Ta’ nofsinhar il-Pietà

Il-kunvent fejn nghix jinsab il-Pietà (jew Guardamangia), zewg kantunieri ’l boghod mill-Isptar San Luqa. Nhar ta’ Hadd, inqaddes il-quddiesa ta’ nofsinhar. Hija quddiesa li jien u l-kollaboraturi tieghi nipprovaw li tkun mument ta’ riflessjoni u talb b’rabta mal-hajja taghna ta’ kuljum. Spiss issib nies li jiddejqu l-quddies, specjalment ta’ nhar ta’ Hadd. Skond ma jghidu n-nies stess li jattendu ta’ nofsinhar il-Pietà, ghallanqas ma jiddejjqux.

Zghazagh imdejjqin

Hafna genituri llum isibuha difficli jikkonvincu lil uliedhom jattendu l-quddies ghallanqas nhar ta’ Hadd. Mhuwiex rari li l-unika argument li jkollhom il-genituri halli jippruvaw jikonvincuhom huwa li l-quddies tal-Hadd huwa obligu. Imma dan l-argument aktar inaffar lil uliedhom flok jikkonvincihom.
Wiehed ma jistaghgibx li z-zghazagh jiddejjqu jattendu l-quddies tal-Hadd. Minn studju hafif li kien sar xi snin ilu ma’ xi zghazagh irrizulta li fost ir-ragunijiet li taw iz-zghazagh ghala jiddejjqu l-quddiesa tal-Hadd kien hemm dawn: ghax il-quddiesa mhijiex interessanti; ghax l-omelija tkun fl-ajru u tedjanti; ghax mhemmx rabta bejn il-liturgija u l-hajja.

Il-genituri jafu li hafna drabi liz-zghazagh li ma jridux jattendu l-quddiesa ta’ nhar ta’ Hadd ma jistghux jaghtuhom tort ghal kollox. Fl-età taghhom, iz-zghazagh iridu dejjem hwejjeg li jahtfulhom l-attenzjoni taghhom; iridu religjon li tesprimi r-relevanza li ghandha ghall-hajja taghhom; iridu riflessjonijiet li jolqtuhom fil-qiegh ta’ qalbhom; iridu spiritwalità li tkellem lir-ruhhom b’mod attwali, konkret u personali.

Fix-xoghol difficli ta’ konvinciment li genituri bhal dawn ghandhom, dejjem jistghu jhajjru lil uliedhom zghazagh jippruvaw, imqar darba, ta’ nofsinhar tal-Pietà. Jekk toghgobhom, il-kedda taghhom ta’ kull tmiem il-gimgha tispicca. Jekk jakkumpanjaw lil uliedhom, il-quddiesa ghandha mnejn toghgob lilhom ukoll.

Tahdita attraenti

Essenzjalment, ta’ nofsinhar il-Pietà hija quddiesa bhall-ohrajn kollha. Però, issir b’mod kemmxejn differenti. Ir-raguni hi li ahna, l-organizzaturi taghha, nippruvaw li l-mument tar-riflessjoni dwar il-Kelma ta’ Alla tkun tassew hekk: mument ta’ riflessjoni serja, relevanti u konkreta. Nippruvaw ukoll li l-mument tat-talb (fit-tieni parti tal-quddiesa) jkun tassew hekk ukoll: mument fejn nitkellmu ma’ Alla l-Imbierek.

Fil-quddies kollu, l-omelija ssir wara li jinqraw erba’ siltiet tal-Iskrittura (l-ewwel u t-tieni qari, salm u vangelu). Mhuwiex rari li hafna drabi l-ewwel tliet siltiet ftit jisimghuhom nies. Xi kultant tisthajjel li setghu ma nqraw xejn. Xi predikaturi anki jinjorawhom ghal kollox u jithaddtu biss dwar l-evangelju. Din hija hasra. Ghax il-qari kollu fih is-sens tieghu; marbut mat-tema ewleniija tal-gurnata.

Ghaldaqstant, f’ta’ nofsinhar il-Pietà is-siltiet tal-Iskrittura jinqraw bhala parti mill-omelija. B’hekk, wiehed jifhem ahjar il-Kelma ta’ Alla. Barra dan, l-omelija ssir dejjem f’referenza diretta ghall-hajja li lkoll kemm ahna nghixu flimkien. B’hekk, l-esperjenza konkreta taghna tiddawwal bil-Kelma li Alla jibaghtilna kull nhar ta’ Hadd permezz tal-Knisja tieghu.

Djalogu intimu

Imbaghad, il-mument tat-talb isir bl-aktar mod semplici kemm jista’ jkun. Generalment, isir bil-muzika tal-orgni fl-isfond halli l-atmosfera tkun wahda ta’ gabra u sliem. Dan jghin halli d-djalogu ma’ Alla, imsahhah bir-riflessjoni ta’ qabel dwar il-Kelma tieghu, jiehu fizjonomija personali u intima.

Barra dan, it-tqarbin ta’ kulhadd isir dejjem bil-Gisem u d-Demm Imqaddsa ta’ Gesù, li fl-ahhar cena qasam maghna lkoll l-ikla tal-imhabba tieghu. Dan huwa l-mument li fih il-quddiesa tilhaq il-quccata taghha: il-laqgha fizika ma’ Alla fl-Ewkaristija Mqaddsa.

Dawn huma l-elementi ewlenin li jolqtu lil hafna nies, specjalment liz-zghazagh. Joltquhom ghax ghandhom laqta personali, relevanti, konkreta u hajja. Tabilhaqq, kull quddiesa ghandha tkun hekk, imma lkoll nafu li dan mhuwiex dejjem possibbli.

Ghallanqas hawnhekk ghandek wahda fejn, iva, dan isir possibbli. Inti tista’ tithajjar ghaliha halli tipprovaha. Imma tista’ thajjar lil uliedek halli forsi jintlaqtu mill-istil u wkoll mill-kontenut; u forsi jibdew jattendu c-celebrazzjoni tal-Hadd b’aktar qalb jew anki minn rajhom.

Din tista’ tkun opportunità. Jekk ma tipprovaha qatt, ma tistax tghid hijiex tajba jew le. Min jaf? Forsi nhar il-Hadd narak. Ghallanqas ikollok siegha wahda li fiha ma tiddejjaqx.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?