Posts

Showing posts from June, 2011

Is-sabih ilsien Malti

Image
Il-mibki Frans Sammut (1945-2011) Xi whud ma japprezzawx bizzejjed is-sabih ilsien Malti. Huwa gawhra li tant imdorrijin biha f’idejna jew fuq ilsienna li nsejna nagharfu fiha l-gmiel u s-siwi kbir li ghandha. Ilsienna ma jisthoqqx lil hafna minna, mhux biss ghax ma jharsuhx kif imiss, izda aktar u aktar ghax jaghzlu li jitkellmu hazin b’ilsien barranin milli tajjeb bil-Malti. Ilsien u nazzjonalità Ghal xi whud, l-ilsien Malti hu elm tan-nazzjonalità taghna. Jezistu hafna nazzjonijiet fid-dinja li m’ghandhomx ilsien taghhom. Dan wahdu juri li r-rabta bejn ilsien u nazzjonalità mhijiex wahda mehtiega. Minkejja dan, mhuwiex ta’ min jinsa li lsien nazzjonali jaghti siwi specjali lil poplu ghax iroddlu gieh u dinjità li ma jistax ikollu minghajru. Bosta nazzjonijiet, ghalkemm ghandhom ilsien jew ilsna taghhom, sabu lil xi whud mill-mexxejja taghhom jaghzlu li jithaddtu b’ilsien barrani, hafna drabi ta’ min kien jahkimhom qabel. L-ilsien li juzaw huwa minnu nnifsu elm qawwi tas-sot

Il-Knisja sabiha ta’ Gesù

Image
Bhalma huma tlieta l-hwejjeg li fuqhom tistrieh il-fidi nisranija – jigifieri l-fidi, it-tama u l-imhabba – hekk ukoll tlieta huma l-hwejjeg li fuqhom tistrieh ir-religjon nisranija: il-fqar, il-prezz li hallas Gesù talli zamm mal-fqar, u l-mixi taghna wara Gesù fiz-zamma tieghu. Il-fqar Hafna tarahom jithawdu malli jisimghu din il-kelma “fqar”, bhallikieku kien isem abbuzat imwehhel ma’ kuncett astratt mislut minn manwal marxista qadim ta’ xi erba’ teologi tal-liberazzjoni. Ghalihom il-kuncett hu vag daqs l-gharfien taghhom ta’ min huma dawn in-nies li konkretament jiffurmaw il-kategorija tal-”fqar”. Donnhom qatt ma jistghu jsibu kif ipoggu subghajhom fuq il-ferita. Jghaggibna Gesù minn dan il-lat. Ghax jidher li ma kellu ebda problema bhal din. Donnu kellu f’mohhu car daqs il-kristall min kienu dawn in-nies, allavolja ma kienx marxista! Madanakollu, kien jaf tajjeb jiddistingwi l-klassijiet socjali. Kien jaf b’dawk li joholqu u jzommu s-sistema politika u ekonomika. Kien jaf b’

Mument ta’ smigh

Image
Hekk kif ghadda r-rizultat tar-referendum, hafna qeghdin jikkummentaw fuq x’imissha u x’ma jmisshiex taghmel il-Knisja. Bosta minn dawn jitkellmu b’qalbhom f’idejhom ghax ihobbu l-Knisja u jixtiequ jarawha tirkupra mis-sitwazzjoni drammatika li tinsab fiha. Izda z-zmien ta’ issa, hekk storiku u fl-istess waqt hekk delikat, ma jitlobx minna li nithaddtu. Hu z-zmien li nisimghu. Alla qieghed ikellimna. Jehtieg li nieqfu u nisimghuh. Qalb li tisma’, jekk taf Kulmeta Gesù kellu ghalfejn jaghmel decizjoni importanti f’hajtu, dejjem twarrab u ngabar ghalih wahdu ghal hinijiet twal. Dawn kienu mumenti intensi ta’ smigh, hu li kien il- MESSAGGIER tal-Missier u fl-istess waqt il- MESSAGG innifsu. Il-missjoni tieghu kienet li jibdel id-dixxipli tieghu f’messaggiera bhalu. Izda huma ma kinux il-messagg. HU kien il-messagg. Gesù ghallimhom jisimghuh fl-ispirtu u l-verità. Ovvjament, ‘smigh’ m’ghandhiex tfisser li nhaddmu biss widnejna. Mhuwiex dwar hsejjes fizici li qeghdin nitkellmu. ‘Smigh

Ghall-imhabba tal-Knisja

Image
Il-Knisja f’Malta u Ghawdex qed issofri. Dan hu l-mument li ahna l-Kattolici navdaw fil-qawwa ta’ Alla u fl-ghajnuna tas-Sema. Huwa l-mument li nkunu onesti maghna nfusna, fiducjuzi fil-grazzja divina u fidili fl-imhabba taghna lejn il-Knisja. Huwa anki l-mument li naghmlu l-qalb lill-Arcisqof taghna f’dan il-mument difficli. Aktarx li hadd mill-predecessuri tieghu f’dawn l-ahhar mitejn sena ma sab ruhu fis-sitwazzjoni iebsa li qieghed fiha hu, issa meta l-Knisja m’ghadhiex forza predominanti tal-pajjiz. Huwa l-mument meta navdaw fit-talb. Halli l-hniena t’Alla taghtina l-bzulija u l-ghaqal sabiex naraw it-triq li msejhin li naqbdu. Qeghdin nibdew kapitlu gdid fl-istorja tal-Knisja f’Malta u l-mument jitlob minna hafna umiltà u ghaqda. Strategija biss? Xi whud qeghdin jitfghu l-htija kollha tat-telfa drammatika li l-Knisja garrbet is-Sibt li ghadda ghall-istrategija wzata minnha waqt il-kampanja. Fil-bicca l-kbira taghha, l-istrategija kienet tassew tal-biki. U dan m’iniex qieg