Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 3

Il-gimgha li ghaddiet rajna li hu dmir naturali taghna li nfittxu l-kuntentizza taghna nfusna. Ebda socjetà u ebda fasla morali ma qatt jista’ jkollha d-dritt li taghmilna mdejqin, specjalment billi titlobna ncedu l-integrità taghna nfusna. Ilkoll kemm ahna jehtieg li dejjem jibqa’ jkollna bizzejjed immaginazzjoni biex il-fasliet socjali ta’ madwarna ma joholqu qatt id-don tal-ghazla ghal hajja integra.

Agir alternattiv

Meta hawnhekk nitkellem dwar immoralità m’iniex qieghed nifhem dak li ssoltu jigina f’rasna malli nisimghu l-kelma, partikularment laxkezza jew promiskwità sesswali. Naturalment, anki jekk noqoghdu mad-definizzjoni tradizzjonali ta’ immoralità, il-kelma timplika hafna aktar minn hekk; specifikament tirreferi ghal dak l-agir li jmur kontra s-sewwa naturali (u, jekk trid, divin), bhas-serq, il-qtil, l-infedeltà, il-hlif falz, il-qerq u hwejjeg ohra bhal dawn.

Il-hsieb ewlieni tieghi hawnhekk hu li niddefinixxi l-immoralità bhala agir konxju u liberu li ma jaqbilx ma’ sistema ta’ moralità socjalment predominanti, jigifieri dik is-sistema li, irrispettivament hijiex sewwa jew le fiha nnifisha, hi taghmira ta’ agir konformi ghal skop primarjament politiku. F’dan is-sens, l-immoralità li ghandha nifhmu biha hawnhekk mhijiex dik li nifhmu biha normalment, kif fissirt hawnfuq, daqskemm dik li hi agir alternattiv.

Fi kliem iehor, b’‘immoralità’ m’ghandniex nifhmu hawnhekk agir immorali fih innifsu, izda agir li ma jaqbilx ma’ iehor li jissejjah ‘morali’ u li jilghabha bhala tali. Dan l-agir tal-ahhar JIPPOZA bhala virtuz u jiddefinixxi kull agir li ma jaqbilx mieghu bhala vizzjuz.

Attitudnijiet

Hafna drabi, it-taghmira tal-agir hekk-imsejjah ‘morali’ jew ‘virtuz’ ma tkunx parti minn kodifikazzjoni formali. Dan ifisser li ma tkunx miktuba jew imhazza f’xi ghamla ta’ ligi jew ktieb ta’ regolamenti. Generalment, aktar tiehu s-sura ta’ ftehim accettat implicitament u li jifforma gabra ta’ drawwiet, attitudnijiet jew konswetudnijiet.

Minkejja din is-sura fluwida u mhux-ufficjali taghha, din il-gabra xorta wahda tezercita qawwa konsiderevoli fuq l-agir socjali u ggieghlu jikkonforma maghha. Il-pressjoni li tohloq jigi mill-aspett socjali u politiku taghha, ghax min ma joqghodx ghaliha jispicca jeskludi lilu nnifsu mill-migemgha u jitqies bhala xi hadd li mhuwiex ghal kollox ‘normali’.

Gabra bhal din m’ghandhiex sempliciment funzjoni bhalma ghandha l-ligi, li generalment tfittex l-interessi ta’ kulhadd minghajr ma thares lejn l-ucuh. Din il-gabra tfittex l-interess tal-migemgha skont il-livell u l-intensità tal-konformità taghhom. Ghaldaqstant, hi esklussivista u diskriminatorja, ghax twarrab lil dak jew lil dik li ma jaqblux maghha u zzommhom bhala inaffidabbli jew mistmerra.

Skrupli

Taghmira li tippoza ta’ gabra morali minghajr ma hi ggieghel lill-migemgha jkunu bhalha: jilaghbuha tal-virtuzi minghajr ma huma. Iggeghilhom ikunu biss konformi maghha sabiex ma jhossuhomx eskluzi mill-migemgha, anki jekk sadattant ikunu hallewha tnawrilhom ruhhom bil-vizzjozità taghha.

Il-bicca l-kbira ta’ nies bhal dawn isiru hekk konformi mal-attitudnijiet taghha li sahansitra jsiru speci ta’ appostli taghha u jippuzaw bhala mudelli u xempji tal-valuri li tipproponilhom. Fi kliem iehor, ikunu xejnu l-immaginazzjoni taghhom ghal kollox u dahlu f’qafas ta’ agir li jsostni u jikkonserva t-taghmira morali li jkunu haddnu.

Ghal nies bhal dawn m’hemmx skrupli sakemm ikunu qeghdin jikkonformaw mal-moralità prezunta li jkunu ghazlu li jghixu; m’ghandhomx tniggiz ta’ kuxjenza. Dan ghaliex l-hekk imsejjah tajjeb tat-taghmira presumibbilment morali li jkunu haddnu jsir ghalihom il-mod normali ta’ kif jagixxu; il-mod virtuz ta’ kif joforqu dak li hu sewwa minn dak li mhuwiex.

Istituzzjonalizmu

Il-gimgha li gejja naraw kif u ghaliex l-istituzzjonijiet li nghixu fihom spiss jaghafsu fuqna sabiex nikkonformaw ruhna ghal kollox mal-interessi u l-iskopijiet taghhom. Izda dan mhuwiex ir-raguni ewlenija ghalfejn nghixu. Ahna m’ahniex suggetti ghal ebda istituzzjonalizmu. Ahna suggetti fuq kollox ghall-kuxjenza taghna u l-libertà li ghandu jkollha sabiex tiggwidana lejn l-integrità ta’ ruhna u, ghaldaqstant, lejn il-kuntentizza taghna nfusna.



Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?