Posts

Showing posts from February, 2018

L-ilsien Malti f’era diġitali

Image
Artiklu li kiteb il-Ministru Evarist Bartolo lejn il-bidu tas-sena ġibed l-attenzjoni fuq rapport li kien ħareġ fl-2012 fuq l-ilsna dinjija fl-era diġitali. Ir-rapport kien sar fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Ilsna li jiġi mfakkar f’Settembru. Għal dar-rapport ġew mistħarrġa 30 ilsien Ewropew, fosthom il-Malti, biex jiġi magħruf xortihom fl-era diġitali. Dak li ntqal dwar l-ilsien Malti ma kienx sabiħ. Id-dinja diġitali Ir-rapport, imħejji minn madwar 200 espert u ddokumentat fi 30 volum, sar minn ġemgħa ta’ 60 ċentru ta’ riċerka mifruxa fi 34 pajjiż differenti. L-istudju tagħhom stħarreġ kemm kellhom appoġġ teknoloġiku bosta ilsna Ewropej. Dal-appoġġ li hu meqjus assolutament meħtieġ fl-era diġitali li qed ngħixu fih biex l-ilsna ma jiddgħajfux jew saħansitra ma jinqerdux għal kollox. L-istudju stħarreġ erba’ oqsma ewlenin: it-traduzzjoni awtomatika, l-interazzjoni tad-diskors, l-analiżi tal-kitba u l-aċċessibbiltà għal riżorsi lingwistiċi. Il-programmi teknoloġiċi jintużaw,

Il-Knisja ta’ bla Knisja

Image
Ir-riżultati taċ-ċensiment li sar ftit tal-ġimgħat ilu fuq l-attendenza tal-quddies tal-Ħadd m’għandniex nistennew li joħorġu tant malajr. Madanakollu wieħed jista’ jobsor li għandu mnejn juri li din l-attendenza tkun, xi ftit jew wisq, madwar it-30% f’Malta u l-50% f’Għawdex. Ikunu xi jkunu, dawn ir-rati b’ebda mod ma jistgħu juru l-“Knisja t’Alla” kemm fiha nies. Dan għax il-“Knisja t’Alla” ma tistax tiġi identifikata mar-reliġjon. Il-“Knisja t’Alla”, magħmula minn nies li jqisu lilhom infushom imsieħba ma’ xi Knisja jew le, tmur lil hinn minn kull reliġjon. Knisja bla fruntieri Il-kelma semitika bil-Malti “knisja” tiġi mill-Grieg “ekklesia”, li, sa mill-anqas sitt sekli qabel Kristu, kienet tintuża biex tirreferi għall-ġabra tan-nies imsejħa flimkien biex jitkellmu u jiddeċiedu fuq affarijiet ta’ ġid komuni. L-Insara Għarab bdew jużaw il-kelma biex jirreferu għall-ġimgħat reliġjużi tagħhom sakemm, bil-mod il-mod, bdiet tirreferi għar-reliġjon tagħhom kollha kemm hi (il-“Knisja

L-ewwel ġenerazzjoni

Image
Il-miġja fostna ta’ ħafna barranin, aktarx miġbuda minn impressjonijiet ta’ ħajja aħjar milli ħallew warajhom, għall-ewwel mhux dejjem intlaqgħet tajjeb minn bosta Maltin u Għawdxin, partikularment jekk dawk il-barranin kienu ta’ ġilda skura. Illum, wara madwar għoxrin sena li beda dal-fenomenu relattivament ġdid, jidher li s-sitwazzjoni tinsab xi ftit aħjar, ukoll għax, bħalma basru xi wħud, il-biżgħat li tqajmu fil-bidu spiċċaw biex sfumaw fix-xejn. Fenomenu ġdid Il-fenomenu tal-barranin fostna li rajna f’dawn l-aħħar, bejn wieħed u l-ieħor, għoxrin sena, partikularment mill-Afrika tan-Nofs, kien differenti ħafna minn dak ta’, ngħidu aħna, is-snin sebgħin, meta kellna miġjiet ta’ Libjani u xi ftit taċ-Ċiniżi. Dawn tal-aħħar kienu kważi inviżibbli, u l-oħrajn ma kinux nieqsa għal kollox mill-mezzi t’għajxien u lanqas il-bixra tagħhom ma kienet tant differenti minn tagħna. Il-miġjiet dejjem jiżdiedu ta’ madwar għaxar snin wara, jiġifieri mal-għoxrin sena ilu, ma kinux bħal dawn

Id-diżkreditu ġurnalistiku

Image
Sa mill-kampanja elettorali Amerikana bejn Hillary Clinton u Donald Trump fis-sajf ta’ sentejn ilu, 2016, beda jidher dejjem aktar ċar f’liema stat tal-biki kien il-ġurnaliżmu tal-pajjiżi żviluppati, fosthom tal-Amerika u l-Ewropa. Trump kellu jikkumbatti speċi ta’ alleanza ġurnalistika kontrih, u għadu jikkumbattiha sal-lum. Għalkemm dan ma kien xejn ġdid, madanakollu wera kemm kienet serja s-sitwazzjoni. Il-jedd tal-fatti Is-sitwazzjoni kienet u għadha serja għax ma tistax aktar tafda l-mezzi ġurnalistiċi f’bosta oqsma. Tabilħaqq, kull min kellu għajnejh f’wiċċu u moħħu attent kien jaf li bosta aġenziji ġurnalistiċi kienu, u għadhom, mixtrija. Imma wieħed seta’ jistagħġeb kemm, fil-fatt, kienu mibjugħin b’ruħhom u ġisimhom biex jgħawġu l-aħbarijiet kif iridu huma. Dan ma ġarax, u ma jiġrix, biss f’rabta ta’ Trump. Jiġri wkoll b’mod sistematiku ma’ mexxejja oħrajn, bħal Vladimir Putin tar-Russja, ma’ Kim Jong-un tal-Korea ta’ Fuq, ma’ Jeremy Corbyn tal-Ingilerra u ma’ bosta oħ