Posts

Showing posts from March, 2011

Jesus Christ Superstar

Image
Time Rice u Lloyd Webber fl-1973 Erbghin sena ilu, fl-1971, it-Teatru Hellinger ta’ Broadway f’New York (l-Amerika) ipprezenta ghall-ewwel darba r-rock opera famuza Jesus Christ Superstar b’muzika mill-isbah ta’ Andrew Lloyd Webber u bil-lirika msahhra ta’ Tim Rice. Ghal xi whud, din il-kompozizzjoni ghadha sal-lum tnebbah l-ohla sentimenti f’kulmin digà jkun jaf jew ghad irid ikun jaf lil Gesù ta’ Nazaret. Storja ta’ opra Ghall-ewwel, meta giet ipprezentata ghall-ewwel darba erbghin sena ilu, l-opera giet ikkritikata hafna. Webber u Rice kienu digà hadmu fuq xi xogholijiet flimkien, izda l-fama dinjija taghhom kienet ghadha trid tigi. L-opera kienet ibbazata fuq double record album li Webber u Rice kienu hargu ftit tax-xhur qabel. Inghad li d-direttur tal-opra ghall-palk, Tom O’Horgan, kien ‘iddrammatizza’ zzejjed ix-xoghol originali. Izda, minkejja dan, kien minn hawnhekk li s- Superstar bdiet it-trijonf taghha. Wara New York, l-opra ssoktat tinhadem ukoll f’Londra, Los A

Il-voluntarjat

Image
Din is-sena (2011) giet iddikjarata mill-Unjoni Ewropea bhala s-Sena tal-Voluntarjat. Ghaldaqstant, hija sena mahtura ghac-celebrazzjoni tal-hidma li jaghmlu miljuni ta’ voluntieri Ewropej u dinjija, kif ukoll ghal sforzi mgedda sabiex il-voluntarjat jikber u jissahhah bhala kuncett. Celebrazzjoni ta’ generosità Madwar terz tal-popolazzjoni Ewropea kollha hija impenjata f’hidma voluntarja, mhux biss fl-Ewropa stess, izda fid-dinja kollha. Tobba, infermiera, suldati, missjunarji, ghalliema, avukati, sacerdoti, katekisti, ambjentalisti, haddiema manwali, studenti, professjonisti u hafna ohrajn... kollha qed jaghtu servizz voluntarju fejn l-aktar huma mehtiega fid-dinja. Bla dubju ta’ xejn, din il-generosità gejja minghand miljuni ta’ Ewropej (u min jaf kemm aktar minn madwar id-dinja) hija rikkezza bla qies; rikkezza hafna aktar ghal min jaghtiha milli ghal min jirceviha. Il-voluntarjat jopponi l-kultura ta’ egocentrizmu li hafna drabi tkidd u tfaqqar il-mentalità u r-ruh Ewropea.

Argumenti effettivi

Image
Spiss tisma’ nies jirragunaw minghajr wisq logika. Jippruvaw juru li xi haga hija tajba fiha nnifisha ghax jghidu li tikkawza aktar effetti tajba milli hziena; jew jippruvaw juru li xi haga hija hazina fiha nnifisha ghax jghidu li tikkawza aktar effetti hziena milli tajba. Xi kultant, fiz-zewg kazijiet l-affarijiet jistghu jkunu differenti. Halli nfissru dan b’zewg stejjer. Zewg stejjer Naghtu kaz li jien, int u mijiet ta’ nies ohrajn konna ghaddejjin minn Strada Rjali s-Sibt filghodu. Wiehed mignun jidher car li se jisplodi lilu nnifsu u joqtolna lkoll. Hafif hafif, minn warajh jigi ragel, jaghtih erba’ daqqiet sikkina u joqtlu fuq il-post. X’nghidu ahna? Nghidu li ghamel sew, allavolja nafu li fih innifsu l-qtil hu hazin. Mela, xi haga li fiha nnifisha hi hazina tista’ evidentement tikkawza effetti tajba. Ha niehdu storja ohra. Naghtu kaz li jien, int u mijiet ta’ nies ohrajn kellna niehdu minn kumpanija kummercjali. Din il-kumpanija hija ta’ tnejn li kienu dahlu fi shab ma’ xu

AD MEMORIAM STEPHEN SPITERI

Image
Ftit aktar minn xahar ilu, fis-26 ta’ Jannar (2011), l-imsejken prigunier Stephen Spiteri nstab mejjet fic-cella tieghu f’Divizjoni XI tal-habs ta’ Kordin. Kwazi kwazi, digà kulhadd insieh. Qisu qatt ma kien xejn. Forsi anki min staqsa xi mistoqsija u baqa’ bla twegiba―fosthom, xi gurnalist―, digà nesa jistaqsi aktar u ghadda ghal affarijiet ohra aktar urgenti. Kienet tassew tiswa daqshekk ftit il-hajja msejkna ta’ Stephen? Kienet tassew daqshekk insinifikanti l-mewt tieghu? Kien tassew hekk ckejken li jghadd minghajr ma caqlaq lil hadd? Stephen kellu disgha u ghoxrin sena u kien mill-Fgura. Kellu tifel u xewqa kbira li jizzewweg u jifforma l-familja tieghu. Izda, b’xorti hazina, minn kmieni d-droga kienet hadet kontroll ta’ hajtu. Hekk gabet tbatija kbira lilu u lil haddiehor. F’dan l-aspett, kien bhal hafna zghazagh ohrajn li, bhal ghasfur go trabokk, ftit seta’ jilmah helsien, jekk mhux bil-mewt, mill-jasar tieghu. Mument wiehed minsi f’imghoddi mcajpar ikkundannah ghal hajja sh