Posts

Showing posts from July, 2019

It-tagħlim soċjalista

Image
Niddubita jekk f’pajjiżna għadx fadal post wieħed, fil-Partit Laburista jew barra minnu, fejn il-pubbliku jista’ jikseb it-tagħlim soċjalista. Dan in-nuqqas ilu s-snin, jekk mhu ukoll l-għexieren ta’ snin, u donnu ftit huma dawk li jħossuh jew jixtiequh mod ieħor. Dan jista’ jkun ta’ ħsara kbira għall-ġejjieni daqskemm hu ta’ ħsara għall-preżenti. L-analiżi politika Soċjaliżmu u tagħlim imorru flimkien. Dejjem, mill-bidu nett, is-soċjalisti fehmu l-eżistenza tagħhom bħala waħda li biċċa kbira minnha hi informattiva. Tagħlim mhux bilfors ifisser universitajiet, skejjel u ċertifikati. Jekk mhux dawn, żgur li jfisser il-mogħdija tat-tagħrif. Is-soċjalisti minn dejjem kienu nies li jitgħallmu u jgħallmu minn u lil xulxin. Dan hu naturali għalihom għax is-soċjalisti huma nies li għandhom il-ħila jaqraw ir-realtajiet tagħhom infushom u ta’ madwarhom b’għodod politiċi. Dal-għodod janalizzaw ir-realtajiet sabiex jiskopru fihom il-kontenut politiku, jiġifieri n-nisġiet li bihom kull ħaġ

It-Turkija f’Ċipru

Image
Il-kwestjonijiet bejn it-Turkija u Ċipru mhux biss iġibu ma’ wiċċna xi realtajiet tal-Baħar Mediterran, kif ukoll ta’ pajjiż li bħalna hu ċkejken u gżira u bħalna kien kolonja Britannika. Iġib ukoll ma’ wiċċna l-inkapaċità tal-Unjoni Ewropea li, bil-paroli kollu tagħha, mhijiex kapaċi tressaq il-kwestjonijiet għal xi tip ta’ soluzzjoni suriet in-nies. L-inkwiet f’Ċipru Bħalissa għaddejja waħda kbira bejn it-Turkija u Ċipru. Wieħed jiftakar kemm daż-żewġ pajjiżi ilhom bl-inkwiet ma’ xulxin. It-Turkija taħkem fuq nofs Ċipru; Ċipru jkollu jaċċetta dil-ħakma. Niftakru wkoll kemm kien diffiċli għaċ-Ċiprijotti Griegi li jinqatgħu minn mal-Ingliżi, jiksbu l-indipendenza u jibqgħu ma jinbelgħux mit-Torok. Il-qasma ta’ Ċipru ilha xewka f’dahar il-Mediterran għal ħafna għexieren ta’ snin. Iżda wieħed irid ma jinsiex li t-Turkija wkoll hija pajjiż tal-Mediterran, u li jekk il-Mediterran għandu jkollu l-ġnus kollha ta’ madwaru magħquda fi ftehim ma’ xulxin, allura dan għandu jinkludi kemm

Il-provinċjaliżmu Ewropew

Image
Ftit jiem ilu saru l-ħatriet għall-aqwa ħames uffiċċji tal-Unjoni Ewropea. Il-proċess li wassal għall-ħatriet suppost kellhom mill-anqas juru bil-qawwa kollha mhux biss x’għaqda kien hemm f’din l-imbierka Unjoni, imma wkoll kemm kiber u saħħaħ il-kunċett u l-ideal Ewropew innifsu. Imma l-proċess la wera l-waħda u lanqas l-oħra. Anzi, wera x’firda kerha hemm fost l-imsieħba tal-Unjoni kif ukoll x’provinċjaliżmu ikreh jsaltan f’moħħhom u f’qalbhom. Biża’ li sparixxa Il-gvernijiet Ewropej għamlu minn kollox biex l-estremisti politiċi fl-Ewropa ma jirkbux ir-riħ fl-elezzjonijiet għall-parlament Ewropew li saru ftit tal-ġimgħat ilu. Il-biża’ kbir tagħhom kien li dawn l-estremisti se jagħmlu kisbiet kbar kullimkien fl-Ewropa, u l-parlament ikun hekk mimli bil-kandidati tagħhom li jqajmu fl-Ewropa t-theddida faxxista. Għalkemm il-biża’ kien kemm għall-estrem xellugi daqskemm għall-estrem lemini, kien l-aktar minn dan tal-aħħar li l-gvernijiet Ewropej riedu jilqgħu. Huma basru li r-reb

Il-ħares ta’ Hong Kong

Image
Il-ħares ta’ Hong Kong reġa’ tfaċċa dil-ġimgħa. Ħafna drabi jibża’ min-nies. Imma xi kultant jagħmel il-qalb u joħroġ kemxejn rasu. Dejjem jipprova jirkeb. S’issa ma rnexxilux. Imma qatt ma jaqta’ qalbu għal kollox; u qatt m’hu se jaqta’ qalbu. Minn hawn jew minn hemm, se jibqa’ jipprova biex tgħaddi tiegħu. Jiddependi biss min-nies. Ammirevoli In-nies dil-ġimgħa ħarġu bi ħġarhom biex il-ħares li jheddidhom—jiġifieri ċ-Ċina—jerġa’ jidħol f’qoxortu. F’għeluq it-tnejn u għoxrin sena minn mindu l-Britanniċi għaddew liċ-Ċina dil-gżira, id-difensuri tad-drittijiet ħielsa kellhom iqabbdu qrunhom ma’ ta’ dawk li heddewhomlhom. S’issa Hong Kong tidher li m’hix qed iċċedi għall-pressjoni kontinwa taċ-Ċina. Kemm tista’ ddum? Huwa tal-għaġeb kemm in-nies ta’ Hong Kong huma reżistenti. Din tifhimha għax jinsabu mheddijin il-ħin kollu li l-liberajiet li ġew imdorrijin li jgawdu jintemmewlhom ħesrem hekk kif iċ-Ċina timponi r-rieda tagħha fuqhom. Jafu xi jfissru liberajiet u jafu wkoll xi jf