Posts

Showing posts from October, 2012

Rapprezentanti

Image
Kemm jien u kemm int ghandna diversi nies li jghidu li jirrapprezentawna. Fil-kaz tieghek ma nafx; imma fil-kaz tieghi nista’ nghidlek li jien lil hadd minn dawn ma tajt l-awtorizzazzjoni biex jirrapprezentani mkien u f’xejn. Forsi int personalment ivvutajt ghal xi hadd biex jirrapprezentak ― u ghalhekk ma tistax tghid li m’awtorizzajt lil hadd biex jaghmel dan; izda jien dan m’ghamiltux, f’ebda kaz u f’ebda cirkustanza. Ghaldaqstant, ma nahsibx li xi hadd ghandu l-icken jedd li jipprezumi li jista’ jirrapprezentani mkien u f’xi haga. Tivvota jew le Is-sistema rapprezentattiva saret in-norma ta’ dak li jissejjah il-process demokratiku. Anki jekk int ma tkun ghazilt u vvutajt ghal hadd biex jirrapprezentak, xorta wahda ssib li min jigi elett f’xi elezzjoni jghid li jirrapprezenta lilek ukoll. Hekk, jitkellem u jiehu decizjonijiet f’ismek. Ukoll jekk int tkun parti minn minoranza li, bid-dikjarar, ma tkunx ivvutajt ghal persuna jew ohra li giet eletta, jew ghal xi partit li jirba

‘Indignados’

Image
‘INDIGNADOS’ hija kelma bl-Ispanjol li tirreferi ghal xi hadd indinjat jew, fi kliem iehor, imdaghdagh bl-istmerrija. Teknikament, hija l-isem ta’ pjataforma digitali Spanjola (fuq l-Internet) li torbot flimkien nies maghquda kontra ‘l-qaghad, il-pagi hziena, is-sub-kuntratti, ix-xoghol prekarju u l-isfruttament taz-zghazagh’. B’mod aktar partikulari, il-kelma ‘Indignados’ saret bhal titlu ghal kulmin huwa indinjat mis-sistema ekonomika u politika ta’ pajjizu. Protesta kontinwa Il-moviment tal-‘Indignados’ beda bil-kuntatti ta’ mitejn xibka socjali digitali, izda l-aktar ta’ ‘ Democracia Real YA ’ (Demokrazija Vera ISSA) u ‘ Juventud Sin Futuro ’ (Zghazagh Bla Futur). Ix-xbieki kienu msensla fuq Twitter u Facebook. Gew flimkien bhala ‘Indignados’ f’Jannar tal-2011 ghall-organizzazzjoni ta’ protesti f’sittin belt Spanjola fil-15 ta’ Mejju ta’ dik is-sena. Dak in-nhar, l-Internet irnexxielu johrog madwar 130,000 ruh fil-pjazez Spanjoli. F’Madrid biss hargu 50,000, f’Barcelona 15,

Id-divizjoni tar-responsabbiltajiet

Image
Responsabbiltajiet ghandu kulhadd. Izda s-socjetà dejjem aktar centralizzata li qed nghixu fiha torbot ir-responsabbiltajiet mar-rwoli li tiddeciedi ghalina fid-diversi garzelli istituzzjonali li tpoggina fihom. Kull rwol, bhal kull responsabbiltà, kif ukoll bhal kull individwu, isir bhal gzira ghalih wahdu. Dan irazzan l-ghaqda u l-kooperazzjoni, elementi essenzjali ghad-de-centralizzazzjoni tas-sistema, u fl-istess waqt jiffavurixxi t-tishih tal-monopolji. Id-divizjoni tax-xoghol Il-kuncett tad-divizjoni tar-responsabbiltajiet jahdem bhal dak tad-divizjoni tax-xoghol (u f’xi oqsma huma marbuta ma’ xulxin). Meta nghidu ‘divizjoni tax-xoghol’ hafna drabi nifhmu sistema kooperattiva ta’ specjalizzazzjonijiet. Dan ifisser, fost hwejjeg ohra, li kull persuna jkollha rwol specifiku xi twettaq f’katina ta’ rwoli specifici ohrajn fejn kull rwol jimplika certa specjalizzazzjoni li l-irwoli l-ohra generalment ma jkollhomx. B’hekk, mhux biss l-irwoli ma jistghux jithalltu, izda kull rwo

Dimech mill-gdid!

Image
Xi whud jistaqsuni: ‘Imma kemm id-dinja se tippubblika xorti dwar Manwel Dimech!?’ Ikollhom ragun. Imma din id-darba ghandi xi haga tabilhaqq specjali. F’dan il-ktieb il-gdid, jien u Frans Galea se nohorgu fil-pubbliku ghall-ewwel darba kitba bl-Ingliz ta’ Dimech minn zmien l-ezilju tieghu. Hija kitba li qatt ma harget qabel u li ghal hafna snin lanqas biss konna nafu li tezisti. Kulmin jghozz lil Dimech, jaqra l-kitbiet tieghu u jhobb isir jaf dwaru, ma jistax ― assolutament ma jistax ― ma jiksibx dan il-ktieb li hu fih innifsu mument ta’ siwi storiku u letterarju specjali. Aforizmi Bhalma jindika t-titlu tal-ktieb il-gdid ― MANUEL DIMECH: APHORISMS ― il-kitba ta’ Dimech li qeghdin nohorgu ghad-dawl ghall-ewwel darba hija gabra ta’ eluf ta’ ‘aforizmi’ li Dimech kitibhom direttament bl-Ingliz f’Lixandra fl-ahhar tliet snin tal-ezilju tieghu, bejn l-1917 u l-1920. Xi jkunu ‘aforizmi’? Aforizma hija sentenza, aktarx qasira, li, bhallikieku b’nofs cajta jew b’tidwira intelligen