Posts

Showing posts from June, 2010

Nies minsija

Image
Forsi l-Hadd li ghadda ftit ftakru, jew kienu jaf, li l-Gnus Maghquda fakkret Jum ir-Refugjati. F’pajjiz bhal taghna, fejn ilu hafna li ntesa li darba konna ahna wkoll maghkusa b’din it-tragedja, ir-refugjati u l-hemm taghhom huma sfortunatament boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb. Imma dan mhuwiex sewwa, ghax xi ftit jew wisq ilkoll kemm ahna ninsabu f’dghajsa wahda. Lista tal-wahx Il-lista li tidher hawnhekk giet moghtija mill-organizzazzjoni ghad-drittijiet umani Fortress Europe fl-14 ta’ Jannar tal-2010 (ara hawn ). Ghaldaqstant, ma taghti ebda numru ghal din is-sena li qeghdin fiha. F’din il-lista, jidhru biss dawk in-numri li huma rikonoxxuti ufficjalment . Ghaldaqstant, mhumiex statistici shah, ghax jeskludu lil dawn l-eluf ta’ nies li ma jigux rikonoxxuti mill-Gnus Maghquda bhala refugjati. Li kieku kienu jinkludu lil dawn in-nies ukoll, aktarx in-numri kollha kienu jkunu millanqas id-doppju jew it-tripplu. Skont il- Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda Ghall-Istat ta’ Refug

L-istennija interminabbli ghall-Parowl

Wahda mir-riformi l-aktar mistennija fil-qasam tal-gustizzja kriminali u penali hija l-introduzzjoni tas-sistema tal-Parowl f’Malta. Din tkun l-aktar radikali f’dan il-qasam sa mir-riformi li kienu saru fl-1994. Minkejja li digà sar hafna xoghol ghal din l-introduzzjoni, jidher li l-mument taghha qieghed jigi rritardjat wisq u ghalxejn. Snin ta’ stennija Il-Gvern wieghed li jintroduci l-Parowl f’Malta fil-manifest elettorali tieghu tal-ahhar elezzjoni generali. Dr Karm Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, habbar l-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta f’Lulju ta’ sentejn ilu (2008). Imbaghad, seba’ xhur wara, fi Frar tal-2009, il-Ministru ippubblika ‘White Paper’ bil-hsieb ewlieni tal-introduzzjoni taghha. Seba’ xhur wara, f’Settembru tal-2009, hareg ir-Rapport tal-Kummissjoni li kienet hadmet fuq ir-reazzjonijiet ghall-‘White Paper’. Seba’ xhur ohra wara, f’April li ghadda, il-Ministru habbar li kien se jipprezenta fil-Parlament l-Abbozz ta’ Ligi dwar l-introduzzjoni

Zmien ta' paci

Image
It-tragedja li sehhet il-gimgha li ghaddiet fl-ibhra internazzjonali bejn Cipru u Israel terga’, bhalma jaghmlu hafna okkazjonijiet imdemma ohra, tnissel fi qlubna x-xewqa qawwija ghall-paci dinjija u dejjiema. Ghall-grazzja t’Alla, pajjizna ilu ma jara gwerra mas-sebghin sena. Imma dan m’ghandux inessina f’dawk il-popli kollha li m’ghandhomx din l-istess xorti. Gwerer u mwiet Illum, hafna minna jhobbu jirreferu ghalih bhala ‘zmien ta’ paci’. Jekk taghti harsa lejn it-tabella li tidher hawnhekk, malajr tintebah li dan, fil-fatt, mhuwiex minnu. Bhalissa, f’kull kontintent tad-dinja, ghaddejjin millanqas tletin konflitt armat u mdemmi, xi whud minnhom ilhom sejrin mas-sittin sena. Dawn mhumiex xi battibekki zghar ’l hemm u ’l hawn. Huma konflitti li diga’ temmew il-hajja ta’ miljuni ta’ nies u ghadhom, dal-hin stess, qeghdin itemmu ghexieren ta’ eluf ohrajn. Forsi ghax xi whud minnhom ftit nisimghu dwarhom fl-ahbarijiet, u forsi wkoll ghax ftit jinteressana minn dak li ma jmissx li

Ta' fuqu senduqu

Fuq il-bankina tal-habs. Zaghzugh, mahsul u mbiddel, jistenna. Hdejn riglejh, tliet boroz kbar tal-plastik: tnejn trasparenti, fihom hwejjeg mghaffgin gozz; wahda sewda, minn taz-zibel, forsi bil-hwejjeg ukoll. Ghadhom kemm daqqu s-sebgha ta’ filghaxija. Warajh, il-bieb tal-hadid maghluq; quddiemu, il-hajja ghaddejja indifferenti. X’inhu jaghmel hemm? Min hu? X’inhu jistenna? Storja ta’ kull gimgha Hu wiehed mill-hafna prigunieri li, ta’ kull gimgha tas-sena, fis-sebgha ezatt ta’ filghaxija, spicca s-sentenza tieghu. Sentejn, tliet snin, forsi aktar. Ihares ’il fuq u ’l isfel fit-triq biex jara jilmahx lil hadd ghaddej bil-karrozza li jafu. Irid passagg. Irid jibda hajja gdida ta’ bla kriminalità. Irid jahseb li f’dak il-bini ikrah ta’ warajh ma kien se jirritorna qatt aktar. Irid jittama. Jaqbillu jittama. Ghax tama biss ghandu. U l-boroz ta’ hdejn riglejh. Xejn aktar. Fil-but, lanqas centenzmu mgiddem m’ghandu. Hareg mill-habs, saflahhar, wara snin imsakkar hemmgew. Ospitu tal-

Il freezer delle esistenze

Verso un'umanizzazione delle carceri perché non sia “un luogo corrotto che corrompe” Intervista con Mark Montebello a cura di Patrizia Morgante Sono 20 i suicidi avvenuti dall'inizio del 2010 nelle carceri del nostro paese, suddivisi tra italiani e stranieri. Si parla di emergenza e si cercano di individuare soluzioni: un nuovo indulto? Ampliare le carceri esistenti o costruirne di nuove? Ampliare le possibilità alternative alla detenzione per i reati minori? Questa rivista non conosce la Soluzione migliore, ma sicuramente è preoccupata di questa situazione, come tutti coloro che operano per i diritti umani. Di “numeri intollerabili” parla l'Espresso (15.04.10) quando riporta i dati diffusi dal Dipartimento Amministrazione Penitenziari (Dap) a fine febbraio: totale di prigionieri tra imputati, condannati e internati è di 66.692 persone (italiani: 41.924; stranieri: 24.768), per una capienza massima dei nostri istituti pari a 44.153 posti (tollerabilità massima: 66.563).