Posts

Showing posts from August, 2012

Mintoff: Helsien u Hobz

Image
Il-hsieb, il-hidma u l-personalità ta’ Mintoff se jibqghu jigu studjati u mistharrga, aktarx b’ghamla ferm ahjar milli qatt nistghu naghmlu ahna llum, mill-anqas ghal mitt sena ohra. Mhux biss minhabba l-importanza kbira tieghu fl-istorja recenti ta’ pajjizna, imma wkoll minhabba l-profondità tal-impatt li kellu fuq kull aspett tal-hajja socjali, ekonomika u politika tal-poplu Malti. Din id-densità ma tistax tigi mkejla fuq perjodu qasir ta’ zmien, bhalma jkollna naghmlu ahna llum, imma fuq medda twila storika. Dan aktarx ikunu jistghu jaghmluh ahjar minna dawk ta’ warajna, anki bil-beneficju ta’ dokumenti li llum ma jistax ikollna f’idejna u wkoll bil-gabra shiha tad-diskorsi u l-kitbiet ta’ Mintoff li llum m’ghandniex f’idejna. Li nistghu naghmlu ahna huwa li naqbdu xi hjiel tal-mod kif kien jahseb u tal-mod ta’ kif kien jahdem. Effettivament, f’dan ghandna vantagg fuq dawk li ghad jigu warajna. Ghax, bil-maqlub taghhom, bosta minna―ibda minni, fortunatament―lil Mintoff konna naf

Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 4

Image
Il-gimgha li ghaddiet rajna li l-ghajxien ma’ haddiehor spiss jitlobna nissagrifikaw aktar milli jmisna. Hemm periklu kostanti li, filwaqt li ninbidlu biex l-ghajxien taghna ma’ haddiehor ikun dejjem aktar possibbli, nitilfu dak li hu prezzjuz ghall-kuntentizza ta’ ruhna u ghall-integrità tal-personalità taghna. Istituzzjonijiet L-immoralità li tippoza bhala virtù tiehu hafna suriet, izda fil-qiegh nett hija dejjem l-istess: hija ssostni u tiggustifika filosofija ta’ istituzzjonalizmu mehdi bih innifsu li jaqdi lilu nnifsu. Hija moralità li tissagrifika l-immaginazzjoni tal-individwi li jiffurmaw il-gemgha li jhaddnuha ghall-interessi bazikament politici taghha stess. Fuq kollox, hija moralità tal-apparenzi: li tishaq fuq il-ghamla aktar milli fuq is-sustanza; li ma tinteressax ruhha mis-shuhija tal-kuxjenzi jew mis-safa tal-intenzjonijiet daqskemm mill-konformità esterjuri u mill-korrettezza tal-qoxra ta’ barra. L-interess uniku taghha hija li l-istituzzjoni b’xi mod tiffunzjo

Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 3

Image
Il-gimgha li ghaddiet rajna li hu dmir naturali taghna li nfittxu l-kuntentizza taghna nfusna. Ebda socjetà u ebda fasla morali ma qatt jista’ jkollha d-dritt li taghmilna mdejqin, specjalment billi titlobna ncedu l-integrità taghna nfusna. Ilkoll kemm ahna jehtieg li dejjem jibqa’ jkollna bizzejjed immaginazzjoni biex il-fasliet socjali ta’ madwarna ma joholqu qatt id-don tal-ghazla ghal hajja integra. Agir alternattiv Meta hawnhekk nitkellem dwar immoralità m’iniex qieghed nifhem dak li ssoltu jigina f’rasna malli nisimghu l-kelma, partikularment laxkezza jew promiskwità sesswali. Naturalment, anki jekk noqoghdu mad-definizzjoni tradizzjonali ta’ immoralità, il-kelma timplika hafna aktar minn hekk; specifikament tirreferi ghal dak l-agir li jmur kontra s-sewwa naturali (u, jekk trid, divin), bhas-serq, il-qtil, l-infedeltà, il-hlif falz, il-qerq u hwejjeg ohra bhal dawn. Il-hsieb ewlieni tieghi hawnhekk hu li niddefinixxi l-immoralità bhala agir konxju u liberu li ma jaqbilx

Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 2

Image
Il-gimgha l-ohra rajna li kull migemgha ta’ bnedmin ghandha taghmira (jew gabra) ta’ principji morali li timxi fuqhom. Dawn il-principji mhux dejjem ikunu ghal kollox integri. Persuna m’ghandha qatt iccedi l-fakultà taghha li tistharreg dawn il-principji u tara jixirquliex bhala bniedem. Skopijiet L-iskop ta’ kull moralità―jigifieri ta’ x’inhu tajjeb jew hazin li wiehed ghandu jaghmel―irid jinftiehem fi hdan il-raguni ghala l-bniedem jghix. Il-moralità, speci, hi t-triq li twassal ghal destinazzjoni preciza, li hi r-raguni ghala naghmlu jew ma naghmlux xi haga fil-hajja taghna. Din id-destinazzjoni hi li, sakemm ninsabu fid-dinja u ghandna gharfien taghna nfusna, inkunu kemm jista’ jkun kuntenti (hu x’inhu dak li nahsbu li jista’ jigri wara li mmutu). Din il-kuntentizza tinvolvi l-personalità shiha taghna: fizikament, emozzjonalment u mentalment. Din il-kuntentizza m’ghandhiex tinftiehem f’sens sempliciment senswali jew edonistiku, izda aktar u aktar mentali u affettiv. Dest

Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 1

Image
Biex nghixu ma’ haddiehor jehtieg li l-hin kollu ninnegozjaw u nibbilancjaw il-libertajiet li lkoll ghandna. Nippruvaw nghixu hajjitna b’rispett lejna nfusna filwaqt li nirrispettaw lil haddiehor, u nittamaw li haddiehor jaghmel l-istess. Izda xi kultant il-fasliet li nsibu rwiehna fihom jaghmlu dan il-process wiehed difficli, l-aktar meta jkunu fasliet li ma nistghux nehilsu minnhom kif gieb u lahaq, u meta r-rispett lejna nfusna ssir taqtiegha aktar milli don. Huma x’inhuma l-fasliet morali li tghix fihom, kull persuna jehtieg li dejjem thares id-dritt naturali taghha li tghix kuntenta. Waqt li ninnegozjaw u nibbilancjaw il-libertajiet taghna u ta’ haddiehor, haga wahda tibqa’ suprema: dik li nharsu l-integrità taghna. Minghajr din, inkunu tlifna l-akbar valur li l-hajja taghna jista’ jkollha. Ftit tifsir It-tifsira klassika tal-moralità hija li tikkonsisti fi principji li joforqu bejn ghemil tajjeb u ghemil hazin. Ghaldaqstant, l-immoralità hija dik il-kwalità ta’ agir li mh