Posts

Showing posts from December, 2010

Miliedmanija

Dawn huma gimghat li jgibu hafna irrazzjonalità. Nghid hekk mhux ghax daz-zminijiet jimlewna fernezija biex nixtru fuq li nixtru. Jew biex naraw il-familja maghquda, anki jekk xi kultant ghall-apparenza. Jew anki biex niddevertu minghajr kont. Qed nghid hekk ghax f’dawn iz-zminijiet spiss jigri li l-attenzjoni taghna tigi distratta aktar mis-soltu; nemmnu affarijiet li sempliciment ma jezistux. Irrazzjonalitajiet L-irrazzjonalità hija t-twemmin f’affarijiet li jezistu biss f’mohhna. Flok noqoghdu fuq il-fatti li jghaddulna l-hames sensi taghna, nivvintw ohrajn minn zniedna u nemmnu li jezistu tabilhaqq. Fi kliem iehor, nghawwgu r-realtà. Nghidu ahna: Hu irrazzjonali li temmen li int suppost tkun mod u mhux iehor. Hu irrazzjonali li temmen li r-realtà ta’ madwarek suppost tkun mod u mhux iehor. Hu irrazzjonali li temmen li r-reazzjoni tieghek ghal certi sitwazzjonijiet suppost tkun bilfors ta’ inkwiet jew ta’ ferh. Hu irrazzjonali li temmen li problema ghandha mod wiehed biss ki

Is-sigriet tal-gratitudni

Il-qies tal-maturità umana u spiritwali hija l-gratitudni. Hija wkoll is-sigriet tal-kuntentizza taghna. Aktar minn azzjoni jew azzjonijiet partikulari, il-gratitudni hija attitudni; qaghda tal-ispirtu; dispozizzjoni tar-ruh. ‘Gratus animus’ kienu jsejhulha l-Latini, jigifieri qalb rikonoxxenti. Kienu jsejhulha wkoll ‘gratia voluntas’ , jigifieri rieda rikonoxxenti. Kollha jfissru l-istess haga: il-gratitudni bhala l-muftieh tal-apprezzament u l-bieb tat-tjieba, l-umiltà u l-fidi li jista’ jkollna. Generosità mdejjna L-imghallmin l-antiki kienu jghidu li l-gratitudni ghandha mill-virtù tal-gustizzja. Dan minhabba li, fil-qiegh il-qiegh, il-gustizzja hija li nrodd dak li jmiss lil haddiehor. Ghaldaqstant, il-gratitudni hija li nhossni mdejjen lejn min tani xi haga mill-generosità tieghu; mhux ghax kelli xi dritt ghaliha daqskemm ghax b’xi mod sibt grazzja quddiemu. Nghidu ahna, b’dan il-mod ninsab imdejjen ma’ Alla, li minghandu gieni kull gid. Xi whud, flok Alla, jghidu n-Natura

150 sena mit-twelid ta' Manwel Dimech

Image
Fil-jum tal-Milied li gej, Manwel Dimech jaghlaq 150 mit-twelid tieghu. Huwa twieled il-Belt Valletta, it-Tlieta, 25 ta’ Dicembru tal-1860. D’din l-okkazjoni sabiha, ghandi l-pjacir noffrilek rigal specjali: CD bir-rakkont tal-hajja tieghu. Dan ix-xoghol, mahdum flimkien ma’ George Peresso, tista’ tixtrih mill-hwienet ewlenin tal-kotba jew billi ccempel 21677753 (fil-hinijiet tal-ufficcju). Din il-kompozizzjoni artistika harget ghall-pubbliku ftit tal-gimghat ilu. Xoghol ta’ ricerka Forsi taf li jien ilni nahdem b’mod professjonali fuq id-dokumentazzjoni dwar il-hajja ta’ Dimech ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena. F’rabta ma’ dan ix-xoghol, zort ghadd kbir ta’ arkivji, kemm f’Malta, kif ukoll barra minn Malta, bhal fl-Egittu, l-Ingilterra u l-Italja. Dejjem hassejt li Dimech kien tabilhaqq jixraqlu din l-attenzjoni. Zgur li mhijiex se tkun ahbar gdida ghalik meta nistqarr li l-gibda li ghandi lejn Dimech hija enormi. Spiss gejt mistoqsi ghala din il-qima daqstant kbira. Minkejja l-