In-natura u t-trattament tal-annimali fil-filosofija ta’ San Tumas ta’Akwinu

Mhuwiex okkazjonali jew arbitrarju li gie maghzul San Tumas ta’ Akwinu ghal dan l-istharrig filosofiku f’rabta man-natura u t-trattament ta’ l-annimali. San Tumas huwa meqjus bhala l-hassieb ewlieni li l-kitbiet tieghu huma fost l-aktar li hallew influss qawwi fuq it-teologija nisranija u l-filosofija tal-punent, partikularment fil-mod kif gew mifhuma l-annimali mis-seklu 13 ’l quddiem, u fil-mod kif gew tradizzjonalment ittrattati mill-insara. Dan l-influss mhuwiex meqjus pozittiv, u f’dan is-sens il-filosofija ta’ San Tumas rigward l-annimali oggettivament tipprezentalna problema. Infatti, generalment hu San Tumas li jinghata l-htija kollha ghat-trattament predominantement hazin, u ghac-cahda ta’ drittijiet proprji, li tradizzjonalment inghataw l-annimali min-nies tal-puntent, specjalment dawk ta’ gheruq insara. Aktar minn hekk, hu wkoll San Tumas li jinzamm bhala l-htija ewlenija ghall-imbokk li ghadu jezisti prezentement fil-progress filosofiku u teologiku min-naha ta’ l-insara fir-rigward tan-natura ta’ l-annimali u d-drittijiet taghhom. Huwa, ghalhekk, minn San Tumas li necessarjament trid tinbeda kull riflessjoni li tixtieq tirrevedi b’mod xieraq il-mod kif l-insara, partikularment il-Kattolici, iharsu lejn, u jittrattaw, lill-annimali.

F’dan li gej, se naraw l-impressjoni predominantement negattiva li ghandhom ta’ San Tumas il-bicca l-kbira ta’ l-istudjuzi li jikkoncentraw fuq it-trattament gust lejn l-annimali. Dawn jaghzlu li jaraw il-pozizzjoni ta’ San Tumas bhala zbaljata u hazina. Dan ghamluh ghax ma jistghux jipprocedu filosofikament u teologikament minghajr ma jinhelsu mill-ixkiel qawwi li raw li bih rabathom San Tumas. It-tieni, se naraw il-pozizzjoni tal-Knisja rigward l-evoluzzjoni, ghax hu minn hawn li jinbed l-akbar disgwid bejn dawk l-istudjuzi u San Tumas. Il-Knisja, fil-fatt, ma tichadx l-evoluzzjoni. Fl-ahharnett, naraw kif il-kreazzjonizmu ta’ San Tumas u l-evoluzzjoni jistghu jigu kkonciljati f’tentattiv li jitnehhew l-ixkiel li jirfred il-hsieb Kattoliku mill-movimenti kontemporanji favur il-“kawza” ta’ l-annimali. Minn dan il-lat naraw x’inhu dak li ppropona San Tumas bl-opri tieghu b’mod generali, u ghalhekk ukoll rigward l-annimali b’mod partikulari. Minn hawnhekk San Tumas se johrog f’dawl ahjar, dawl li jista’ jibda jigi accettat aktar. Mhux biss, aktarx se johrog ukoll li kien ukoll xi ftit zbajat min qara lil San Tumas b’certu ottika u taht certu impressjoni, u zbaljat sal-punt li ghawweg kemxejn l-interpretazzjoni tal-qari tieghu.

Studji moderni u San Tumas

Hafna filosfi fit-tradizzjoni tal-Punent irriflettew fuq ir-rabta bejn il-bniedem u l-annimali ta’ speci ohra. Minkejja li prattikament kollha kienu mpressjonati bil-karatteristici simili u ovvji bejn l-istruttura organika u l-agir ta’ bejniethom, il-bicca l-kbira minnhom ippruvaw joforqu mill-ahjar li setghu dak li jiddistingwi lill-annimali hekk imsejjah “razzjonali” mill-bqija ta’ l-annimali l-ohra. Kien biss fiz-zmien relattivament recenti li l-perspettiva bdiet tinbidel, u dan fil-kuntest ta’ l-obligazzjonijiet morali li l-bniedem beda jhoss li ghandu jkollu lejn il-hlejjaq hajjin kollha.

San Tumas isegwi, u hafna drabi jirrepeti l-izbalji, ta’ Platun, Aristotli u Santu Wistin. Dan assumew li s-superjorità unika tar-ruh umana fuq kull hlejqa ohra tigi biss mill-fakultà tar-raguni. Descartes qies din is-superjorità bhala konsegwenza tad-dwalizmu fl-istruttura tal-mohh/gisem, fejn sahaq li l-annimali huma biss speci ta’ magni li mhumiex kapaci li jaghmlu kwalunkwe process ta’ hsieb. Ohrajn, izda, bhala Locke, Étienne de Condillac u Bayle gharfu li hafna mill-kapacitajiet u l-attivitajiet li jaghmlu l-annimali huma simili, jekk mhux ukoll identici, ghal dawk li jaghmlu l-umani. La Mettrie, nghidu ahna, sa sahaq li l-kapacitajiet u l-attivitajiet ta’ l-umani jistghu jigu mfissra f’termini purament mekkanici daqskemm dawk ta’ l-annimali l-ohra kollha.

L-istat ontologiku li jinghata lill-annimali ghandu, naturalment, konsegwenzi ovvji ghall-moralità tar-rieda taghna sabiex nuzawhom ghall-iskopijiet taghna. Kant sahaq, nghidu ahna, li l-annimali ma jikkwalifikawx bhala membri tas-“saltna ta’ finijiet” li fiha ghandha postha l-moralità. Bentham, izda, min-naha l-ohra, gharaf li l-esperjenza li jghaddu minnha l-annimali ta’ pjacir u tbatija minnha nnifisha timmerita li tigi meqjusa bhala parti mill-kalkolu utilitarju. Fi zminijiet aktar recenti, hassieba bhal Mary Midgley (Animals and Why They Matter, 1998) sahqet li l-kwestjoni tat-trattament ta’ l-annimali hi centrali ghall-filosofija morali. Iehor maghruf, Peter Singer (Animal Liberation, 1991), jinsisti li l-mohqrija ta’ l-annimali hija rizultat ta’ moralità “specizma” (“speciesism”) bla fundament filosofiku. Tom Regan (The Case for Animal Rights, 1985), biex insemmu filosfu moralista iehor, jishaq li l-annimali huma ntitolati ghal drittijiet bazici. Dawn, naturalment, mhumiex l-unici li jghollu lehenhom kontra l-moralità l-qadima li qieset lill-annimali biss f’termini ta’ inferjorità u utilità. Nistghu nsemmu, nghidu ahna, lil Jane Bennett (The Enchantment of Modern Life: Attachments, Crossings, and Ethics, 2001), Paola Cavalieri (The Animal Question: Why Non-Human Animals Deserve Human Rights, maqlub ghall-Ingliz minn Catherine Woolard, 2001), Dale Jamieson (Morality's Progress, 2002), Richard Alan Young u Carol J. Adams (Is God a Vegetarian? Christianity, Vegetarianism, and Animal Rights, 1998) u Michael P. T. Leahy (Against Liberation: Putting Animals in Perspective, 1994). Fuq l-Internet, wiehed anki jista’ jsib ghadd kbir ta’ siti u artikli li jikkoncentraw fuq l-istess tema.

Il-kwestjoni ta’ l-evoluzzjoni

Dawn l-awturi kontemporanji kollha kwazi kollha, fit-tentattiv li jkunu oggettivi, jippruvaw li ma jhallux is-“saltna tal-finijiet”, jew ahjar, skopijiet pre-kuncettwali, jinfluwenzaw l-argumenti taghhom. Taht it-temi li jittrattaw, infatti, hemm ghaddej suspett li, meta hassieba klassici, inkluz, jekk mhux l-iprem, San Tumas, ittratta tema bhalma hi dik ta’ l-annimali u l-pozizzjoni taghhom fil-“gerarkija” tan-natura, kien hemm jiggwida l-hsieb taghhom skop jew skopijiet partikulari li riedu jissodisfaw akkost ta’ kollox. Dan huwa suspett, li xi kultant isir ukoll akkuza, li jigi dirett lejn il-filosofija morali ta’ hafna filsofi klassici b’mod generali. Jishaq, cjoè, li, fl-argumenti morali taghhom, hafna filosfi moralisti bdew mill-konkluzjoni u fasslu, imbaghad, razzjocinju adekwat ghaliha bi premessi li jissodisfawha. L-argumenti filosofici morali li jirrigwardaw l-annimali, ghaldaqstant, imma wkoll it-teologija li strahet fuqhom, batew minn dan id-difett, li l-awturi moderni u kontemporanji ma jieqfu qatt jishqu fuqu sabiex ihottu dawk li jaraw li huma pregudizzji psewdo-filosofici u psewdo-teologici.

Xi whud jaghmlu l-attakk taghhom fuq binar iehor, partikularment fuq il-bazi ta’ l-iskoperti l-“godda” tat-teorija ta’ l-evoluzzjoni. Infatti, isostnu, hafna mill-hassieba klassici, inkluz San Tumas, jaghmlu r-riflessjonijiet taghhom fuq l-ezistenza oggettiva ta’ “gerarkija” fin-natura. Dawn il-hassieba, ghaldaqstant, serrhu l-argumenti filosofici, u mbaghad teologici, taghhom fuq il-prezunzjoni ta’ fasla naturali li jinkludi l-generi, l-ispeci u d-differenzi. Dawn, tabilhaqq, kienu parti minn kull trattat ta’ filosofija jew teologija naturali. Darwin, izda, xejjen ghal kollox din il-fasla, u wera, b’mod mill-aktar konvincenti, li fin-natura dawk li nsejhu generi, speci u differenzi huma biss ir-rizultat attwali u parzjali ta’ modifikazzjonijiet naturali infinitament ckejkna li huma biss percettibbli ghall-osservazzjoni tal-ghajn umana minhabba l-longettività immensament qasira tal-hajja umana (mhux biss individwali, li hi ovvja, imma wkoll generali, jigifieri ta’ l-esperjenza kollha umana, mill-bidu sal-lum) fuq medda ta’ distakk temporali enormi. Il-punt hu li Darwin xejjen il-prekuncetti naturali li bihom hadmu l-hassieba klassici, u ghaldaqstant ir-rizultati u l-konkluzjonijiet li wasslu ghalihom fuq il-bazi ta’ dawk il-prekuncetti ma jghoddux. Fi kliem iehor, wahda mill-aqwa argumenti kontra l-pozizzjoni ta’ San Tumas rigward l-annimali (u, nistghu nghidu, mhux f’dan ir-rigward biss) hija l-evoluzzjoni.

Issa, jehtieg li jinghad li l-Knisja Kattolika qatt ma kellha problema bl-evoluzzjoni, dejjem jekk nifmhua f’oppozizzjoni ghad-Darwinizmu filosofiku, li jqis il-bniedem biss bhala prodott ta’ forzi materjalisti. Kontra Luteru u Kalvinu, imma wkoll kontra l-fundamentalisti moderni, il-Knisja qatt ma ghallmet li l-ewwel kapitlu ta’ Genesi qatt kien intenzjonat li jghallem ix-xjenza. F.J. Sheed, nghidu ahna, f’Theology and Sanity, jghid li r-rakkont tal-Genesi:
... tells us of the fact but not of the process: there was an assembling of elements of the material universe, but was it instantaneous, or spread over a considerable space of time? Was it complete in one act, or by stages? Were those elements, for instance, formed into an animal body which as one generation followed another gradually evolved-not, of course, by the ordinary laws of matter but under the special guidance of God-to a point where it was capable of union with a spiritual soul, which God then created and infused into it? The statement in Genesis does not seem actually to exclude this, but it certainly does not say it. Nor has the Church formally said that it is not so....

Fl-Humani generis (1950) il-Papa Piju XII jghid hekk:
Il magistero della Chiesa non ha nulla in contrario a che la dottrina dell'«evoluzionismo», in quanto esso indaga circa l'origine del corpo umano derivante da una Materia preesistente e viva - la fede cattolica infatti ci obbliga a tenere fermo che le anime sono state create immediatamente da Dio - sia oggetto di investigazione e discussione da parte degli esperti. (Nru.36; Denzinger-Schönmetzer, 3896)

Fil-katekezi fuq il-holqien moghtija f’ghadd ta’ udjenzi generali fl-1986, il-Papa Gwanni Pawlu II ta din id-diskussjoni li gejja dwar l-ewwel kapitlu tal-Genesi:
Questo testo ha una portata soprattutto religiosa e teologica. Non si possono cercare in esso elementi significativi dal punto di vista delle scienze naturali. Le ricerche sull'origine e sullo sviluppo delle singole specie «in natura» non trovano in questa descrizione alcuna norma «vincolante», né apporti positivi di interesse sostanziale. Anzi, con la verità circa la creazione del mondo visibile - così come è presentata nel libro della Genesi - non contrasta, in linea di principio, la teoria dell'evoluzione naturale, quando la si intenda in modo da non escludere la causalità divina. (Udjenza Generali, 29 ta’ Jannar, 1986)

Filwaqt li ghamel dan id-diskors, il-Papa sahaq ukoll li
Si può dunque dire che, dal punto di vista della dottrina della fede, non si vedono difficoltà nello spiegare l'origine dell'uomo, in quanto corpo, mediante l'ipotesi dell'evoluzionismo. Bisogna tuttavia aggiungere che l'ipotesi propone soltanto una probabilità, non una certezza scientifica. (Udjenza Generali, 16 ta’ April, 1986)

Il-kwestjoni tal-Knisja ma’ hafna xjenzati li jissejhu evoluzzjonisti mhijiex dwar l-evoluzzjoni nnifisha, li tista’ sehhet (jew anki ma sehhitx) f’sura differenti milli fisser Darwin f’termini teleologici, daqskemm dwar il-materjalizmu filosofiku li jitqieghed fil-bazi ta’ hafna riflessjoni evoluzzjonistika. F’dan il-kuntest, fil-qasam teologiku, spiss ingibdet l-attenzjoni kontra certu taghlim tal-paleonotologu Franciz Pierre Teilhard de Chardin li mit-teorija ta’ l-evoluzzjoni sawwar ghamla ta’ teologija processwali li, fost hwejjeg ohra, tidher li tichad implicitament id-dnub originali u l-ezistenza ta’ genituri primogenali tar-razza umana li kienu differenti minn dak li seta’ kien hemm qabilhom. Piju XII, fl-Humani generis (nru.37) jikkundanna l-poligenizmu li sahaq fuq Teilhard, imma wkoll Rahner u teologi ohrajn. Dawn zammew il-pozizzjoni li ahna nigu minn ghadd ta’ dixxendenti, u mhux minn persuna storika wahda (Adam).

Kemm din il-kundanna ghadha accettata llum hu diskutibbli. Il-punt kollu hu, izda, li l-Knisja zzomm li l-bniedem ma twelidx accidentalment; li kien x’kien il-mod li bih Alla holoq, il-bniedem kien fi hsieb Alla sa mill-eternità. Il-Kattolici, ghaldaqstant, mhumiex imsejha li jqabblu l-informazzjoni xjentifika mal-vrus tal-Genesi, jew bil-kontra, li l-veritajiet taghhom huma moghtija f’idjoma kulturali u temporali partikulari.

Taghlim San Tumas

Dan kollu ghandu importanza specjali ghalina ghax il-vrus tal-Genesi li suppost ifissru l-holqien tal-bniedem sa recentement kienu meqjusa bhala tifsira xjentifika ta’ oggettività assoluta. U dan kien jghodd ghal San Tumas innifsu wkoll, naturalment. U San Tumas ifittex li jghaqqad u jorbot dak qara fil-Genesi ma’ dak li qara fil-kitbiet ta’ Aristotli. Issa, però, jehtieg li nghidu li l-problema ghala San Tumas hu daqstant meqjus bhala detriment ghall-“kawza” ta’ l-annimali u d-drittijiet li jisthoqqulhom, essenzjalment ma tinstabx hawnhekk. Tinstab, pjuttost, fil-fatt li l-kreazzjonalizmu ta’ San Tumas jidher li hu imkompatibbli mal-kuncett li l-umani huma ontologikament u percettibbilment kontinwi ma’ l-annimali l-ohra. Hija hawn il-qalba tal-problema. Xi kittieba, bhal Andrew Linzey (Animal Theology, 1994), li huwa wiehed mill-aktar militanti fl-argumenti tieghu kontra San Tumas, li ma jaraw ebda possibbiltà ta’ rikonciljazzjoni bejn il-kreazzjonizmu ta’ San Tumas u l-perspettiva l-gdida li offritilna l-evoluzzjoni, li effettivmant il-Knisja taccetta l-pozizzjoni taghhom it-tnejn, anki jekk mhux bl-istess mod u fuq l-istess livell. Ohrajn, izda, bhal Judith A. Barad, nghidu ahna (Aquinas on the the Nature and Treatment of Animals, 1995), isostnu li, iva, hemm possibbiltà ta’ rikonciljazzjoni. Barad izzomm, fost hwejjeg ohra, li d-dikotomija bejn il-kreazzjonizmu u l-evoluzzjoni ma hi xejn ghajr “an unfortunate misperception”.

Min fejn tista’ titnissel din ir-rikonciljazzjoni? Tisa’ titnissel minn gharfien attent tal-fehma ta’ San Tumas fuq certi punti. Qabel xejn, l-esigesi ta’ San Tumas tal-Genesi tindika li ghalih ir-relazzjoni bejn l-umani u l-annimali l-ohra hija hekk mill-qrib li jasal sabiex isostni li, qabel ma Adam kellu ruh razzjonali, huwa kellu gisem annimalesk u, ghalhekk, ruh annimaleska. San Tumas jaghti din il-fehma minhabba li metafizikament huwa zamm li speci godda huma kapaci li jigu ggenerati minn speci precedenti, u li huma analogikament omogenji ma’ l-ispeci li ezistew qabilhom. F’din il-linja ta’ hsieb, San Tumas jaghti ezempji mill-fakultajiet tas-sensazzjoni u mill-embrijologija.

It-tieni, San Tumas qies li l-gerarkija ta’ l-essri tirrifletti l-kontinwità bejn l-ispeci u x-xebh ta’ bejniethom. Hu kien tal-fehma li l-livell li essri jzomm fil-gerarkija jindika l-grad akbar ta’ awto-determinazzjoni. Din l-awto-determinazzjoni tibqa’ tizdied sakemm tikseb il-grad ta’ attività voluntarja.

It-tielet, San Tumas stqarr li, f’kuntrast mal-pjanti u l-annimali, l-umani ghandhom unità inerenti li tehtieg tifsira ontologika li tkun kwalitativament differenti. U din hija r-ruh. Ghal San Tumas, l-annimali ghandhom go fihom “xi haga mir-ruh” (Ia, 72, 1 ad 1).

Ir-raba’, skond l-epistemologija ta’ San Tumas, l-annimali joperaw skond l-istint biss, filwaqt li l-umani anki skond l-intelligenza taghhom. Izda jsostni li dan l-istint hu kapaci li jaghraf l-affarijiet fizici bhala individwali b’tali mod li tingharaf ukoll l-ezistenza immaterjali taghhom. Barra minn hekk, hu tal-fehma li s-sens estimativ ta’ l-annimali jmur lil hinn mill-apprensjoni sensittiva biss. Dan jindika li l-annimali wkoll, bhall-umani, ghandhom kapacità ta’ estimazzjoni etika ta’ l-affarijiet, fis-sens li kapaci jagharfu humiex tajba jew hziena ghalihom. U dan juri, skond San Tumas, li kapaci jagharfu t-tifsir fil-fenomeni li jiltaqghu maghhom.

Ghal San Tumas, il-fatt li essri huwa “essri li jaghraf” ghandu implikazzjonijiet metafizici u etici. Huwa jirrikonoxxi li mhijiex kapacità esklussiva ghall-bniedem li jifforma universali astratti, haga li hija l-bazi ghall-attribut tad-drittijiet naturali. Tant San Tumas jirrikonoxxi tali fatt li d-definizzjoni tieghu ta’ drittijiet naturali tinkludi lill-annimali fuq il-bazi ta’ l-abbiltà apprensiva. F’dan ir-rigward Barad tasal ghal din il-konkluzjoni:

Other than stating that animals have natural rights, Aquinas does not provide us with specific precepts protecting the rights of non-human animals. In fact, he neglects to provide any extensive or detailed enumeration of natural law precepts. Rather, he is attempting to establish a basic connection between any precept of the natural law and the goods to which these precepts are directed. (pp.181-2)

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?