li jkunu qed isehhu fil-pajjiz. Jekk tmur pajjizi ohrajn, issib numru gmielu ta' intellettwali li l-hin kollu jaghmlu "talks" jew jippubblikaw kotba biex itejbu s-socjeta' li jghixu fiha. Ovvjament, jekk hafna mill-intellettwali ta' pajjizna huma rieqdin, ma nistghux nitkazaw meta tirrenja l-apatija fost eluf ta' studenti u zghazagh. David Cuschierihttps://www.blogger.com/profile/06479884899112163160noreply@blogger.com