Posts

Showing posts from August, 2013

L-ambigwità tal-PFP

Image
Ġimgħatejn ilu, eżattament fit-8 tax-xahar, ġewwa Virginia, l-Istati Uniti tal-Amerika, tliet Somali (ta’ bejn l-20 u d-29 sena) ġew rakkomandati minn ġurija li jingħataw għomor il-ħabs għall-allegat qtil ta’ erba’ Amerikani fl-Oċean Indjan fi Frar tal-2011. Dawn is-Somali jitqiesu li kienu fost il-‘pirati’ li kienu qegħdin (u xi wħud għadhom) jaħtfu bċejjeċ tal-baħar li jsibu jbaħħru madwar ix-xtut tas-Somalja. Is-sentenza tat-tliet żgħażagħ għandha tinqata’ għal Ottubru jew Novembru li ġej. Il-prosekuzzjoni kienet talbet li jingħataw il-mewt. Il-problema Somala Il-qtil tal-imsejkna Amerikani kien parti minn offensiva li kienet oriġinarjament bdiet fl-1991 minn xi sajjieda Somali sabiex jiddefendu l-għajxien tagħhom mis-serq tal-ħut li kien qiegħed isir fl-ibħra tagħhom. Studju kkommissjonat fl-2011 mill-proġett ‘Training for Peace’ (imħallas mill-gvern Norveġiż) ikkonferma li din l-offensiva “ma bdietx minn ħallelin jew qattiela fi tfittxija għall-flus, iżda minn sajjieda li ki

Wirt Dom Mintoff

Image
Nhar it-Tlieta, 20 ta’ Awwissu, hu Jum Mintoff, il-jum li fih, sena ilu, tfewlu d-dawl u raqad. Kienu t-8.20 ta’ filgħaxija (jew 20:20). It-Tnejn. F’dak il-jum, aktarx ilkoll nibqgħu niftakru l-mument eżatt ta’ fejn konna u x’konna qegħdin nagħmlu meta waslet għandna l-aħbar tat-tluq tiegħu. Għall-biċċa l-kbira tagħna kien qisu miet xi ħadd tal-familja; wieħed li għabbejnieh bir-responsabbiltà ta’ ħafna emozzjonijiet li ġarrabbna tul bosta snin. Riħa ta’ preżunzjoni Dawn l-emozzjonijiet għadhom ilewnu t-tifkiriet tal-ġrajjiet l-imgħoddija. Għal xi wħud biex ma jarawx ħlief għaxqa, ukoll fejn hemm l-għajb, u għal oħrajn biex ma jarawx ħlief għajb, ukoll fejn hemm l-għaxqa. It-tnejn ma jistgħux jagħarfu x-xibka mirquma u rqieqa li ssawwar in-nies u l-ġrajjiet daqskemm l-azzjonijiet, id-deċiżjonijiet u r-reazzjonijiet tagħhom. Mintoff għadu mhuwiex magħruf għal dak li kien fih innifsu. Ix-xbihat tiegħu fl-imħuħ tal-biċċa l-kbira tagħna, inkluż tal-bosta li kitbu dwaru (speċjalment

Knisja medhija biha nnifisha

Image
Il-Ħamis li għadda, gazzetta lokali xandret xi punti minn diskors tal-Kardinal Prospero Grech waqt il-konklavi ta’ Marzu li għadda li fih ġie elett Papa Franġisku. Il-punti li xxandru huma dokument storiku li jixħet dawl interessanti fuq il-qagħda tal-Knisja Kattolika llum. Iżda dokument ieħor, maħluq fl-istess żmien u waqt l-istess okkażjoni, ftit ingħata attenzjoni. Huwa dokument tal-Kardinal Jorge Bergoglio, proprju dak li mbagħad ġie elett Papa. Dokument prezzjuż Id-dokument ġie żvelat madwar ġimgħatejn biss wara li Bergoglio sar Papa. Inġieb fil-ġurnal Palabra Nueva ta’ Hevana, il-Kuba, mill-Kardinal Kuban Jaime Ortega. Id-dokument inkiteb bl-idejn minn Bergoglio waqt il-konklavi meta għadd ta’ kardinali talbuh iniżżel bil-kitba il-ħsibijiet li kien tħaddet dwarhom waqt il-konklavi dwar x’jaħseb li hemm l-aktar bżonn fil-Knisja Kattolika llum. Il-kitba li sawwar Bergoglio (wara Papa Franġisku I) bl-Ispanjol hija qasira: paġna u ftit. Fiha biss erba’ punti ewlenin.

Demostrazzjoni faxxista

Image
Illum suppost issir fil-Belt l-hekk imsejħa ‘Demostrazzjoni Favur il-Gvern Malti Fil-Ġlieda Tiegħu Kontra l-Immigrazzjoni Illegali’. Il-gvern Malti, partikularment il-Prim Ministru Joseph Muscat, ma japprovax din id-demostrazzjoni u talab lill-membri kollha tal-gvern—kif ukoll, nassumi, lill-Laburisti kollha—biex ma jieħdux sehem fiha. U bir-raġun. Hija demostrazzjoni ta’ għajb! Għax hija demostrazzjoni faxxista. Messaġġ imħawwad Il-gvern Laburista qajjem dak li ma riedx: sentimenti faxxisti u razzisti kontra nies vulnerabbli u msejkna. Filwaqt li, minn naħa, qiegħed jaħdem iebes f’kull qasam għall-ġustizzja soċjali, b’effett sfortunat ta’ azzjoni mgħaġġla li ħa fl-4 ta’ Lulju li għadda ta l-impressjoni (żbaljata?) li pajjiżna m’għadx għandu politika ta’ ħniena u mgħodrija mal-imsejkna refuġjati li jaslu fuq xtutna. Il-messaġġ imħawwad li spiċċa biex xandar dak in-nhar (forsi mingħajr ma ried) qiegħed jidher ċar f’din id-demostrazzjoni opportunista u barra minn lokah, li lanqa