150 sena mit-twelid ta' Manwel Dimech

Fil-jum tal-Milied li gej, Manwel Dimech jaghlaq 150 mit-twelid tieghu. Huwa twieled il-Belt Valletta, it-Tlieta, 25 ta’ Dicembru tal-1860. D’din l-okkazjoni sabiha, ghandi l-pjacir noffrilek rigal specjali: CD bir-rakkont tal-hajja tieghu. Dan ix-xoghol, mahdum flimkien ma’ George Peresso, tista’ tixtrih mill-hwienet ewlenin tal-kotba jew billi ccempel 21677753 (fil-hinijiet tal-ufficcju). Din il-kompozizzjoni artistika harget ghall-pubbliku ftit tal-gimghat ilu.

Xoghol ta’ ricerka

Forsi taf li jien ilni nahdem b’mod professjonali fuq id-dokumentazzjoni dwar il-hajja ta’ Dimech ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena. F’rabta ma’ dan ix-xoghol, zort ghadd kbir ta’ arkivji, kemm f’Malta, kif ukoll barra minn Malta, bhal fl-Egittu, l-Ingilterra u l-Italja. Dejjem hassejt li Dimech kien tabilhaqq jixraqlu din l-attenzjoni.

Zgur li mhijiex se tkun ahbar gdida ghalik meta nistqarr li l-gibda li ghandi lejn Dimech hija enormi. Spiss gejt mistoqsi ghala din il-qima daqstant kbira. Minkejja l-varjetà ta’ twegibiet li nista’ naghti biex infisser din l-ammirazzjoni, wahda mill-aktar li nippreferi hija ta’ natura psikologika: Dimech ghandu xi haga fil-personalità u l-grajja tieghu li b’xi mod jew iehor iddoqq bis-shih ghall-hsus profondi tas-sura psikologika tieghi.

Ovvjament, biex infisser dan sewwa, ikun mehtieg li nikxef maghkom xi ftit mill-‘genn’ tieghi, u kif dan isib xi daqsxejn ta’ art komuni mal-‘genn’ ta’ Dimech. Izda dan jiehu hafna tul u ma nistax infissru hawnhekk.

Il-gibda lejn Dimech

Imma dan qieghed insemmih ghaliex ninsab konvint li din l-affinità psikologika ma’ Dimech mhijiex tieghi biss. Hija komuni ghal hafna ohrajn, kif ukoll ghal xi whud minnkom li tinsabu hawnhekk dal-ghodu. Il-personalità u l-istorja ta’ Dimech ghandhom xi haga li hafna minna nilmhu lilna nfusna fihom. Hu ghalhekk, nisthajjel, li dejjem aktar nies li jiskopru lil Dimech, li jisimghu bil-grajja tieghu, li jsiru midhla tal-personalità tieghu, jingibdu lejh b’sentimenti qawwija ta’ ghozza.

Barra minn hekk, minkejja din il-gibda li Dimech kapaci johloq fuq il-personalitajiet ta’ hafna minna, jien ukoll konvint li Dimech jista’ jghin fit-tkabbir taghna u fit-triq li qeghdin nimxu f’hajjitna. Il-hajja li ghex, l-ghazliet li ghamel, id-diffikultajiet li ltaqa’ maghhom, il-hwejjeg li wettaq, il-holm li kellu, kollha jistghu jibqghu jnebbhuna fil-hajja, l-ghazliet, id-diffikultajiet u l-holm taghna.

Kien l-aktar ghal dawn iz-zewg ragunijiet ewlenin li, meta erba’ snin ilu, fl-2006, kont ippublikajt il-ktejjeb Jien, Manwel Dimech, kont ghazilt li nuza’ fir-rakkont tal-hajja ta’ Dimech l-ewwel persuna singular: qisu kien Dimech stess li qieghed jirrakkonta l-istorja tieghu nnifsu. Ridt li b’dan il-mod tinholoq rabta affettiva aktar personali bejn Dimech u l-qarrej. Il-ktejjeb kien gabra fil-qosor tal-ktieb l-iehor, Dimech, li kont ippubblikajt fl-2004 bil-bijografija xjentifika tieghu. F’dan l-awdjo, nuza’ l-istess stil: Dimech stess jirrakkontalek l-istorja ta’ hajtu.

Mument ta’ gmiel u sbuhija

L-intenzjoni ewlenija ta’ din il-pubblikazzjoni hija li l-hajja ta’ Dimech tkompli tigi maghrufa minn pubbliku dejjem aktar wiesgha. Fl-istess waqt, xtaqt li s-semmiegh jintrabat b’mod affettiv ma’ Dimech. Mhux biss billi jisma’ lilu stess jirrakkonta l-istorja ta’ hajtu, imma wkoll billi jghix, fi spazju ta’ ftit minuti, it-tlugh u l-inzul tal-grajja meraviljuza tieghu.

Dan ridtu jsir, fuq kollox, sabiex is-semmiegh jaghmel il-qalb. Bhalma Dimech rebah hafna diffikultajiet, hekk is-semmiegh, fil-kundizzjonijiet partikulari ta’ hajtu, jaghraf irabbi l-qlubija, jafda fih innifsu u ma jhallix il-problemi ta’ hajtu jeghelbuh. Zgur li kien ikun dan li Dimech innifsu jixtieq minn produzzjoni bhal din.

Dimech darba qal li kull kitba bil-Malti ghandha tkun ‘mument ta’ gmiel u sbuhija’. Nittama li dan ix-xoghol hu hekk ukoll. Jalla jnissel fil-qlub ta’ hafna nies imhabba ghall-hajja u kuragg biex insebbhuha dejjem aktar.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?