Posts

Showing posts from April, 2019

Il-ħniena lis-sid

Image
Fl-innu nazzjonali li Dun Karm kiteb fl-1921, bħala parti mit-talba lil Alla, fit-tieni strofa daħħal il-kliem, “Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ’l-ħaddiem”. Huma kliem li mhux dejjem għoġbu lil kulħadd. Fis-sebgħinijiet, meta l-istat soċjalista kien qed jiġi f’tiegħu, kien hemm min fl-entużjażmu tiegħu ried ibiddilhom. “Ma kienx hemm għalfejn,” irraġuna, “li nibqgħu nitolbu li s-sid ikollu ħniena, għax issa,” kompla jsostni, “l-istat se jara li l-ħaddiem jitħares minn min jista’ jisfruttah”. Sfruttament Għalkemm din hi xewqa sabiħa—jiġifieri li kull ħaddiem ikun imħares kif imiss minn min jita’ jisfruttah—qatt ma jista’ wieħed jgħid li għandu rasu mistrieħa minn dan il-lat. Iva, għadna sal-lum naraw u nisimgħu b’ħaddiema sfruttati ... jekk mhux ħaddiema Malta, jista’ jkun ħaddiema barranin. Xorta waħda ħaddiema jibqgħu. Hawn min f’Malta u f’Għawdex qed jisfrutta l-ħaddiema barranin bħallikieku kienu anqas minn ħaddiema oħra fil-ġieħ, id-dinjità u l-istat legali. Dan huwa abbuż.

L-Eġittu jagħraf il-‘grande figure’ ta’ Malta

Image
Manwel Dimech (1860–1921) qed jissokta jiġi bil-mod il-mod magħruf lil hinn minn dak l-għeluq ideoloġiku u reġjunali li kkaratterizza l-bidu tat-tixrid tiegħu. Sar ħafna xogħol f’dan il-proċess diffiċli. Fil-Ġżejjer Maltin, Dimech ġie addottat minn naħa waħda biss tal-firxa politika, u r-rikonoxximent minn xi studjużi kien biss bħala personaġġ ta’ sinifikat lokali. Dawn iż-żewġ attitudnijiet għamlu ħsara kbira—u ma kinux jixirqu—lit-tifkira u l-apprezzament li kien jixraqlu. Madankollu, issa dawn l-attitudnijiet bdew iċedu għal għarfien usa u aktar għani. Dak li ġara dan l-aħħar jixhed għal dan. Ktieb kbir ta’ 434 paġna bil-Franċiż maħruġ Lixandra, l-Eġittu, mis- Centre d’Études Alexandrines (Iċ-Ċentru tal-Istudji Lixandrini), jagħraf lil Dimech bħala ‘ une grande figure de Malte ’ (personalità kbira Maltija) f’waħda mill-kitbiet li jinkludi. Il-ktieb, Alexandrie dans la Première Guerre mondiale (Lixandra fl-Ewwel Gwerra Dinjija), huwa parti minn serje msemmija ‘ Alexandrie Modern

Ir-reżurezzjoni tas-Sudan

Image
Iltqajt mill-qrib ma’ wisq Sudaniżi biex ma nifraħx bl-aħħar żviluppi li seħħew f’dak il-pajjiż ta’ kobor enormi. Dan-nies iltqajt magħhom fil-ħarba tagħhom minn pajjiżhom, mill-vjolenza terribbli tad-dittatur Omar al-Bashir, u għalhekk aktarx f’xi wħud mill-agħar waqtiet ta’ ħajjithom. Ir-reżurrezzjoni ta’ pajjiżhom hi issa tama għalihom ilkoll. Vjolenza bla tarf Is-Sudaniżi kollha li qatt sirt naf, irġiel u nisa, kienu kollha refuġjati ġejjin, mhux mis-Sudan tan-Nofsinhar, imma mis-Sudan tat-Tramuntana, dik li għandha l-belt kapitali tagħha jisimha Khartoum. Dawn kollha kellhom stejjer tal-waħx x’jirrakkontaw, speċjalment jekk kienu mit-territorju madwar Darfur fil-punent tal-pajjiż. L-istejjer kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom marbuta mal-milizji ta’ Omar al-Bashir, li kien ħataf il-presidenza tal-pajjiż fl-1989, eżatt tletin sena ilu, b’kolp ta’ stat. Dan kien wassal għal gwerra ċivili tal-waħx li, fi tmiemha fl-2005, is-Sudan tan-Nofsinhar inqata’ bħala pajjiż għalih, indipe

Hu possibbli soċjalista liberali?

Image
Spiss nisimgħu lil min jitħaddet fuq is-soċjaliżmu liberali bħallikieku kulħadd jifhem fuqiex qed nitkellmu. Anzi, issir ’il min bħal donnu jiftaħar li hu soċjalista liberali, bħallikieku s-soċjaliżmu waħdu mhuwiex biżżejjed, u jrid il-liberaliżmu miegħu biex joqgħod fuq saqajh. Dan kollu jassumi, evidentement, li s-soċjaliżmu u l-liberaliżmu, għalkemm huma żewġ tipi ta’ essri diversi ħafna minn xulxin, jistgħu jmorru flimkien. Tassew jistgħu? Jien jidhirli li le, ma jistgħux, u min iġibhom flimkien qed igerrfex. Jgħarraq lil ħaddieħor Ħa nibda’ bil-liberaliżmu. X’inhu dan? Huwa t-tikketta li l-konservattivi jagħtu lill-ġenerosità tagħhom. Dil-ġenerosità tieħu ħafna għamliet, minn pura u sempliċi karità, sa benefiċċji soċjali, sussidji, għajnuniet bil-ħlas tat-taxxa, u kull sura ta’ benevolenza oħra. Fi kliem ieħor, il-liberaliżmu huwa l-eċċezzjoni li l-konservattiviżmu jippermetti għalih innifsu. Għala dan? Għax iħobb lil min jurih il-ħniena tiegħu? Għax qalbu taħraq għall-ugw

Egypt recognises Malta’s ‘grande figure’

Image
Manuel Dimech (1860–1921) continues to be gradually recognised beyond the ideological and regional confines which so marked his initial diffusion. Much work has gone into this challenging process. His adoption in the Maltese Islands by just one side of the political spectrum, and his perception by some scholars as a mere local somebody—both highly damaging and unbecoming to Dimech’s fitting appreciation—are beginning to give way to a wider and richer awareness. The latest development is proof of this. A massive, 434-page book in French issued in Alexandria, Egypt, by the Centre d’Études Alexandrines recognises Dimech as ‘ une grande figure de Malte ’ (an illustrious Maltese personality) in one of its essays. The book (pictured left), Alexandrie dans la Première Guerre mondiale (Alexandria in the First World War), is part of the ‘ Alexandrie Moderne ’ series directed by Dr Marie-Dominique Nenna. It is edited by Dr Jean-Yves Empereur, and carries contributions by various authors. Th

Il-ċirku vizzjuż tal-kompetizzjoniżmu

Image
Il-kelma twila li qed nuża llum, ‘kompetizzjoniżmu’, għandha mnejn taqtagħleq qalbek. M’għandhiex għalfejn. Tiġi, ovvjament, mit-terminu ‘kompetizzjoni’. Xejn evanġeliku Il-kompetizzjoni hija xi ħaġa li aktarx jgħallmuna minn meta nkunu żgħar. Dejjem timplika superjorità ta’ xi għamla jew oħra. Infatti, il-kompetizzjoni hija l-attività jew il-kundizzjoni li biha bniedem ifittex li jikseb jew jirbaħ fuq ħaddieħor billi jegħelbu jew juri li hu aqwa minnu. Fl-etika, il-kompetizzjoni tiġi aċċettata fuq il-bażi ta’ regoli li jkunu l-istess għal kulmin hu ta’ kundizzjoni simili. Fil-morali, però, partikularment il-morali nisranija, il-kompetizzjoni ma hi qatt ġustifikata, għax dejjem timplika li xi ħadd hu aktar, aqwa, isħaħ, u l-bqija, fuq xi ħadd ieħor. Ħadd m’hu superjuri għall-ħadd skont l-Evanġelju. Fis-soċjetà tagħna—li ċertament mhijiex mibnija għal kollox fuq il-prinċipji morali nsara—il-kompetizzjoni hija popolari ħafna, inkoraġġita u saħansitra ċċelebrata. Ħafna drabi, di