Posts

Showing posts from January, 2011

Paralleli Tunezini

Image
Sa ftit aktar minn gimghatejn ilu, kollox kien jidher sew u trankwill gewwa l-gara taghna, it-Tunezija. Gvern stabbli, jahdem id f’id ma’ hbiebu, lokali u barranin; id tahsel ’il ohra. Istituzzjonijiet sodi fuq saqajhom; komplici mal-gvern. Il-fqir boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb; igorr bil-kwiet. Religjon kuntenta bil-privileggi taghha. Imma f’hakka t’ghajn kollox inbidel … fuq zewg kaxxi tal-haxix u l-frott. Mohamed Bouazizi L-isem tal-mibki Mohamed Bouazizi se jibqa’ ghal dejjem marbut mal-qawma tal-poplu Tunezin li waqqa’ r-regim ta’ Zine al-Abidine Ben Ali. Bouazizi kien zaghzugh ta’ 27 sena; bejjiegh tal-frott u l-haxix minn fuq karrettun zghir fit-toroq ta’ Sidi Bousaid. Bouazizi ma kellux possibbiltà ta’ impjieg fiss ghajr li jarma ghal rasu. Mill-ftit flus li kien idahhal kien jghajjex lilu nnifsu u l-familja kollha tieghu. Bl-gharaq ta’ gbinu kien sahansitra rnexxielu jhallas l-università ghal wahda minn hutu. Hadem minn mindu kellu ghaxar snin. Il-pulizija kienu i

Bravu, Obama!

Image
Fi tmiem is-sena li ghaddiet, il-President Amerikan, Barak Obama, irnexxielu jmexxi ’l quddiem ghadd ta’ legislazzjonijiet importanti. Dan m’ghamlux minghajr hafna taqtiegh il-qalb mar-rapprezentanti tal-poplu fil-Kungress u s-Senat Amerikan. Infatti, l-approvazzjoni tal-proposti ta’ Obama wrew kemm is-sistema legislattiva Amerikana hija problematika u sahansitra difettuza. Tliet riformi kbar Fi tmiem Dicembru li ghadda, is-Senat approva tliet proposti li Obama ressaq quddiemu. L-ewwel wahda, ghal habta ta’ nofs ix-xahar, kienet sabiex jiffranka lil kull cittadin Amerikan eluf ta’ dollari f’taxxi lill-gvern fis-sena. Minkejja l-oppozizzjoni harxa minn xi senaturi tal-partit tieghu stess, Obama ghamel din ir-rebha sinifikanti favur ic-cittadini z-zghar. It-tieni legislazzjoni, ftit qabel il-Milied, kienet sabiex l-Amerika tiffirma trattat gdid nukleari (imsejjah START) mar-Russja. Il-President Demokratiku ta’ qabel Obama, Carter, snin ilu ma kienx irnexxielu jwassal lis-Senat sabi

Ta’ nofsinhar il-Pietà

Il-kunvent fejn nghix jinsab il-Pietà (jew Guardamangia), zewg kantunieri ’l boghod mill-Isptar San Luqa. Nhar ta’ Hadd, inqaddes il-quddiesa ta’ nofsinhar. Hija quddiesa li jien u l-kollaboraturi tieghi nipprovaw li tkun mument ta’ riflessjoni u talb b’rabta mal-hajja taghna ta’ kuljum. Spiss issib nies li jiddejqu l-quddies, specjalment ta’ nhar ta’ Hadd. Skond ma jghidu n-nies stess li jattendu ta’ nofsinhar il-Pietà, ghallanqas ma jiddejjqux. Zghazagh imdejjqin Hafna genituri llum isibuha difficli jikkonvincu lil uliedhom jattendu l-quddies ghallanqas nhar ta’ Hadd. Mhuwiex rari li l-unika argument li jkollhom il-genituri halli jippruvaw jikonvincuhom huwa li l-quddies tal-Hadd huwa obligu. Imma dan l-argument aktar inaffar lil uliedhom flok jikkonvincihom. Wiehed ma jistaghgibx li z-zghazagh jiddejjqu jattendu l-quddies tal-Hadd. Minn studju hafif li kien sar xi snin ilu ma’ xi zghazagh irrizulta li fost ir-ragunijiet li taw iz-zghazagh ghala jiddejjqu l-quddiesa tal-Hadd kie

L-abbozz tal-Parowl

Fit-28 ta’ Novembru li ghadda, il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Dr Karm Mifsud Bonnici, habbar abbozz ta’ ligi li tintroduci s-sistema tal-parowl f’Malta. L-ghada, is-Sur Joe Gerada, kelliemi ghall-Ministeru, ta aktar dettallji dwar dan it-tant mistenni abbozz. Stennija ta’ snin Il-hidma ghall-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta bdiet mill-organizzazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fis-sajf tal-2005, jigifieri mal-hames snin u nofs ilu. Tul dawn is-snin, saru hafna sforzi u attivitajiet, kemm privati, interni, pubblici u ufficjali, li, flimkien ma’ hafna xoghol iehor li ghamel haddiehor, wasslu ghal dan l-abbozz li dalwaqt ikollna quddiem il-Parlament. Il-gvern prezenti kien ikkommetta ruhu li jintroduci l-parowl f’Malta fi Frar tal-2008, jigifieri tliet snin ilu, meta l-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, wieghed pubblikament li jintroduci l-parowl fil-legislatura prezenti (2008-13). F’Lulju ta’ wara, il-Ministru Mifsud Bonnici habbar pubblikament l-impenn tieghu f’dan ir-rigward ghal

Faqar dejjem akbar

Image
Fit-13 ta’ Dicembru li ghadda, l-Eurostat, id-dipartiment tal-Unjoni Ewropea li tiehu hsieb l-istatistici tal-komunità, xandret ghadd ta’ statistici dwar il-faqar u l-eskluzjoni socjali fil-pajjizi Ewropej. L-indikazzjonijiet li tat Eurostat juru li l-faqar f’Malta qieghed dejjem jizdied. Li hu aghar hu li, jekk tibqa’ tithaddem l-istess politika ekonomika u socjali, jidher li l-faqar fil-gzejjer Maltin se jizdied aktar. Preokkupazzjoni xierqa L-istatistika li tidher hawnhekk gbartaha min-numri li taghti l-Eurostat fuq il-website taghha. Il-percentwali ghal dawk fil-gzejjer Maltin li jinsabu fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar inghataw hekk: ghall-2006, 12.5% tal-popolazzjoni; ghall-2007, 13%; ghall-2008, 13.3%; ghall-2009, 14.8%. Maqlubin f’numri ta’ persuni, dawn il-percentwali jigu kif jidhru fit-tabella li tajt. Ir-rata ghall-2010 hija mahduma fuq il-medja ta’ zjieda fis-snin ta’ qabel. F’diskors li ghamel dak in-nhar stess li thabbru dawn l-istatistici mill-Eurostat, il-Presi