Posts

Showing posts from June, 2017

Għarukaża ta’ RTK

Image
Jidhirli li għadda biżżejjed żmien mill-kampanja elettorali biex wieħed jikkummenta fuq l-organizzar u l-aġir tar-radju tal-Knisja Kattolika Maltija, l-RTK, fi żmien l-istess kampanja elettorali. Illum jew għada ridt nikkummenta fuq dan minħabba l-ħafna sentimenti li smajt m’għand in-nies u, biex ħadd ma jaħseb li d-dnub ta’ xi ħadd għandu jorqod. ’Il barra mill-partiġġjaniżmu Ngħiduha mill-ewwel kif inhi, mingħajr tidwir mal-lewża: l-organizzar u l-aġir tal-RTK waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ma kienet xejn anqas minn għarukaża sħiħa. Għarukaża u tal-mistħija l-organizzar tal-amministrazzjoni tal-RTK, u għarukaża u tal-mistħija l-aġir ġenerali tiegħu. Dan jirriżulta mill-partiġġjaniżmu evidenti muri f’dan l-għodda pastorali tal-Knisja Kattolika Maltija, li ma kellu xejn pastorali, iżda kellu biss sfaċċaġni, arroganzi u insolenza. Jien m’iniex wieħed li nemmen li l-Knisja għandha tibqa’ ’l barra mill-politika, anki għax naħseb li dan fil-prattika ma jistax ikun, iżda ċe

Id-diversità ta’ pajjiż

Image
Fost il-ħafna u ħafna kummentarji li kien hemm dan l-aħħar fuq il-kampanja elettorali, l-elezzjoni ġenerali u r-riżultati tal-votazzjonijiet, ftit li xejn kien hemm, għall-anqas minn dak li rajt jien, min impressjona ruħu wisq mid-diversità enormi li sar għandu l-poplu ta’ dawn il-gżejjer. Dan deher biċ-ċar fl-attivitajiet kemm tal-Partit Laburista u kemm tal-Partit Nazzjonalista. Reżistenza għad-diversità Id-diversità ta’ nies tista’ tkun fatt li, għalkemm ikun jeżisti fost poplu, ma jiġix magħruf biżżejjed. Ġieli jinħeba wkoll, bħallikieku kien xi tebgħa kerha fuq il-pajjiż. Meta ngħid diversità, inkun qed infisser l-aktar l-istati differenti ta’ ħajjet in-nies, l-oriġini etniċi tagħhom, l-għażliet politiċi li jkollhom u l-fehmiet diversifikati li jħaddnu. Ilkoll nafu li għad hawn min donnu dan ma jridx jaċċettah, u jqis id-diversità, kif ukoll l-integrazzjoni, bħala dnubiet kbar. Saħansitra kien hemm il-ftit, fost dawk li kkontestaw l-elezzjoni, li wkoll parlaw pubblikament

Rebħa = Responsabbiltà

Image
Ir-rebħa elettorali tal-għaġeb, storika, li għamel il-Partit Laburista l-Ħadd li għadda tqiegħed fuqu u fuq il-Prim Ministru responsabbiltà akbar minn qatt qabel. Il-fatt li l-moviment nazzjonali mmexxi mill-partit kiseb, fost tant u tant tfixkil, it-tieni leġislatura, u kisbu b’mandat akbar minn ta’ erba’ snin ilu, aktarx għandu jfisser li l-partit irid jieħu b’serjetà kbira l-impenn tiegħu li jżomm għajnejn il-gvern fuq l-ideali soċjali li jistqarr, u għandu jfisser ukoll li l-gvern irid ma jħallix is-saħħa enormi li għandu tiġri bih ’il fejn ma jixraqx. Ir-responsabbiltà tal-partit Ħa nibda l-ewwel bil-partit. Għedt li l-partit irid jieħu b’serjetà kbira l-impenn tiegħu li jżomm għajnejn il-gvern fuq l-ideali soċjali li jistqarr. Ovvjament, dan mhuwiex id-dmir tal-Partit Laburista biss, imma ta’ kulħadd. Madanakollu, il-partit aktarx igawdi pożizzjoni privileġġjata f’din l-obbligazzjoni. Kemm għax id-deputati tal-gvern jiġu minn ħdanu, kif ukoll għaliex il-Prim Ministru huwa w

Ħames snin oħra

Image
Min jaf fejn se nkunu int u jien f’ħames snin? Is-sena tkun 2022. Tidher ’il bogħod. Imma mhijiex. Ħames snin jgħaddu bħal riħ, l-aktar għal min qabeż it-tletin (bħali). Nistgħu nkunu mejta. Nistgħu nkunu lejlet jew f’kampanja elettorali oħra. Min jaf? Li aktarx hu żgur hu li dalgħodu lkoll qed naħsbu fil-bidu ta’ dal-ħames snin li ġejjin u x’jkun ifisser dal-bidu għalina lkoll. Pjanijiet Kemm smajna fuq dal-ħames snin li ġejjin fil-ħames ġimgħat li għaddew! Sa minn mindu tħabbret l-elezzjoni ġenerali, fl-1 ta’ Mejju, kulma smajna kien bi pjanijiet ikkumplikati ta’ kif dal-ħames snin se jkunu għalina bħallikieku ġenna fl-art. Kull politiku għandu ħabta jaqa’ f’dan id-dnub tal-preżunzjoni, qisu l-istorja jmexxiha hu. Imma tifhmu wkoll. Għax xogħolu hu li jippjana ... u jikkonvinċi lilna li l-pjanijiet tiegħu huma ta’ min joqgħod fuqhom. Madanakollu, il-verità hi li Alla biss jaf x’jista’ jinqala’ f’ħames snin. Tabilħaqq, il-bniedem jipproponi u mn’alla jkun hekk, imma mbagħad hu