Posts

Showing posts from December, 2011

Il-Milied ta’ Zemenu

Image
Wahdu f’wiehed mill-miljuni ta’ rkejjen zdingati ta’ Addis Abeba, il-kapitali tal-Etjopja, il-kmajra ckejkna u fqajra qajla tikxef il-kobor tat-tama u l-fidi li jzomm go qalbu z-zghazugh li jghammar fiha. L-erba’ hitan li jdawruh kwazi kwazi jaghafsu fuqu bhal morsa. Izda ghajnejh ghandhom il-hila msahhra li jaraw lil hinn minnhom. Huma ghajnejn li jafu d-dmugh, jafu t-tbatija, izda li issa jafu jitbissmu wkoll. Dan iz-zaghzugh tawwali u rqajjaq ghandu isem stramb. Zemenu. Sa ftit snin ilu, id-destin tieghu kien bhal ta’ miljuni ta’ zghazagh ohrajn Etjopici li jghixu ftit snin―hamsa u ghoxrin; tletin l-aktar―biex imbaghad ininu qajla qajl u jintemmu qasir l-ghomor, mifnija mill-faqar u l-mard. Bhal taghhom, xortih kienet li ismu jintesa ghal kollox bhallikieku qatt ma kien. Izda Zemenu rnexxielu jirbah ghalih innifsu destin gdid. Messitu xorti ohra. Issa jaf li hajtu tista’ tkun itwal, ferm itwal, minn dik li qatt seta’ jobsor ftit tas-snin ilu. Sahhtu seta’ issa jistrieh fuqha f

Mhux int; jien nibnilek dar

Image
It-tifkira tat-twelid ta’ Gesù hija ghalina ghajn ta’ farag bla qjies. Fuq kollox, tfakkarna li Alla ma jabbandunaniex, izda dejjem jiehu hsiebna, ihares fuqna u jmexxina minn grazzja ghal grazzja. Ghalhekk, ghandna ghalxiex nifirhu, issa u kull waqt, izda l-aktar u b’mod specjali ghall-prezenza tal-persuna ta’ Gesù fl-istorja taghna u fl-istorja tal-umanità. Fejn twieled Gesù Meta niccelebraw il-Milied, il-hsieb taghna l-insara jmur ghall-grajjiet marbuta mat-twelid ta’ Gesù madwar elfejn sena ilu. Ghalkemm hafna drabi r-rakkonti ta’ dawn il-grajjiet, hekk kif insibuhom fl-evangelji ta’ Mattew u ta’ Luqa, jittiehdu b’mod litterali, hafna esperti tal-Iskrittura jsostnu li, qabel xejn, dawn inkitbu sabiex iwasslu messagg spiritwali. U la wiehed teologiku, la wiehed storiku u wisq anqas wiehed xjentifiku. Fost ir-rakkonti hemm centrali li Gesù gie mqieghed f’maxtura ( ‘fatni’ bil-Grieg) ghax ma kienx hemm post ghalih fil-kmamar ta’ fejn kienu jorqdu n-nies ( ‘kataluma’ bil-Grieg;

Min hu l-barrani?

Image
Spiss tisma’ lil min jghid: “Ghidli ma’ min taghmilha u nghidlek min int.” Huwa ghajdut li, xi ftit jew wisq, ghandu mis-sewwa. Izda ghandu mis-sewwa wkoll jekk tghid: “Ghidli ma’ min MA TAGHMILHIEX u nghidlek min int.” Ghax meta tistharreg min huma dawk in-nies li bniedem ma jaghmilhiex maghhom, jew iqis li mhumiex tal-qatgha tieghu, ghandek mnejn tintebah min hu u x’personalità ghandu dak li jkun. Nies jew xjaten? Meta nithaddtu dwar il-‘barrani’ minghajr ma rridu nkunu qeghdin nitkellmu dwarna nfusna, dwar lil min inqisu ‘ta’ gewwa’ u ’l min inqisu ‘ta’ barra’. Ta’ gewwa huma dawk in-nies li nistmawhom tal-livell jew tal-qatgha taghna; ta’ barra huma dawk in-nies li nqisuhom b’xi mod differenti minna jew li ma naqblux maghhom (u huma ma jaqblux maghna). Hafna drabi, dwar ’il min inqisu ta’ sura u mhux ta’ ohra, jinkixef minn kliemna aktar milli minn ghemilna. Fi Frar li ghadda, fl-Università ta’ Malta sar seminar dwar dan, organizzat mill-Akkademja tal-Malti. Jien m’attendej

Konsumaturi u Produtturi

Image
Donnu llum, it-tendenza politika kostanti li niltaqghu maghha hi li tigi kkonfermata u msahha n-natura konsumatrici ta’ kull wiehed u wahda minnha. Ironikament, taht il-kappa jew l-ghajta tal-umanizmu donna lkoll kemm ahna ninsabu skoragguti milli nassumu rwol produttiv, halli b’hekk tkun tista’ tibqa’ titmexxa ’il quddiem l-funzjonalità socjali tal-istituzzjonijiet. Dan donnu qieghed isir kemm fuq il-livell tal-politika b’p zghira u kemm fuq il-livell tal-politika b’P kbira. Ha nfisser x’irrid nghid b’dan. L-umanizmu Il-kelma “umanizmu” tigi mill-kelma Latina “humus”, li tfisser art jew trab, u li minnha tigi l-kelma “homo”, li tfisser bniedem (maghmul mit-trab tal-art; jigifieri mhux-alla). Ghaldaqstant, l-umanizmu jeghlem dak il-moviment kbir fil-Punent li kiber mis-seklu 15 ’il quddiem u li jqieghed lill-bniedem fic-centru ta’ kull kunsiderazzjoni socjali, politika, religjuza, ekonomika u l-bqija. Hafna drabi, l-ghajta u l-promozzjoni tal-umanizmu jitqiesu bhala hwejjeg poz