Posts

Showing posts from May, 2019

Ir-rebħa tax-xellug

Image
L-elezzjonijiet Ewropej li saru l-bieraħ taw tweġiba ċara lil dawk kollha li bassru li x-xellug kien dieħel għal daqqa ta’ ħarta kbira. Did-daqqa ta’ ħarta ma ħadiex. Seta’ mar aħjar, tabilħaqq, imma b’daqshekk ma jfissirx li għamel xi disfatta. Bil-kontra ngħid. Ngħid li x-xellug għamel rebħa fuq il-kruha tal-lemin estrem li hedded liċ-ċiviltà Ewropea kollha. L-agħar theddida Dawn kienu elezzjonijiet li aktarx, għall-ewwel darba minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, il-lemin estrem—jew, biex insejħulu b’ismu, il-faxxiżmu—reġa’ għolla rasu tant li donnu stħajjel li għandu s-sopravent. Il-faxxiżmu f’kull pajjiż ippretendih dan, inkluż fil-Gżejjer Maltin. Minkejja din l-arja li rabba f’dawn l-aħħar snin, arja li biha ried li jbeżża’ lil kulħadd, il-faxxiżmu xorta waħda wera li m’għandux l-appoġġ tal-popli Ewropej. Dawk li jagħtuh appoġġ jaraw fih xi għamla ta’ soluzzjoni salvaġġa għall-problemi li jeżistu, imma das-soluzzjonijiet ma jemminx fihom min jara aktar fit-tul. Il-

Il-ksuħat tal-K.I.S.

Image
  Għal min ma jafx, il-K.I.S. hija l-kumpanija li, fost affarijiet oħra, tieħu ħsieb il-parkeġġ tal-isptar Mater Dei. Xi tfisser ‘K.I.S.’ ma nafx, għax ma stajt insibha mkien. Dil-kumpanija ħadet il-kuntratt ta’ dal-parkeġġ f’Awwissu li għadda, u mill-ewwel bdejna bil-problemi. L-ispeċjalizzazzjoni tal-K.I.S. hija l-ikklampar tal-vetturi. Problemi lil kulħadd Dan l-aħħar, xi ħadd għaref fil-kumpanija qatagħha li juri snienu mal-muturi. Ma’ kullimkien madwar l-isptar tweħħlu tabelli bħal din li tidher hawnfuq. Meta ngħid kullimkien, nifhem kullimkien: tabelli bħal dawn il-bogħod minn xulxin ftit piedi. Qaluli li kuljum jgħaddi xi uffiċjal tal-K.I.S. biex jara liema sewwieq ta’ xi mutur fettillu jisfida lill-kumpanija. S’issa, għall-muturi tħalliet biss biċċa bankina maġenb id-dħul tal-parkeġġ ta’ taħt l-art tal-isptar, fejn, bil-folla li jkun hemm matul il-jum, il-muturi ma jistgħux jagħmlu mod ieħor għajr li jibblokkaw lil xulxin. Fejn qabel kien jiġu pparkjati l-muturi ma ki

TALLINJA ― Ħadd ma jista’ għalina!

Image
Mhumiex il-ħaddiema li jaħtu; hija l-kumpanija u min imexxiha li jaħtu tal-inkonvenjenzi u saħansitra tat-tbatijiet imposti fuq dawk li jużaw it-trasport pubbliku. Il-kumpanija donnha ħadd ma jista’ jtejbilha s-servizzi li tagħti. Tirrapporta għalxejn! Tilmenta għalxejn! X’irid isir biex Tallinja tkun kumpanija aktar responsabbli? Lil min jaqdi dmiru sew L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hawnhekk hija grazzi kbira lil dawk il-ħaddiema tal-kumpanija Tallinja, Maltin u barranin, li, minkejja kollox, jibqgħu jagħmlu dmirhom bl-akbar kuxjenza, b’rispett lejn il-pubbliku u b’attenzjoni u għaqal. Dawn in-nies niltaqgħu magħhom kuljum, għall-anqas min juża t-trasport pubbliku, u nafu kemm jistħoqqilhom l-apprezzament u l-gratitudni tagħna. Oħrajn, però, sħabhom fuq l-istess xogħol, le! Xi wħud ma jagħmlu ebda sforz biex jaħbu jew għall-anqas iqiegħdu fil-ġenb il-frustrazzjoni tagħhom li tkun ġejja mill-kundizzjonijiet ħżiena tal-impjieg tagħhom. Għala għandu jeħel il-pubbliku ma’ rashom? Xi

Il-ħtija Musulmana

Image
Fil-ġimgħa tal-Għid il-Kbir, xi wħud għoġobhom jinqdew b’żewġ avvenimenti biex juru l-preġudizzji tagħhom kontra nies ta’ twemmin Musulman. Il-ħruq tal-katidral ta’ Notre-Dame ta’ Pariġi, u l-bombi fil-knejjes tas-Sir Lanka, ġew meħudha bħala permess biex isir tixwix kontra l-Musulmani. Filwaqt li jikkundanna tixwix bħal dan, wieħed għandu jipprova jifhem xi ftit għala jsir, u għala m’għandux isir. L-istejjer Iż-żewġ stejjer kienu biss ħamest ijiem il-bogħod minn xulxin. Il-katidral ta’ Pariġi nħaraq it-Tlieta, 16 t’April, u l-bombi fi Sri Lanka saru l-Ħadd ta’ wara, 21 tax-xahar. Però, din l-aħħar data kienet il-jum tal-Għid il-Kbir, l-akbar festa fil-kalendarju nisrani li tiċċelebra l-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt. It-tieni storja aktarx tista’ tintlemaħ fiha rabta mal-Musulmani aktar mill-oħra. Dit-tieni storja, jiġifieri fejn għadd ta’ bombi tqiegħdu fi knejjes waqt li l-insara kienu miġbura, jista’ jingħad li nħolqot minn estremisti Musulmani direttament involuti fil-ħerba ta