Posts

Showing posts from August, 2018

Il-maskra ta’ Momu

Image
Momu kien l-isem li fil-mitoloija tagħhom il-Griegi tal-qedem taw liċ-ċensura, li kienet dejjem marbuta mal-kritika inġusta. Imma l-inġust minn dejjem ġie definit minn min jippreżumi li jaf x’inhu l-ġust, u l-ġust minn dejjem ġie definit minn min għandu s-setgħa tal-kelma u l-espressjoni. Għaldaqstant, Momu ma kienx jinġieb mill-allat minħabba lsienu. Momu ma kienx jemmen f’maskri, la ma’ wiċċu u lanqas ma’ wiċċ ħaddieħor. Maskri mneħħija Il-mitoloġija hija għamla ta’ diskors. Jissejħu allat dawk il-kwalitajiet li l-bniedem għaraf madwaru u fih innifsu. Lil dawn tahom wiċċ biex jitħaddet fuqhom b’aktar faċilità u kunfidenza. Sawwarhom f’allat minħabba li l-bniedem żammhom bħala xi ħaġa ’l barra minnu għalkemm kien jaf tajjeb li ma kinux. Il-mitoloġija hi għamla ta’ diskors li ddur dawra mal-bniedem bil-kwalitajiet sbieħ u koroh tiegħu. Fost l-istejjer marbuta ma’ Momu hemm waħda ħelwa. Darba waħda, dan Momu ġie mitlub jgħid x’jaħseb fuq il-ħlejjaq ta’ Żew, l-alla tal-allat, t’A

Il-ħtieġa tal-oppożizzjoni

Image
Meta pajjiż jispiċċa bi gvern li m’għandux oppożizzjoni ma jistax ikun li jitqies f’qagħda politikament tajba. L-oppożizzjoni hija parti importanti u essenzjali tal-proċess demokratiku. Bħalissa, fi żmien rari tal-ħajja politika tal-pajjiż (għalkemm mhux għall-ewwel darba u wisq probabbli lanqas għall-aħħar), din hi s-sitwazzjoni li għaddejjin minnha. Il-gvern jinsab mingħar oppożizzjoni; jekk din ma jistgħux jipprovduha n-Nazzjonalisti, għandu jipprovdiha l-Partit Laburista. Proċess mdgħajef Meta partit politiku jitla’ fil-gvern, ħafna drabi jiġri li dak il-partit jitbattal minn ħafna nies siewja li kienu parti mill-amministrazzjoni tiegħu sabiex jidħlu fl-amministrazzjoni tal-gvern, u l-partit innifsu jiżżarma mill-apparat kritiku tiegħu. Dan ġara liż-żewġ partit politiċi ewlenin kemm-il darba, u xi ftit Jew wisq ġara wkoll lill-Partit Laburista mill-2013 ’l hawn. Għalkemm dan il-proċess qatt ma jagħmel ġid lill-partiti, xi minn daqqiet jilħaq proporzjonijiet dannużi partikul

L-ugwaljanza

Image
Il-kelma ‘ugwaljanza’ hija waħda tqila maħluqa, fost ħafna oħrajn, mill-borgeżi, aktarx mill-avukati. Bil-Malti nużaw dil-kelma għax ma jidhirlix li għandna oħra li tista’ toqgħod flokha. Nużawha biex infissru li żewġ persuni jew aktar għandhom jeddijiet indaqs. Hi kelma ta’ siwi, għax fuq il-ħsieb tagħha toqgħod kull ġustizzja, inkluż il-ġustizzja soċjali. Mhux kulħadd xorta Illum il-ġustizzja soċjali hi ħaġa li, għall-anqas fil-Gżejjer Maltin, fost ħafna mkejjen oħrajn, aħna mdorrijin ħafna biha. Dan għaliex, sa mis-snin ħamsin, bdejna u bqajna nistgħu ħafna fuqha, u mbagħad, fil-bidu tas-snin sebgħin, bdejna wkoll narawha titwettaq fil-konkret b’bosta liġijiet li tawha prattika komuni. Meta nitħaddtu fuq il-jeddijiet tal-bniedem jew, xi kultant, fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, dejjem inserrħu l-ħsieb tagħna l-aktar fuq l-ugwaljanza. Dan għaliex il-jeddijiet mhumiex ta’ xi bnedmin u mhux ta’ oħrajn, imma ta’ kulħadd l-istess. Qabel, sal-bidu tas-sebgħinijiet, kien

Il-ħalib tan-nagħaġ

Image
Darba Gandhi wasal fi stazzjon bil-ferrovija biex ikellem lin-nies tal-inħawi. Kif niżel, ġew il-pulizija Ingliżi fuqu u staqsewh: “Fuqhiex se jkun id-diskors tiegħek?” Weġibhom: “Fuq il-ħalib tan-nagħaġ”. Qalulu: “Mela tista’ toqgħod”. Imma Gandhi komplielhom: “... u se ngħid kemm hu meħtieġ għal kulmin jieħu sehem fir-reżistenza passiva tan-nonvjolenza kontra l-gvern kolonjali”. Il-pulizija arrestawh fuq il-post. Il-fatti Min qatt—għajr xi Gandhi—seta’ jaħseb li l-ħalib tan-nagħaġ seta’ kien biċċa għodda politika? Għal moħħ bħal ta’ Gandhi, xejn ma hu nieqes mis-siwi politiku. Għal moħħ bħal tal-kolonjalisti, xejn ma hu nieqes mis-siwi perikoluż tad-dissidenzja. Iżda hija d-dissidenzja—jiġifieri d-diżapprovazzjoni għall-qerq u t-tgħawwiġ uffiċjali tal-kbarat—li tagħti l-ħajja lill-għajxien politiku. Ma jistax ikollok politika fejn kulħadd jaqbel—jew taparsi jaqbel—ma’ kollox; fejn ħadd ma jaħseb b’rasu imma b’ras dawk li għandhom is-setgħa f’idejhom; fejn kulħadd ibaxxi rasu