Posts

Showing posts from November, 2008

Tajra fuq bejt

Il-filosofija f'Malta Nixtieq nipproponielkom din ix-xbieha: Sthajlu li qeghdin taraw dar ta’ familja fi triq traffikuza. L-Imsida, il-Mosta, Birkirkara, jew fejn tridu. It-twieqi fil-faccata huma kollha maghluqa minhabba l-mugrufun gej mill-karozzi. It-tfal ma jilghabux barra minhabba l-periklu. Id-dar maghluqa minn kullimkien: fil-gnub tappoggja ma’ djar ohrajn, u fuq wara jitla’ l-hajt gholi tal-bitha. L-uniku ftuh taghha huwa l-bejt. U minn fuq il-bejt sthajlu li qeghdin taraw tajra kollha lwien tittajjar fil-gholi. Araw tarawhiex bhali: dik it-tajra hija l-uniku sinjal ta’ hajja; hija l-unika haga li qieghda tahrab l-gheluq tad-dar; hija l-uniku ftuh ghall-bqija tad-dinja; hija l-unika indikazzjoni ta’ libertà. Min-naha l-ohra, minkejja li ferhana qieghda tirkeb ir-rih u donnha gharfa qieghda tilmah kulma qieghed jigri dawramejt madwarha u fil-boghod, xorta wahda hija marbuta bi spaga rqieqa ma’ l-art. Xorta wahda ghandha t-truf li ma tistax taqbez. Il-filosofija f’Malta hija