Nies minsija

Forsi l-Hadd li ghadda ftit ftakru, jew kienu jaf, li l-Gnus Maghquda fakkret Jum ir-Refugjati. F’pajjiz bhal taghna, fejn ilu hafna li ntesa li darba konna ahna wkoll maghkusa b’din it-tragedja, ir-refugjati u l-hemm taghhom huma sfortunatament boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb. Imma dan mhuwiex sewwa, ghax xi ftit jew wisq ilkoll kemm ahna ninsabu f’dghajsa wahda.

Lista tal-wahx

Il-lista li tidher hawnhekk giet moghtija mill-organizzazzjoni ghad-drittijiet umani Fortress Europe fl-14 ta’ Jannar tal-2010 (ara hawn). Ghaldaqstant, ma taghti ebda numru ghal din is-sena li qeghdin fiha.

F’din il-lista, jidhru biss dawk in-numri li huma rikonoxxuti ufficjalment. Ghaldaqstant, mhumiex statistici shah, ghax jeskludu lil dawn l-eluf ta’ nies li ma jigux rikonoxxuti mill-Gnus Maghquda bhala refugjati. Li kieku kienu jinkludu lil dawn in-nies ukoll, aktarx in-numri kollha kienu jkunu millanqas id-doppju jew it-tripplu.

Skont il-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda Ghall-Istat ta’ Refugjat tal-1951 (b’emendi fl-1967), huma meqjusa ufficjalment bhala ‘refugjati’ dawk il-persuni biss li “harbu minn pajjizhom minhabba bizgha ta’ persekuzzjoni, gwerra u/jew vjolenza”. Ghaldaqstant, min harab minn pajjizu minhabba l-guh u l-faqar mhumiex meqjusa ufficjalment bhala ‘refugjati’ u ghalhekk huma eskluzi mill-lista li hawn hawnhekk.
Naturalment, dawn ukoll jehtiegu l-attenzjoni, il-fehma u l-moghdrija taghna.

Dinja aktar umana

Il-lista ta’ nies mitlufa waqt il-harba taghhom lejn hajja decenti tista’ tissuggerixxi li dawn huma biss numri. Ovvjament, mhumiex. Huma nies; nies tad-demm u l-laham bhalek u bhali; nies li jhobbu u jbatu, nies li jridu l-ahjar ghal uliedhom. Wicchom u l-personalitajiet taghhom jinhbew wara numri bierda u insensittivi.

Fuq kollox, il-lista forsi tahbi wkoll id-dimensjoni titanika tat-tragedja taghhom; tragedja li ahna aktarx m’ahniex kapaci nifhmuha jew inhossuha ghal kollox. Nies li gherqu, nies li gew maqtula, nies li fgaw, nies li mietu bl-ghatx, nies li gew sploduti b’mini mohbija, nies li tghaffgu taht ferroviji, nies li ffrizaw … Kif jista’ wiehed jaghraf imqar bi ftit xi jfisser dan kollu?

Hafna minna jqisu r-refugjati bhala nies kriminali li jinvadu pajjizi ohrajn, fosthom taghna. Bosta nies fl-awtorità, anki f’Malta u Ghawdex, jilaghbu bid-diskors biex iwarrbu jew ibeghdu lil dawn l-imsejkna minn fostna kemm jista’ jkun. Ohrajn, forsi int ukoll, indifferenti ghal din it-tragedja bla qjies.
Dan kollu juri, aktarx, faqar kbir ta’ umanità. Li nqisu dan id-dulur tar-refugjati bhala d-dulur taghna stess ikun pass eqreb lejn dinja aktar umana.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?