Posts

Showing posts from November, 2011

It-taghrif u l-gherf

Image
It-taghrif jigi mill-istudju; l-gherf jigi mit-talb. Wahdu wahdu, it-taghrif ma jwassalx ghall-gherf, ghalkemm l-gherf xi ftit jew wisq iserrah fuqu. X’differenza tghaddi bejn taghrif u gherf? Kif inhu li minn wahda tasal ghall-ohra. Ghax nghiduha kif inhi: hafna ghandhom kull xorta ta’ taghrif, izda ftit ghandhom l-gherf. Il-piramida tat-taghrif Fil-ktieb taghhom Sistemi Esperti tal-1998 (mahrug fl-Amerika), Joseph Giarratano u Gary Riley jaghtu dak li huma jsejhu l-‘gerarkija tat-taghrif’ (jew il-‘piramida tat-taghrif’). Din il-gerarkija jew piramida hija maghmula minn sitt saffi ta’ taghrif differenti, li kull wahda minnhom isserrah u tibni fuq ta’ qabilha. Is-saff l-aktar ’l isfel, tal-qiegh, huwa dak tal-‘hsejjes’, li hu msawwar minn massa ta’ storbji minghajr tifsir. Is-saff ta’ fuqu huwa dak tal-‘fatti’ ( ‘data’ bl-Ingliz) li jigu misluta mill-hsejjes bla sura. Mis-saff tal-fatti jigi l-iehor ta’ fuqu: dak tal-‘informazzjoni’, fejn mill-fatti tinholq xi ghamla ta’ fasl

Il-paternalizmu tal-Bagit

Image
M’iniex se nithaddet dwar xi dettalji tal-Bagit li sar din il-gimgha. Ghalkemm il-kontenut tieghu ghandu jinteressa lil kulhadd, xtaqt li minflok noffri ftit hsibijiet dwar l-attitudni li timplika l-prezentazzjni tal-Bagit kull sena. Hija attitudni li nara fiha riha qawwija ta’ paternalizmu li, kif wiehed ghandu jahseb, ma jixraqx lil nazzjon li suppost hu modern u fi stat evoluttiv zviluppat ta’ civilizzazzjoni (li m’huwiex). Sistema paternalistika Xi kwalitajiet ta’ kif isir u jixxandar il-Bagit jinkludu, fost ohrajn, xi whud bhal dawn li gejjin: il-Bagit jaghmlu l-gvern; jaghmlu fis-sigriet; jikkonsulta ma’ relattivament ftit li xejn persuni jew istituzzjonijiet stabbiliti, specjalment tal-privat; izommu sigriet sakemm jasal il-jum mistenni; u jxandru fost cerimonjal kwazi komiku. Wara, erhi lil kulhadd – inkluz l-esperti u l-istituzzjonijiet privati – joqghod jiddiskutih u jghid kemm kien tajjeb jew hazin. Innota s-sistema kif inhi: qisu ghandek papà li ghandu xi tip ta’ pr

L-hena ta’ gnien

Image
Waqt li l-politici jilaghbu noli bejniethom, waqt li l-ekonomisti jhabblu rashom bil-problemi li holqu huma stess, waqt li kemm-il gharef u gharfa jippruvaw jifhmu ahjar it-tghaffig li ghamilna fid-dinja, huwiex wiehed jew tnejn li jsibu l-ghaxqa taghhom f’xi rokna fejn xettlu l-gnien taghhom. ‘Kull gennien,’ jghid wiehed mis-seba’ ghorrief tal-mitologija Indù, Vixista, ‘warraf minn dak li hu finit u resaq daqsxejn aktar lejn dak li infinit.’ L-hena fil-harsien ta’ gnejna ssib li jinstab fid-dinja kollha. Aktarx huwa l-akbar fejn il-karozzi u l-bini honqu l-ambjent naturali li lkoll twelidna ghalih. Issibu wkoll fl-aqwa tieghu fejn il-genn u l-fernezija tal-hajja jghattnu l-hsieb tal-bniedem u jghaffgulu l-helsien ta’ go fih. Aktar ma nsiru magni, aktar ma nsiru qisna robots, aktar nigi maghfusin biex noqoghodu f’qafas, aktar il-gnien jiehu tifsiriet ta’ bicca genna ckejkna fuq l-art. Cicerun, filosfu Ruman tal-ewwel seklu qabel Kristu, kien qal li ‘min ghandu gnien u librerija m

“Ejja nirragunaw, ta!”

Image
Din l-espressjoni ta’ spiss nisimghuha minn fomm in-nies. Biha, dak li jkun irid jghidlek li qieghed igib argumenti sodi fit-tahdit tieghu. Kemm ikun hekk tassew mhux dejjem tista’ tghid bic-cert. Izda bhala espressjoni hi sabiha. Ghall-anqas tistiednek biex id-diskors isir bis-sewwa u xi ftit jew wisq skont is-sens komun. Xjenza fl-isem taghha Din il-gibda ghal diskors bis-sens ghandna lkoll kemm ahna. Hadd ma jrid jisma’ hmerijiet, anki jekk xi whud mhux dejjem ikollhom il-hila jevitawhom. Izda ghall-anqas ix-xewqa hemm tkun. Dan aktarx ghax nafu li diskors bhal dan – diskors bis-sens – iwassal ghall-ftehim, ghar-rispett ta’ xulxin u, fuq kollox, ghas-sustanza ta’ hsiebna. Ghal xi whud, din mhijiex biss gibda. Hija wkoll arti. Anzi, aktar minn hekk. Hi xjenza. Xjenza li ghandha wkoll isem. Tissejjah ‘filosofija’. Ghax il-kelma ‘filosofija’ tigi mill-Grieg u tfisser ‘imhabba’ (filo) ‘ghall-gherf’ (sofija). X’gherf hu? Gherf li nkunu nafu l-affarijiet kif inhuma tassew. Iswed f