Il-paternalizmu tal-Bagit

M’iniex se nithaddet dwar xi dettalji tal-Bagit li sar din il-gimgha. Ghalkemm il-kontenut tieghu ghandu jinteressa lil kulhadd, xtaqt li minflok noffri ftit hsibijiet dwar l-attitudni li timplika l-prezentazzjni tal-Bagit kull sena. Hija attitudni li nara fiha riha qawwija ta’ paternalizmu li, kif wiehed ghandu jahseb, ma jixraqx lil nazzjon li suppost hu modern u fi stat evoluttiv zviluppat ta’ civilizzazzjoni (li m’huwiex).

Sistema paternalistika

Xi kwalitajiet ta’ kif isir u jixxandar il-Bagit jinkludu, fost ohrajn, xi whud bhal dawn li gejjin: il-Bagit jaghmlu l-gvern; jaghmlu fis-sigriet; jikkonsulta ma’ relattivament ftit li xejn persuni jew istituzzjonijiet stabbiliti, specjalment tal-privat; izommu sigriet sakemm jasal il-jum mistenni; u jxandru fost cerimonjal kwazi komiku. Wara, erhi lil kulhadd – inkluz l-esperti u l-istituzzjonijiet privati – joqghod jiddiskutih u jghid kemm kien tajjeb jew hazin.

Innota s-sistema kif inhi: qisu ghandek papà li ghandu xi tip ta’ progett ghall-familja tieghu, imma dan il-progett ma jghid bih lil hadd minn uliedu jew lil martu, izda jiddiskutih ma’ xi erba’ hbieb tieghu; imbaghad, jghid lill-familja f’liema jum se jkun qieghed jghidilhom bil-progett tieghu; jasal il-jum tant mistenni; u jaghtihom il-progett fuq platt. Min ghogbu, ghogbu; u min m’ghogbux, m’ghogbux. Hadd minn uliedu jew martu ma jistghu jaghmlu xejn biex ibiddluh. Iridu biss jaccettawh kif inhu.

Il-hsieb wara process bhal dan huwa beninju: il-missier tal-providenza jahseb fil-gid ta’ uliedu u ta’ martu, u jippjanalhom il-gejjieni tas-sena taghhom b’ghozza liema bhalha; imbaghad ixandrilhom l-ahbar it-tajba tat-tjieba u l-imhabba bla qjies tieghu.

Process demokratiku

Fi kliem iehor, uliedu u martu jigu stmati ta’ idjoti li ma jafux jippjanaw il-gejjieni tas-sena taghhom minghajr il-hsieb u l-ippjanar sublili tal-papà. Ghala idjoti? Ghax ma jitqisux dehnji, kapaci jew parti mic-cirku ta’ gewwa bizzejjed sabiex jiehdu sehem fit-tfassil innifsu tal-progett jew tal-pjan. Jithallew barra sakemm tasal ic-cejca. Imbaghad, filwaqt li l-papà juri dak li hu – jigifieri l-Papà – huma jintwerew dak li huma – jigifieri l-vavi.

Kull sena, din il-bicca xoghol redikola tal-Bagit issir bl-istess sistema. L-attitudni paternalistika li tittiehed donnha ma ddejjaq lil hadd, ghax hadd ma jipprotesta kontriha. Donnu hadd ma joqmos u jghid: “Haw, int, tibqax taghmilha tal-papà maghna! M’ahniex il-vavi tieghi!” Anzi, bil-kontra. Kulhadd donnu jaccetta li dan l-imbierek Bagit ghandu jitfassal b’dan il-mod paternalistiku li jinsulta lil kulhadd.

F’demokrazija l-paternalizmu m’ghandux lok. Wiehed mis-sisien ta’ kull demokrazija dehja ta’ isimha ddahhal lil kemm jista’ jkun nies fil-PROCESS tad-decizjonijiet. Mhux necessarjament lil kulhadd li ghandu interess – bravu u injorant; espert u mhux – imma certament lil kull min jifhem fil-kontenut u forsi jista’ jaghti sehem ahjar mill-erbat ihbieb tal-gvern maghluqin f’xi kamra sigrieta xi mkien.

L-ezercizzju annwali tal-Budgit ghandu jkun ezercizzi demokratiku u mhux paternalistiku. Fi kliem iehor, ghandu jkun ezercizzu partecipattiv kemm jista’ jkun u ghandu jkun ukoll trasparenti kemm jista’ jkun.

Sisien ewlenin

Is-segretezza assoluta li bih jitfassal il-Budgit sal-mument tar-rivelazzjoni tieghu hija parodija tad-demokrazija. L-assocjazzjonijiet, il-kummissjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet kollha li jifhmu fil-kontenut tal-Budgit m’ghandhom jibqghu jaccettaw sitwazzjoni fejn jigu ttrattati ta’ vavi. Il-protesta taghhom tkun l-aqwa sehem li jistghu jaghtu ghat-tishih tad-demokrazija tan-nazzjoni, hafna aktar, fil-fatt, mill-hafna paroli, studji, kummentarji u stqarrijiet li mbaghad jaghmlu wara, fejn juru li jaccettaw l-istat taghhom ta’ vavi.

Ic-civiltà taghna timxi l-quddiem fl-evoluzzjoni mwahhra taghha meta ninsistu li s-sisien ewlenin u essenzjali tad-demokrazija jithaddnu u jitharsu kif imiss.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?