Posts

Showing posts from February, 2012

Lealtà lejn min?

Image
Ftit tal-gimghat ilu, ix-xena politika lokali offritilna okkazjoni mhux tas-soltu. Wara hafna tlugh u nzul, din wasslet ghal mozzjoni fil-parlament li, meta tqieghdet ghall-vot, spiccat m’ghaddietx. Ghalkemm l-ispettaklu kollu ma damx wisq, tana l-opportunità li nahsbu mhux hazin. L-aktar hsieb li laqat lili kien li, fl-ahhar mill-ahhar, ikoll gejna wicc imb’wicc ma’ wahda mir-realtajiet taghna: ir-rabta tal-lealtà li bosta minna ghandna. Ir-regola Xi rrid nghid bih dan? Irrid nghid li, apparti li, meta gejna ghas- si u n- no , il-muntanja welldet gurdien, welldet xi haga ohra li ma kellniex ghalfejn nistaghgbu biha. X’kienet? Kienet li, wara kollox, il-leatà ta’ min qajjem is-saram kollu kienet marbuta, mhux ma’ xi ideal jew ma’ xi principji gholjin, izda mal-istituzzjoni. Ghala ma kellniex ghalfejn nistaghgbu b’dan? Ghax il-bicca l-kbira taghna huma hekk; il-bicca l-kbira taghna jaghzlu li jorbtu l-leatà taghhom aktar ma’ xi istituzzjoni li jserhu maghha u hi sserrah fuqhom,

Il-Qassis tal-Belt

Image
Fir-relazzjonijiet politici tal-Punent, it-tensjoni bejn dawk li gew biex jissejhu ‘liberalizmu’ u ‘tradizzjonalizmu’ aktarx taf it-twelid taghha fis-seklu 18 bl-izvilupp tal-filosofija empirista Britannika, jigifieri dik il-filosofija li ghaliha ghandu biss siwi dak it-taghrif li jigi mis-sensi. Kull teologija, nghidu ahna, li hija bbazata biss fuq ir-rivelazzjoni jew xi tip ta’ ispirazzjoni, bdiet titqies bhala semplici tnebbih jew tfettil ta’ mohh il-bniedem. Sa seklu wara, din il-filosofija zviluppat f’hafna ghamliet ta’ azzjoni politika radikali madwar l-Ewropa kollha li tqiesu kuntrarji ghal kull awtorità politika li s-setgha taghha kienet imsejsa, aktar milli fuq xi mandat popolari, fuq teoriji xi ftit jew wisq religjuzi. F’kuntest bhal dan, kwazi minghajr ma ried, kull nisrani kellu jirrevedi, xi kultant mill-qiegh, il-mod kif kien ihares lejn is-socjetà u t-twemmin baziku tal-fidi tieghu; kellu jaghmel kontijiet ma’ tliet fatturi ewlenin: it-tbatijiet u l-ingustizzji rea

ACTA: pulizija gdida

Image
“ACTA” hija “Anti-Counterfeiting Trade Agreement” fil-qosor, jigifieri l-Ftehim Kummercjali Kontra Affarijiet Ikkoppjati. Flimkien ma’ ohrajn, il-gvern taghna ffirma dan il-ftehim f’Tokyo fis-26 tax-xahar li ghadda. Fid-dieher, l-ACTA tippoza bhala ghodda li tikkontrolla fuq l-Internet l-ikkoppjar bla permess; fir-realtà, mhijiex ghajr il-holqien ta’ korp gdid ta’ pulizija li ghandu d-dritt ihuf fil-hajja privata tan-nies, jiccensurahom u sahansitra jikkastigahom. Libertà mhedda Jum jew iehor, l-ACTA kellha tinholoq. Mill-bidu deher car li l-libertà assoluta tal-Internet ma kinetx se tkun tollerabbli ghall-gvernijiet taparsi demokratici li tahthom nghixu. Pajjizi ohrajn li s-setgha taghhom tiddependi anqas fuq ir-rieda tal-poplu, ilhom hafna li hadu l-pass li jorbtu l-kitla ta’ min ghandu access ghall-Internet fost il-popli taghhom. It-gvernijiet taparsi demokratici tal-Punent dan kienu kkundannawh. Izda issa iridu jaghmlu ezattament l-istess. Permezz tal-ACTA, iridu joholqu k

Il-gustizzja skont Cameron

Image
Il-Qorti Ewropea ghall-Harsien tad-Drittjiet tal-Bniedem fi Strasburgu (tal-Kunsill tal-Ewropa) m’ghandhiex toqghod tahli z-zmien taghha billi tghasses fuq pajjizi li fihom il-Konvenzjoni Ewropea ghall-Harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem digà taghmel parti mil-ligijiet nazzjonali taghhom. Minflok ghandha tuza hinha ahjar u tiffoka fuq pajjizi Ewropej fejn il-Konvenzjoni ma taghmilx parti mil-ligijiet taghhom. Qorti ghall-ohrajn Dan kien l-argument ewlieni li ghamel nhar l-Erbgha li ghadda, 25 ta’ Jannar, l-Prim Ministru tal-Gran Britannja, David Cameron. Huwa qal dan fi Strasburgu fil-ftuh tas-sitt xhur li pajjizu ghandu fil-presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa (sa Mejju). Huwa sahaq li mhuwiex sew li pajjizi maghrufa sew ghall-harsien tad-drittijiet tal-bniedem―bhalma hi l-Gran Britannja―isirilhom indhil zejjed mill-Qorti ta’ Strasburgu. Il-Qorti, qal Cameron, ghandu jkollha sistema ta’ prijoritajiet biex b’hekk tkun tista’ tiffoka fuq pajjizi fejn l-aktar li hemm bzonn li tiffoka