Posts

Showing posts from August, 2019

L-illitteriżmu l-ġdid

Image
Jgħidu li l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għamlet passi ta’ ġgant fi ftit ġenerazzjonijiet. Illum daċ-ċittadini żgħar tagħna jafu bil-wisq aktar mill-ġenituri tagħhom jew, aktar u aktar, minn nanniethom. Tabilħaqq. Imma x’jafu? X’edukazzjoni hi li qed jingħataw? X’tagħlim qed jiġi mgħoddi lilhom? Jekk jafu kollox mingħajr ma jafu l-litteriżmu tal-komputer, allura għada pitgħada (jekk mhux diġà llum) jitqiesu bħala illitterati. Litteriżmu Ħafna drabi, il-kelma ‘litteriżmu’ norbtuha biss ma’ li xi ħadd ikunx jaf jaqra u jikteb. Bil-maqlub, l-illitterat jew l-illitterata huma ħafna drabi dawk il-persuni li ma jafux jaqraw u jiktbu. Sa ftit ilu kellna raġun naħsbu hekk meta nużaw dal-kliem. Madankollu, dan m’għadux jgħodd għal-lum il-ġurnata u wisq anqas għal għal pitagħada. Jista’ bniedem jaf jaqra u jikteb b’għoxrin ilsien differenti. Minkejja dan, jekk ma jafx l-ilsien tal-komputer u, għalhekk, ukoll mal-effiċjenza teknoloġika li tiġi miegħu, allura xorta w

Il-politika tas-servizz

Image
Illum il-politika trid issib spazji dejjem ġodda biex toffri servizzi aħjar kemm lill-poplu lokali kif ukoll lill-barranin li jżuru l-inħawi. Dan hu żmien is-servizzi. Ir-raġuni ewlenija hija li kemm il-poplu lokali kif ukoll il-barranin li jżuruh huma xi ftit jew wisq nies li għandhom sold taħt rashom u jridu ħajja ta’ kumdità hienja. Il-bidu tas-sebgħinijiet Il-poplu tagħna beda jħoss sewwa l-ħtieġa għas-servizzi f’nofs is-snin sebgħin meta l-politika tal-gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff kien irnexxielu jibda jgħolli l-livell tal-ħajja tan-nies. Qabel, għalkemm il-poplu Malti u Għawdxi ma kienx eżattament qed imut bil-ġuħ, lanqas ma kien qed jgħix fil-lussu jew kien f’pożizzjoni li jagħmel kapriċċi kbar. Dal-istat ta’ bejn faqar serju u ċertu grad ta’ lussu jidhirli li dam tul is-snin sittin. F’dan iż-żmien is-servizzi ma kinux l-aktar għall-Maltin u l-Għawdxin imma għat-turisti li bdew iżuruna f’għadd dejjem akbar. Il-poplu Malti, però, kien għadu qed jitqabad mal-ħaj

L-antigoverniżmu vizzjat

Image
L-oppożizzjoni għall-gvern tal-ġurnata—għal kull  gvern tal-ġurnata—hija ħaġa tajba f’demokrazija. Tajba u b’saħħitha. Hija sinjal ta’ ċittadini ħajjin, ta’ attenzjoni politika. Iżżomm ukoll lill-gvern fuq ix-xwiek. Iżda meta l-oppożizzjoni ssir b’motivazzjonijiet partiġġjani, ma tibqax aktar ta’ fibra, għax tkun ivvizzjata. Il-partiġġjaniżmu jeqred sa l-isħaħ, l-isbaħ u l-oħla kawża li qatt tista’ teżisti fid-dinja. Protesti inkoraġġiti Dan mhuwiex kummentarju kontra l-protesta konsiderevoli li saret ftit ilu għall-ħarsien tas-siġar. Anzi. Hija favur dik il-protesta jekkemmildarba dawk li ssieħbu fiha m’aġġixxewx b’mod partiġġjan. Naf li kien hemm xi wħud li hekk għamlu; lil dawn ma nqishomx protestaturi ġenwini jew ukoll onesti. Inqishom opportunisti. Għax jinqdew b’kollox ħalli jsawtu l-gvern. Għalhekk għemilhom hu ivvizzjat, diżonest u ikrah. Il-ħafna oħrajn, però, li ssieħbu fil-protesta irrispettivament jekk hemmx dan il-gvern jew ieħor, nies li setgħu ssieħbu wkoll f’pro

Il-perfezzjoni u l-kaos

Image
Il-ħajja hi dik li nagħmluha aħna. Ilkoll kemm aħna jiġuna ma’ wiċċna l-problemi, ħafna żgħar, imma xi kultant kbar ukoll. Jiddependi ħafna minna nfusna x’nagħmlu b’dal-problemi: inħaffux jew intaqqlux is-soluzzjoni tagħhom; jew, jekk ma jkollhomx soluzzjoni, ngħixux kuntenti jew imdejqin bihom. L-attitudni li nieħdu tagħmel id-differenza kollha. Espressjoni kurjuża Ftit ilu kont qed nara film daqxejn antik (bħali), u fl-istorja kien hemm bħal speċi ta’ diżgwid bejn tnejn min-nies. Ma setgħux jaqblu bejniethom għaliex l-attitudni tagħhom lejn il-ħajja kienet differenti. Ħin minnhom, wieħed mill-atturi donnu ntebaħ x’kienet l-imma li tofroqhom u pprova jfisser kif. Il-kliem tiegħu laqatni ħafna u xtaqt naqsmu miegħek hawnhekk. Dan l-attur stqarr li n-nies jieħdu attitudnijiet differenti minn xulxin fil-ħajja għax, meta jirraġunaw, jibdew minn punti differenti. Ir-raġunar ta’ xi wħud huwa “mill-perfezzjoni ’l isfel”; ta’ oħrajn, “mill-kaos ’il fuq”. Bl-Ingliż kienet hekk: “From p