Posts

Showing posts from May, 2012

Dwar in-natura tar-rexti

Image
It-trabi u t-tfal zghar hafna jitghaxxqu jirrepetu. Kemm jekk hu xi hoss, kemm jekk xi loghba, kemm jekk xi azzjoni semplici. Freud serhilna mohhna dwar x’ifisser dan u ghala jsir. Hawn nies adulti li donnhom jitghaxxqu jirrepetu kliem u azzjonijiet. Bhal donnhom jahsbu li haga li hi vojta fiha nnifisha, bir-repetizzjoni se tikseb is-sugu. Ebda sugu Azzjonijiet bla sugu ahna nsejhulom ‘rexti’. Mhumiex bhar-recitazzjonijiet fuq palk li, kwazi b’mod simboliku, generalment ikollhom il-hsieb li jirriflettu xi hsieb jew ghemil tal-hajja. Meta nuzaw il-kelma ‘rexti’ hafna drabi nindikaw li l-persuna tkun qed taghmel xi haga li, ghalkemm hi elaborata u forsi anki irfinuta, fiha nnifisha hi wirja esterna li l-iskop taghha hija hi nnifisha stess. Ma nghidx li r-rexti li jaghmlu xi whud―kemm fil-politika, kemm fir-religjon, kemm fir-relazzonijiet ta’ bejnietna―huma bla sens. Ghax xi sens ikollhom; xi skop ghalfejn isiru jkun hemm. Forsi ghas-sodisfazzjon psikologiku ta’ min jaghmilhom, f

L-‘izballizmu’

Image
L-‘izballizmu’ hu meta xi hadd jiehu zball ghal tal-apposta biex ma jhallasx dwana jew biex flok mill-bieb jghaddi mit-tieqa. Il-kelma tfittixhiex fid-dizzjunarju, ghax mhux se ssibha. Ivvintajtha jien. Izda ghalkemm jien ivvintajt il-kelma, l-ghemil li ghalih il-kelma tirreferi vvintah haddiehor. F’Malta dan l-ahhar rajna zewg ezempji perfetti ta’ din l-invenzjoni sublimi. Zewg kazijiet Jekk ma ntbahtx, qed nirreferi ghall-kaz tal-eks-sacerdot li f’Jannar li ghadda gie mehlus mill-akkuza li stupra subien fil-kura tieghu ghoxrin sena qabel, u ghall-kaz taz-zewg pulizija u bowncer li tliet gimghat ilu gew mehlusa mill-akkuza li sawtu l-istudent Franciz Jean-Oliver Mesine f’Ottubru tal-2009. Fiz-zewg kazijiet, l-akkuzati gew mehlusa minn kull htija minhabba li l-ispetturi rispettivi li kitbu l-att tal-akkuza taghhom hadu zball fid-dettalji tal-akkuzi. Fl-ewwel kaz, l-ispettur zbalja l-lokalità ta’ fejn sar l-allegat abbuz; fit-tieni taz, spettur iehor zbalja d-data u hin ta’ fejn

L-iskola tat-televizjoni

Image
Minkejja l-hafna sforzi li jsiru sabiex jinqraw il-kotba, hu difficli hafna li tintrebah dik li nistghu nsejhu l-“iskola tat-televizjoni”. Spiss tisma’ lil min jghid: jien ma naqrax; jien nara t-televizjoni. Ghalkemm tista’ tidher gejja minn personalità ghazziena jew anki superficjali, din l-espressjoni tikxef ir-revoluzzjoni qawwija li gab mieghu t-televizjoni. Htiega Ghalkemm l-ewwel sperimentazzjonijiet b’xandir simili ghat-televizjoni bdew madwar is-snin tmenin tas-seklu 19, kien fl-ghoxrinijiet tas-seklu 20 li l-invenzjoni televiziva qabdet ir-ritmu sew. Sas-snin tletin, it-televizjoni kien digà sar parti importanti mis-suq u beda jinfirex f’aktar u aktar djar. Illum prattikament hadd ma jiddubita mill-htiega jew il-post tat-televizjoni f’dar. Ghal wiehed, hafna ghandhom tnejn, tlieta u aktar. Xi whud dan jarah bhala intruzjoni qawwija f’hafna valuri li qabel kienu jsawru l-ghaqda u l-komunikazzjoni tal-familji; ohrajn, izda, jarawh bhala mezz siewi ta’ edukazzjoni u kunta

Ebda dmir minghajr gustizzja

Image
Id-dmir huwa impenn morali. Meta persuna taccetta dmir, implicitament taccetta wkoll li twettqu fil-prattika. Semplici gharfien razzjonali jew affettiv (“nifhem li ghandi dmir”; “inhoss li ghandi dmir”), minghajr twettiq korrispondenti f’azzjoni konkreta, ma jissodisfax id-dmir. Min-naha l-ohra, lanqas ma jissodisfah―anzi, sahansitra jurtah―twettiq konkret li jkun moralment maqtugh minn sfera ta’ dmir akbar. Skala ta’ dmirijiet Essenzjalment, kull dmir huwa dejn ta’ kuxjenza. Filwaqt li l-kelma ‘dmir’ tigi mill-Gharbi klassiku ‘damir’, li tfisser kuxjenza, il-kuncett tad-dmir jintrabat mad-dover, kelma li tigi mil-Latin ‘debere’ jew ‘debitum’, li tfisser dejn. Hemm skala ta’ dmirijiet li jista’ jkollna. Din ifissirha Cicerun fis-sena 44 Q.K., jigifieri ftit qabel ma kienu qatluh, f’ittra lil ibnu, Mark, li kien qieghed jistudja l-filosofija f’Ateni. Hija skala maghmula minn erba’ saffi, fejn kull wahda thaddan lil ta’ tahtha. Huma dawn (bhal fix-xbieha): • L-ewwel u l-aqwa: id-