Posts

Showing posts from January, 2013

L-irrazzjonalità tal-votant

Image
Parti mill-aġir irrazzjonali tan-nies huwa meta f’moħħhom jirrikonċiljaw ħsibijiet inkonsistenti ma’ xulxin u kontradittorji għal xulxin. Il-lealtà lejn l-affiljazzjoni ideoloġika tagħhom ħafna drabi tiġi ’l fuq mis-sewwa tal-fatti. Dan jiġri kemm fi ħwejjeġ ta’ politika u kemm fi ħwejjeġ ta’ reliġjon, għall-anqas f’Malta u Għawdex. Huwa għalhekk li f’dawn iż-żewġ oqsma n-nies ftit jirraġunaw. Ħafna drabi, kampanja elettorali intensa donnha ssir proprju għalhekk: sabiex in-nies jirraġunaw dejjem anqas u anqas, u jkunu irrazzjonali dejjem aktar u aktar. Ebda intelliġenza Għall-mument, ħa nħallu r-reliġjon fil-ġenb. Meta titkellem man-nies dwar kwistjonijiet politiċi li qegħdin jissemmew fil-kampanja elettorali – ngħidu aħna, dwar il-gass u ż-żejt, dwar il-ħlas tal-parlamentarji, dwar is-saħħa jew ukoll dwar il-ħolqien tax-xogħol – tistenniex li se tismagħhom jagħmlu xi raġunament loġiku. Il-biċċa l-kbira se jgħidulek dak li jtaqtqu fuqu l-mexxejja politiċi tagħhom. Għalxejn tipp

L-aqwa u l-aħjar

Image
Bħalma bżajt, kampanja elettorali li ddum wisq diġà donnha qabdet diska li ma tridx tħalliha. Għad fadal tliet ġimgħat nisimgħuha. Fil-fatt, jien tabilħaqq jgħaġġbuni ċerti politiċi kemm huma kapaċi jvarjaw fuq l-istess tema mingħajr ma qatt jiddejqu jew jaqtgħu qalbhom. Lanqas Mozart ma kien kapaċi daqshekk. Ngħid għalija, dat-temi xebbgħuni minn qabel ma bdew; aħseb u ara issa li ilhom diġà fuq ġimgħa jreddnulna. Kollox l-aqwa Wieħed mill-partiti l-kbar—m’għandix għalfejn ngħid liem—daħħalha f’moħħu li jrid iwebbilna li kollox f’Malta u Għawdex huwa L-AQWA. Jekk hi ekonomija, jekk huma fabbriki, jekk huwa l-kappar, jekk il-busbies, jekk l-enerġija, jekk l-ikel, jekk in-nisa, jekk l-irġiel, jekk it-tfal, jekk kollox. Kollox huwa l-aqwa. L-aqwa fl-Ewropa. Li ma nistax nifhem hu dan: għala għandu xi ħadd jaħtar gvern biex itejjeb l-affarijiet jekk kollox huwa diġà l-aqwa. Forsi xi ħadd jgħidlek: jaħtru biex l-aqwa ma jintilifx. Mitt darba u elf; imma min jiftaħar bl-aqwa ma naħs

Kampanja twila wisq

Image
Ma nafx għala kampanja elettorali għandha ddum xahrejn sħaħ. Mhux biss iddejjaq lil kulħadd, iżda hemm il-possibbiltà kbira li wara ftit, fis-suppost qofol tal-kampanja, il-biċċa kbira minna jieqfu jisimgħu jew jagħtu kas. Mhux biżżejjed nisimgħu b’politika tiela u b’politika nieżla s-sena kollha għal ħames snin sħaħ. Irridu wkoll noqogħdu għal burraxk intensifikat għal xahrejn oħra taħt dulluvju ta’ kliem! L-iffriżar tas-servizzi Kampanja elettorali suppost issir, safejn naf jien, biex insiru nafu x’isarrfu u x’ma jsarrfux il-programmi elettorali tal-partiti kontestanti. Ma jidhirlix li għandna bżonn xahrejn biex nagħmlu dan. Aktar hu probabbli li f’dawn ix-xahrejn il-programmi jitwarrbu għal kollox u, minflok, nisimgħu b’ruxmata attakki u kontra-attakki li jsiru minn partit u minn ieħor. Imbagħad hemm seħta oħra li jiġri f’dawn ix-xahrejn: donnhom is-servizzi li jiddependi mill-gvern u d-dipartimenti tiegħu qishom jiġu ffriżati. Is-servizzi biss. Għax il-pjaċiri u l-favuri f’

Id-distribuzzjoni tal-kotba fil-gżejjer Maltin

Image
Minħabba li fil-bidu tas-sena jsiru ħafna proponimenti li ma jitwettqux, xtaqt li jien ukoll inżid ieħor magħhom. Huwa dwar suġġett li, sa fejn naf jien, ħadd ma jażżarda jitkellem dwaru fil-miftuħ, iżda li jien jolqotni mill-qrib u dwaru naħseb ħafna. Naf li b’dan li se ngħid aktarx li ma jien se nibdel xejn, imma rrid naqilgħu minn fuq l-istonku u saflaħħar inniżżlu iswed fuq l-abjad. Żvilupp għall-aħjar Mill-1992 lil hawn, għal aktar minn għoxrin sena, kelli kotba kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż maħruġa għas-suq Malti u anki għal dak barrani. Għandi ppubblikati 26 ktieb ta’ għamliet, suriet u kalibri differenti, xi wħud maġġuri u oħrajn minuri; kollha ppubblikati Malta barra tnejn. Tul dawn is-snin ħdimt ma’ 15-il entità pubblikattriċi differenti. Dan qiegħed ngħidu mhux biex niftaħar b’rixi (li m’għandix għalfejn). Qed ngħidu biss biex nurik li s-suġġett tal-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kotba fil-gżejjer Maltin nafu tajjeb ħafna u nista’ nitkellem fuqu b’wiċċi minn

A book entitled ‘Un Nuovo Dio’

Many people possess old books at home which somehow came into their possession. It often happens that nobody will know about these books except themselves. Even if possibly not held in special regard, such old book are fortunately not thrown away. Their owners might hope that, one day, family or friend will come along and show some interest in these possessions. I think that it is good practice not to throw old books away recklessly. A book which someone may consider to be of no value at all might be treasured by another who will be capable of appreciating its worth. It is not rare that, without giving a second thought, people threw away precious books. Anyhow, it is my intention here to invite those who possess old books at home to see whether they own one which I had been trying to find for ages. The book is entitled ‘Un Nuovo Dio’. It is in Italian, and was published in 1904. The author of the book is ‘Eusebio degli Allori’ . It is likely that the title page adds that that the