Posts

Showing posts from September, 2011

Il-kalvarju tal-Palestina

Image
Wasal tmiem Settembru 2011. Disgha snin ilu, fl-2002, il-“Kwartett ghall-Paci fil-Lvant Nofsani” – maghmul mill-Unjoni Ewropea, l-Amerika, ir-Russja u l-Gnus Maghquda – kien iddecieda li sa tmiem dan ix-xahar il-Palestina u Israel ikunu saflahhar zewg nazzjonijiet indipendenti. Izda ghandu jkun tmiem ix-xahar se jasal, jghaddi u l-kalvarju tal-Palestina jissokta. Ultimatum iehor ghalxejn Din il-holma ilha biex issehh sa mill-anqas hamsa u erbghin sena, mill-1967 lil hawn. F’dak iz-zmien, wara l-gwerra “Tas-Sitt Ijiem”, il-kunsill tal-Gnus Maghquda ghas-sigurtà kien iddecieda – f’resoluzzjoni msejha “242” – li Israel jirtira mit-territorji li okkupa fil-Palestina u jzomm il-fruntieri li kellu ta’ qabel il-gwerra. Israel m’obdiex u, wara kwazi nofs seklu, mhuwiex behsiebu li jobdi. Sadattant, kulma ghamel kien li kkomplika u ggrava l-problema dejjem u dejjem aktar bl-appogg dirett jew indirett ta’ tlieta mill-aktar superpotenzi ewlenin: l-Amerika, l-Gran Britannja u Franza. Iss

L-Amerika migrugha

Image
Il-Hadd li ghadda, fl-10 anniversarju tal-attakk terroristiku fuq il-World Trade Centre f’New York, flimkien ma’ hafna pajjizi ohrajn l-Amerika bkiet il-vittmi ta’ dik it-tragedja kolossali. Dan bir-ragun. Izda madwar New York u madwar l-Amerika kollha hemm tragedja ohra ghaddejja li ebda anniversarju ma jfakkarha. Hija t-tragedja tal-faqar. Il-faqar Amerikan Wiehed donnu lanqas jistenna li wiehed mill-aktar pajjizi sinjuri, mhux biss tad-dinja, imma ta’ kull zmien, ghadu migrugh mill-pjaga tal-faqar. Hafna drabi, il-faqar nassoccjawh ma’ pajjizi hekk imsejha tat-‘tielet dinja’, jigifieri l-pajjizi fqar. Imma l-Amerika – li hija l-ewlenija tal-‘ewwel dinja’, jigifieri l-pajjizi zviluppati – hija mkiddha b’din il-pjaga u donna ma tistax tehles minnha. Skont ir-rapport annwali mahrug il-gimgha li ghaddiet mill-US Census Bureau, l-ghadd ta’ nies li kienu qed jghixu fil-faqar s-sena li ghaddiet fl-Amerika kien ta’ 46.2 miljun! Dan ifisser li kien hemm fl-Amerika wiehed minn kull si

Gaddafi u l-moda tal-mibeghda

Image
L-istorja twila ta’ Gaddafi fiha t-tlugh u l-inzul taghha. Kien hemm zmien meta l-proposti politici tieghu kienu sensati. Kien hemm zmien meta deher bhala alternattiva xierqa ghal sistema politika oppressiva. Kien hemm zmien meta l-ambizzjonijiet tieghu bdew jitilfu l-kontroll. Kien hemm zmien meta kien donnu tilef rasu. Kien hemm zmien meta sar bhal donnu appostlu ghall-ghaqda tal-Afrika. Issa jidher li hu zmien li fih saret moda toboghdu. Is-saltna ta’ Gaddafi Jien nissimpatizza hafna mal-Libjani li tant u tant sofrew taht il-hakma twila ta’ Gaddafi. Nibki mal-eluf ta’ familji li daghqu l-id terribbli tieghu meta zarilhom djarhom bl-oppressjoni u sahansitra bil-mewt. Qalbi tinghasar ghal pajjiz hekk sabih u hekk imgarrab u mgerrah. Tabilhaqq, mhux ghal-Libja biss, izda wkoll ghal kull pajjiz iehor – partikularment fil-Magreb u fl-Afrika – li daghaq jew ghadu jduq l-istess xorti qalila. Imma din l-istorja ta’ dmugh u dmija mhijiex ta’ Gaddafi biss, tal-Libja biss jew tal-Afrik

Kuxjenza Socjali: X'siwi jista' jkollha (VIII)

Image
Kien unur kbir ghalija li, tul l-ahhar hmistax-il sena, bosta vittmi tal-ingustizzji ghogobhom jaqsmu hajjithom mieghi u tawni l-pjacir li naqsam hajti maghhom. Din l-esperjenza biddlitni b’hafna modi, lili li jien parti minn dak is-sehem socjalment, polititikament, ekonomikament u religjozament vantaggjat. Kenn u twehir Qabel xejn, dawn-il hafna nies gheziez ghallmuni li, fil-hidma ghall-gustizzja socjali, hemm il-kenn u hemm ukoll hafna twehir. Nibda b’tal-ewwel. Il-kenn u l-farag f’hidma bhal din jigu minn zewg affarijiet ewlenin: il-fiducja li tinbena bejn nies li, ghalkemm mhumiex fl-istess dghajsa, jimxu l-istess triq flimkien; it-tieni, il-hbiberija qawwija li l-fiducja twassal ghaliha. Il-fiducja tinbena bejn nies li jitghallmu jafdaw lil xulxin u li, fuq kollox, ma jiggudikawx lil xulxin. Il-fiducja tinbena meta l-pregudizzji jinhallu u flokhom tinbet ghera ta’ sentimenti onesti u sincieri. Minn hawn tigi l-hbiberija (jew il-“komplicità”) li, fl-ahhar mill-ahhar, tiftah