Id-divizjoni tar-responsabbiltajiet

Responsabbiltajiet ghandu kulhadd. Izda s-socjetà dejjem aktar centralizzata li qed nghixu fiha torbot ir-responsabbiltajiet mar-rwoli li tiddeciedi ghalina fid-diversi garzelli istituzzjonali li tpoggina fihom. Kull rwol, bhal kull responsabbiltà, kif ukoll bhal kull individwu, isir bhal gzira ghalih wahdu. Dan irazzan l-ghaqda u l-kooperazzjoni, elementi essenzjali ghad-de-centralizzazzjoni tas-sistema, u fl-istess waqt jiffavurixxi t-tishih tal-monopolji.

Id-divizjoni tax-xoghol

Il-kuncett tad-divizjoni tar-responsabbiltajiet jahdem bhal dak tad-divizjoni tax-xoghol (u f’xi oqsma huma marbuta ma’ xulxin). Meta nghidu ‘divizjoni tax-xoghol’ hafna drabi nifhmu sistema kooperattiva ta’ specjalizzazzjonijiet. Dan ifisser, fost hwejjeg ohra, li kull persuna jkollha rwol specifiku xi twettaq f’katina ta’ rwoli specifici ohrajn fejn kull rwol jimplika certa specjalizzazzjoni li l-irwoli l-ohra generalment ma jkollhomx.

B’hekk, mhux biss l-irwoli ma jistghux jithalltu, izda kull rwol jehtieg iehor u ma jistax jghaddi minghajru. Fi kliem iehor, l-irwoli jsiru indispensabbli ghall-katina tax-xoghol. Minghajr l-iffissar tar-rwoli, l-ispecjalizzazzjonijiet u r-responsabbiltajiet specifici, il-katina tinqata’ u x-xoghol, jew il-prodott tieghu, ma jsirx.

Storikament, din is-sistema bazika ta’ kif in-nies jigu definiti jew kkaratterizzati holqot is-siwi merkantili (jew produttiv) tan-nies, is-sistema kapitalista (jew centralizzata) li nghixu fiha llum, kif ukoll l-industrijalizzazzjoni tal-produzzjoni. Dawn inholqu kemm fil-kummerc u kemm fis-socjetà b’mod generali. Kulhadd sar ghandu rwol; kulhadd sar ghandu siwi skont il-hila li jipproduci; kulhadd sar sinna f’mekkanizmu kumpless ta’ produttività kapitalista.

Il-qjies tal-produttività

Ghal xi whud dan jidher sabih. Però, meta tqis li din is-sistema tobzoq ’il barra minnha lil kulmin mhux kapaci jew ma jridx jipproduci, l-istorja tinbidel. Fis-socjetà jew fl-industrija mhux kulhadd huwa produttiv; bhalma mhux kulhadd kwantitattivament produttiv l-istess.

Meta s-siwi tan-nies jigi mkejjel u meqjus skont il-hila jew is-sengha produttiva tieghu, it-tfal (kif ukoll iz-zghazagh), nghidu ahna, jigu mwiezna skont il-possibbiltà jew il-probabbilità ta’ kemm jistghu jipproducu fil-gejjieni. Dan izomm lil xi whud fil-klassi tal-favuriti waqt li jixhet lil ohrajn fil-klassi tal-iskartati.

L-istess meta niehdu l-kaz tal-anzjani. Minhabba li l-hila jew is-sengha ta’ dawn tonqos jew tixxejjen fil-possibbilità taghhom li jipproducu, facli (anki komuni) li jitqiesu bla valur f’sistema ta’ divizjoni ta’ xoghol. L-istess, bhalhom, nies li ghandhom impedimenti fizici jew mentali. Hekk ukoll nies li ghal xi raguni jew ohra ma jinkwadrawx f’din l-istampa.

Responsabbiltà totali

Id-divizjoni tar-responsabbiltajiet tahdem bl-istess mod. Tahdem billi tifred. Tahdem billi tofroq. Tahdem billi taqsam. Tahdem billi ma jhallix li bniedem jara lil hinn mir-roqgha tieghu biss. Tahdem billi persuna jkollha biss responsabbiltà tal-bicca taghha minghajr ma tkun responsabbli tal-bqija. B’hekk kulhadd dejjem iserrah il-kuxjenza: ghax ghall-prodott finali ma jkun responsabbli hadd. Il-htija tal-hazen jew tal-immoralità ma taqa’ fuq ras hadd.

B’din is-sistema, kull bniedem jista’ jghid li hlief il-parti tieghu ma tinteressahx, ghax taghha biss ikun responsabbli. Ma jistax jiehu responsabbiltà totali; ma jipprovax ibiddel it-totalità tas-sistema. Ghajnejh huma biss fuq il-holqa tieghu; minnha biss jinteressah; taghha biss iwiegeb quddiem il-bnedmin u quddiem Alla. Sa hawn il-kuxjenza tieghu tinsab fis-sliem u ebda tweghir ma jista’ jinqalghalha.

Kontra d-divizjoni tax-xoghol (li ma tinkludix lil kulhadd), id-divizjoni tar-responsabbiltajiet tinkludi lil kulhadd. Izda tinkludihom maqtugha lkoll minn xulxin. B’hekk, ic-centralizzazzjoni fit-tehid tad-decizjonijiet ghall-efficjenza produttiva tibqa’ bla mittiefsa. Anzi, tkompli dejjem tissahhah aktar minn qatt qabel.

Il-harba minn dan ic-cirku vizzjuz tista’ ssehh biss meta bniedem jaghraf li hu responsabbli tat-totalità daqskemm tal-parti li tmiss lilu; meta jaghraf illi, bl-heda tal-parti tieghu biss, qieghed ikun xorta wahda responsabbli tat-totalità tal-produzzjoni finali.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?