Posts

Showing posts from April, 2016

L-istruttura kjażtika tal-Kantilena

Image
Fis-7 ta’ April li għadda, f’diskors li għamilt l-Università ta’ Malta, ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena ta’ Pietru Caxaru ma kinetx waħda lineari kif dejjem inħaseb sa dak in-nhar. Ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena hi waħda ‘kjażtika’, kif se nfisser hawn taħt. Kumbinazzjoni, din il-proposta tiegħi qed issir f’għeluq il-50 sena mis-sejba tal-Kantilena minn Mikiel Fsadni fl-1966. F’dawn l-aħħar 50 sena, ħadd ma jidher li ddubita li l-istruttura tal-poeżija medjevali tas-seklu 15 kienet waħda lineari. Kif se nuri, jien tajt evidenza kemm interna kif ukoll esterna biex nipprova din il-proposta tiegħi. Struttura kjażtika Il-fehma li l-istruttura tal-Kantilena kienet waħda lineari tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li l-Kantilena hi poeżija konvenzjonali bħal kull poeżija oħra jew test letterarju ieħor. Din il-fehma kienet tonqos li tqis l-istruttura tal-Kantilena b’mod sħiħ jew ħolistiku. Qari aktar attent tal-Kantilena juri li l-istruttura tal-poeżija hija ferm aktar kum

Erġajna koppi?

Image
L-attività li organizza l-Partit Nazzjonalista l-wikend li għadda u l-Erbgħa ta’ qabel fakkruni f’attivitajiet simili tas-snin 80. Ħassejtni mibgħut lura fiż-żmien bħallikieku ma kinux għadda għoxrin sena sħaħ!! Intużat l-istess tattika! Intużaw l-istess tiżwiqa ta’ xbihat! Intuża saħansitra l-istess diskors! Ommi ma, x’inkubu! Ħuta barra mill-ilma Kellhom raġun biex ibiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna u l-President Emeritu George Abela li f’dawk il-jiem ta’ dawn l-attivitajiet li semmejt jgħidu separatament li kienu nkwetati fuq il-qagħda tal-pajjiż. Kellhom raġun, inħoss jien, għax li mmorru lura għas-snin 80 b’repetizzjoni ta’ dak iż-żmien hija tabilħaqq inkwetanti. Sfortunatament, xi wħud fil-Partit Nazzjonalista ma jaħsbuhiex hekk. Jistħajlu li tattika li ħadmet għoxrin sena ilu tista’ jew għandha mnejn terġa’ taħdem illum. L-Erbgħa, 6 tax-xahar, iddeċidew li jorganizzaw protesta ‘spontanja’ quddiem il-qorti. Simon Busuttil mar bi ħġaru. L-uniku wieħed li mill-filmati dehe

It-tnessija tal-ferħ

Image
Il-filosofija neoliberali tas-sistema ekonomika kapitalista rnexxielha tnessi lil dawk kollha li ħatfitilhom moħħhom u qalbhom x’inhu l-ferħ tassew. In-nies saru qishom magni ta’ konsum li minn idejhom itteħdulhom il-mezzi li bihom setgħu jipproduċu l-kundizzjonijiet, il-ferħ u l-ġejjieni ta’ ħajjithom. Il-kapitaliżmu neoliberali huwa l-akbar oppju li qatt eżista u l-effetti tiegħu qatt ma kien hawn suċċess akbar minnhom. Ferħ taparsi Ħafna minna jilagħbuha ta’ nies kuntenti. Jagħmlu sforz kbir biex jidhru ferħana. Bosta minna jagħtuha għax-xalar għali tagħhom b’xorb, sess, vaganzi u kull xorta ta’ tbaħrit ieħor. Jagħmlu dan biex jistrieħu mit-toqol u t-tensjoni tax-xogħol u biex jieħdu ftit tal-gost kif jistgħu. Wara din il-btala żgħira, jerġgħu lura għar-realtà. Għall-piż tal-jum. Għat-tirannija tas-suq. Il-ferħ u l-kuntentizza ma jistgħux ikunu riżultat ta’ xi sforz. Bniedem jew huwa kuntent u ferħan b’mod ordinarju u normali jew xejn. Jekk, biex ikollu farka ferħ u kuntenti

Partit ieħor

Image
Bħalissa bosta nies ma jieqfux jitħaddtu dwar il-partit ġdid li tħabbar li se jitwaqqaf. Xi wħud iweġġgħu rashom minħabba dan, oħrajn jgħorku jdejhom u xi ftit iħabblu xagħarhom. B’mod ġenerali, il-kuntest ta’ din l-innovità hija ta’ konflitt; ta’ nies ma jkellmux lin-nies; ta’ nies ma jridux jafu b’oħrajn. Iżda f’demokrazija dawn l-affarijiet suppost jittieħdu bħala sinjal pożittiv ta’ sitwazzjoni b’saħħitha. Is-suspett tal-negattività Il-midja titħaddet dwar ‘qasma’ fil-Partit Nazzjonalista. ‘Qasma’ timplika xi ħaġa negattiva. Xi wħud anki ħadu l-impenn li jfakkruna f’‘qasmiet’ oħrajn tal-imgħoddi fiż-żewġ partiti ewlenin. Dejjem f’sens negattiv. Qasma tfisser għalihom firda, ġlied intern, dgħufija. Tfisser li l-affarijiet mhumiex sejrin sew. Li hemm l-inkwiet. Dawn in-nies li jagħmlu dawn l-implikazzjonijiet u jixħtu dawn il-botti donnhom aktar jemmnu f’dittatorjali u monopolji milli f’demokraziji. F’demokrazija, aktar ma jkollhom fehmiet, aktar aħjar. Hu biss f’dittatorjali