Posts

Showing posts from April, 2013

Bidliet kostituzzjonali

Image
Il-gvern il-ġdid, immexxi minn Joseph Muscat, rebaħ il-mandat li jmexxi l-pajjiż b’intenzjoni, fost ħafna intenzjonijiet oħrajn, li jibdel il-Kostituzzjoni ta’ Malta u jinawgura dak li qiegħed isejjaħ it-‘Tieni Repubblika’. Dwar dan bdew id-diskussjonijiet fil-magħluq u fil-miftuħ. L-intenzjoni tidher li se titwettaq. Liema attitudni? Il-problema mhijiex li l-intenzjoni se titwettaq, għax din aktarx li nistgħu nkunu xi ftit jew wisq ċerti minnha. Il-problema hi KIF se titwettaq. M’għandix f’moħħi hawnhekk IL-PROĊESS li bih se titwettaq, għax jidher li se jkun hemm, bħalma diġà hawn, konsultazzjoni xi ftit jew wisq wiesgħa. Minn daqshekk, il-proċess demokratiku jidher li qiegħed (u se) jiġi rrispettat. Għandi aktar f’moħħi hawnhekk L-ATTITUDNI li qiegħda (jew se tkun qiegħda) tittieħed sabiex titwettaq l-intenzjoni, jiġifieri L-ISPIRTU li bih se din il-biċċa xogħol importanti qiegħda (jew se tkun qiegħda) tissawwar u titgħaġġen. Pass bħal dan mhuwiex ħafif u lanqas ma hu

Next: North Korea

Image
Wara l-operazzjonijiet militari tal-Istati Uniti tal-Amerika fl-Iraq, il-Libja u l-Afganistan, issa jidher li ġejja d-daqqa tan-Nord Korea. It-tensjonijiet ilhom jinbnew ix-xhur, sa millanqas Diċembru li għadda, meta n-Nord Korea sostniet li tefgħet satellita fl-ispazju. Iżda issa, li hemm suspett li qed tħejji taħriġ nukleari ġdid, l-Amerika donnha qiegħda tikkarga għal ġlieda. Ferq fratiċida Il-Korea tan-Nord u l-Korea tas-Sud qishom żewġ t’itfal żgħar imqabbdin ma’ xulxin. L-ossessjoni inkredibbli li għandhom b’xulxin tasal sal-punt ta’ inkejja banali. Il-problema tagħhom bdiet fl-1945—kważi 70 sena ilu—meta l-art relattivament ċkejkna ta’ 200,000 km kwadrat fil-lvant tal-Asja ġie mifruq fi tnejn: il-parti tan-nord maħkum mill-Unjoni Sovjetika u l-parti tas-sud mill-Istati Uniti tal-Amerika. Dan seħħ wara li l-Ġappun, li kien ilu jaħkem il-Korea sa mill-1910, tilef it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1948, sentejn wara l-ferq taż-żewġ Korej minn xulxin, il-Ġnus Magħquda ħolqot żewġ gv

17 ta’ April: Jum Manwel Dimech

Image
F’Malta ma jidhirlix li għandna provvedimenti fil-liġi sabiex jistabbilixxu Jum Kommemorattiv li la jkun Festa Nazzjonali u lanqas Btala Pubblika. F’pajjiżi oħrajn, jiem bħal dawn isiru b’kunsens popolari, imbagħad b’reżoluzzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom u finalment bi Proklamazzjoni tal-Kap tal-Istat. Jum Kommemorattiv Appuntamenti uffiċjali bħal dawn jingħataw ismijiet differenti skont il-pajjiż. Fl-Amerika u fil-Gran Britannja jissejħu ‘Jiem Kommemorattivi’; b’bosta pajjiżi oħrajn jissejħu ‘Jiem ta’ Tifkira’ jew ‘Jiem ta’ Għarfien’. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-Jiem mhumiex festi nazzjonali jew btajjel pubbliċi. Huma biss jiem li jagħtu ġieħ lil xi persuna biex ixerrdu l-ideali tagħha, jew jiem li fihom titfakkar xi tema partikulari sabiex ikompli jitqajjem għarfien dwarha. Biex nagħti biss żewġ eżempj, insemmi l-ewwel ‘Jum Helen Keller’ fl-Amerika. Dan il-Jum ġie pproklamat mill-President Jimmy Carter fid-19 ta’ Ġunju tal-1980 f’għeluq il-100 sena mit-t

L-isteriżmu tal-massa

Image
Ħafna drabi, it-termini ‘isteriżmu tal-massa’ jintużaw sabiex jirreferu għal sintomi mentali negattivi li jibdew jidhru f’aktar minn persuna waħda f’salt. Ismijiet oħra li jintużaw għall-istess fenomenu stramb huma ‘ġenn kollettiv’, ‘ġenn tal-grupp’ jew ‘ossessjoni kollettiva’. Ħafna jaħsbu li dan hu rari. Iżda l-fissazzjoni f’daqqa ta’ għadd imdaqqas jew ta’ għadd kbir ta’ nies mhux dejjem ikun fantastiku jew straordinarju. Dan l-aħħar Tassew, meta ngħidu li xi ħadd kien isteriku, ġeneralment nifhmu li għamel frattarija, ġab ruħu bl-aktar mod inkredibbli u għamel tratti tal-indemonjati. Iżda meta għandek isteriżmu tal-massa mhux bilfors l-affarijiet jieħdu xejra tal-għaġeb bħal din. Il-massa tista’ taġixxi b’ġenn kollettiv aktar seren, ikkalkulat u meqjus. Ftit ilu dan rajnih hekk kif ersaqna lejn il-jum tal-elezzjoni ġenerali. Il-biċċa l-kbira tan-nies qishom bdew jagħtu l-ħabel lil xulxin ħalli f’dak il-jum ‘jagħmlu dmirhom’. Fil-jum innifsu, ma kulmin tiltaqa’ kien jistaqsik