Posts

Showing posts from September, 2013

Iċ-ċaħda l-kbira (5)

Image
Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, iċ-ċaħda l-kbira li ġarrbu l-Knejjes Insara (għall-anqas fil-punent) kienet dovuta għal diversi fatturi, kemm esterni u kemm interni. Għalkemm dawn il-fatturi għandhom it-toqol u l-gravità tagħhom, b’xi mod jew ieħor jistgħu ma jitqisux għal kollox irrikonċiljabbli ma’ tiġdid evanġeliku possibbli. Fi kliem ieħor, tiġdid serju, drastiku, impenjattiv u sostenut tal-ħajja tal-Knejjes Insara jista’ possibbilment jibda jinnewtralizzaw l-fatturi li għamlu possibbli u ġġeneraw iċ-ċaħda l-kbira. Iżda hemm fattur li mhuwiex ta’ din il-klassi. Fih innifsu hu velenuż aktar mill-oħrajn l-oħra kollha. Dan għaliex waħdu kapaċi jrażżan kull tiġdid u jibqa’ jintensifika ċ-ċaħda sakemm ixejjen il-Knejjes għal kollox. Hu l-fattur tal-ekkleżjoloġija, jiġifieri ta’ dak li l-Knejjes jaħsbu li huma jew li għandhom ikunu. * * * Fi tmiem it-tielet parti ta’ din il-kitba ktibt li xi wħud jimmaġinaw li meta ċ-ċaħda l-kbira tilħaq proporzjonijiet eċċessivi

Iċ-ċaħda l-kbira (4)

Image
It-tnaqqis drastiku fl-attendenza reliġjuża regolari f’Malta u Għawdex huwa sinjal evidenti taċ-ċaħda li l-biċċa l-kbira tan-nies għamlu tal-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika. Ir-raġunijiet ta’ din iċ-ċaħda l-kbira huma diversi, u fil-qosor rajnihom fit-tliet kitbiet ta’ qabel. Din hija ċaħda konxja, mhux aċċidentali jew każwali. Hija ċaħda deliberata u intenzjonata. Hija abbandun ta’ strutturi li m’għandhomx jispiraw fiduċja. Hija negazzjoni ta’ korp ta’ tagħlim li m’għadux jinħass li japplika. Hija rifjut ta’ proposta għal mudell ta’ soċjetà li kważi kważi saret repunjanti fid-dinja tal-lum. Tabilħaqq, b’diversi modi bosta nies tal-Knisja jippruvaw jiġġieldu din iċ-ċaħda u jagħmlu s-servizzi tagħhom aktar attraenti u affaxxinanti. Jagħmlu sforz ġenwin biex jippruvaw jagħtu lis-servizzi tagħhom xejra moderna li tħajjar lil dak li jkun. Dan hu apprezzabbli ferm. Iżda frankament juri biss il-profondità tas-superfiċjalità tagħhom. Għax il-problema mhijiex fit-tgeżwira tal-pakkett.

Iċ-ċaħda l-kbira (3)

Image
Fl-għexieren ta’ snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Knejjes Insara (Kattoliċi, Protestanti u Ortodossi) baqgħu jidhru li, fil-biċċa l-kbira tal-attitudnijiet tagħhom, huma ta’ xejra konservattiva u retrograda. Dan deher l-aktar, mhux tant fl-applikazzjonijiet tad-duttrini tagħhom għaż-żminijiet moderni, daqskemm fir-relazzjonijiet politiċi tagħhom u fl-istat politiku li żammew. Fis-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra, kull awtorità ċivili fil-punent kellha tagħti xejra differenti lill-istat politiku tagħha. F’dan iż-żmien, il-kunċett ta’ individwu ħa dimensjoni oħra, waħda ta’ ċentralità, universalità u assolutezza. Minħabba f’hekk, il-kunċett ta’ awtorità kellu bil-fors jieħu pożizzjoni ta’ sottomissjoni u sekondarjetà. Wara perjodu soffert ta’ reżistenza, il-biċċa l-kbira tal-gvernijiet u d-dipartimenti tagħhom kellhom jirrispondu pożittivament għal din il-bidla. Mhux tant għax kienu impressjonati mill-bidla fil-mentalità tal-biċċa l-kbira tan-nies (għax irvelli simili seħħew bi

Iċ-ċaħda l-kbira (2)

Image
It-teknoloġija u l-applikazzjoni soċjali tagħha, il-prosperità ekonomika, u ż-żieda fl-impjiegi kienu fenomeni li kibru, jew għall-anqas saru aktar evidenti, wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija ’l quddiem. Flimkien rabbew aktar kunfidenza tan-nies fihom infushom u fil-ħiliet tagħhom li jibnu ħajjithom fuq il-kapaċitajiet tagħhom infushom. Dawn il-fatturi ewlenin anki biddlu l-mod kif il-biċċa l-kbira tan-nies bdew iħarsu lejhom infushom: mhux aktar bħala bnedmin passivi, iżda bħala persuni attivi. Dan naqqas il-fiduċja għamja li qabel kien hemm fl-awtoritajiet. Dawn ma baqgħux jitqiesu aktar bħala l-‘muturi’ tas-soċjetà. Il-‘mutur’ ewlieni sar l-individwu, il-poplu komuni, il-pubbliku ġenerali. Il-persuna individwali issa ġiet investita bi drittijiet umani li l-politiku kellu bil-fors iħares u jirrispetta. Dawn id-drittijiet―partikularment dawk imniżżel fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1948―ma kinux tal-awtoritajiet jew tal-istituzzjonijiet tagħhom, iż

Iċ-ċaħda l-kbira (1)

Image
Wieħed mill-aktar fenomeni mifruxa u tal-għaġeb fl-aħħar sittin sena fis-soċjetà, partikularment f’dik tal-Ewropa (inkluż ta’ pajjiżna), kien iċ-ċaħda kategorika tal-Knejjes Insara. Is-sehem tan-nies fl-attivitajiet reliġjużi naqas drastikament (f’xi mkejjen għal kollox), u l-leħen tal-kleru kważi kważi spiċċa biex ma jingħata widen imkien. Dan hu fenomenu mingħajr preċedenti fl-istorja millennarja tal-Knejjes Insara, u t-tendenza għall-agħar tidher li qiegħda tiżdied, mhux tonqos. Għala dan kollu? X’inhu jiġri? F’dawn il-ħames artikli li ġejjin nixtieq nagħti ftit riflessjonijiet bħala tentattiv ta’ tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet, u forsi anki xi tindikazzjoni ta’ rimedju. * * * Jekk wieħed jitħajjar iħażżeż mogħdija storika ta’ meta bdiet din iċ-ċaħda l-kbira tal-Knejjes Insara, aktarx irid imur lura għall-anqas sar-Revoluzzjoni Franċiża fl-1789. Iżda minkejja l-importanza kbira ta’ din il-ġrajja mdemma għas-suġġet tagħna hawnhekk, jista’ jkun li, fuq livell pop